Attività f'Bormla — Il-ktieb pass 'il bogħod minnek
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-okkażjoni tal-attività li saret Bormla f'Awwissu 2009 jiġifieri 'Il-ktieb pass 'il bogħod minnek' kemm tqassmu fondi biex jintużaw biex jinxtraw kotba mil-libreriji lokali u reġjonali? Lil liema kunsilli lokali? X'sistema ntużat fl-għażla tal-kunsilli lokali u kemm kien l-ammont f'fondi lil kull kunsill lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10580.
Tarxien, Paola, Santa Lucia u Fgura — ilmenti fuq trab iswed
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħa l-Gvern u cioè l-awtoritajiet kompetenti, rigward l-ilment ta' trab iswed li qed ikollhom il-Kunsilli Lokali ta' Tarxien, Paola, Santa Lucia u Fgura?
Kunsilli lokali — Kotba biex jintużaw mir-residenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqu flus il-kunsilli lokali f'kotba biex jintużaw mir-residenti tal-lokalitajiet tagħhom din is-sena 2009 sal-lum u sena b'sena mis-2000 sa l-2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2009 il-flus li nefqu l-Kunsilli Lokali f’kotba biex jintużaw mir-residenti tagħhom kien kif hu indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor Membru jifferei għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 3727.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja li ħareġ id-Dipartiment tal-Informazzjoni tad-Direttorju tal-Libreriji li jagħti informazzjoni fuq il-libreriji lokali u reġjonali ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi kopji tal-pubblikazzjoni imsemmija, kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti, fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'elezzjonijiet saru s'issa tal-kunsilli lokali? Kemm kienu l-voti reġistrati għal kull elezzjoni? Kemm fil-fatt ivvotaw? Kemm-il kunsillier kien elett u lil liema partit kienu jirrappreżentaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru s’issa huma elenkati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Fl-istess tabella hemm imiżżel kemm kien hemm votanti reġistrati, kemm ivvotaw, kemm il-kunsillier ġie elett u lil liema partit kien jappartjenu.
Jista' l-Prim Ministru jiddikjara x'għamel il-Gvern biex jinvestiga l-lega bajda li tidher regolarment fil-baħar ta' Delimara fil-parti li jgħidulha l-Kalanka? Xi skoprew it-tekniċi tal-Gvern? Għalfejn seħħ dan it-tniġġis f'waħda mill-iktar zoni sbieħ u pristini fil-gżira, liema tniġġis prattikament qered il-potenzjal ta' din iż-żona? X'relazzjoni għandu dan il-ħmieġ u tniġġis mal-industrija tat-tonn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA investigat l-ilmijiet fil-Kalanka. M'hemmx evidenza ċara li turi li din qiegħda tirriżulta mill-industrija tat-tonn.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — faċilitajiet biex ommijiet ħaddiema jreddgħu t-trabi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tiegħu, x'faċilitajiet hemm għall-ommijiet ħaddiema biex ikunu jistgħu jreddgħu t-trabi tagħhom?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed isir mill-grupp ta' ħaddiema tal-IPSL mal-Kunsilli Lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħaddiema tal-IPSL assenjati mal-Kunsilli Lokali qed jagħmlu xogħol ekwiparat mal-ħiliet tagħhom. Dan ivarja minn xogħol ta’ manutenzjoni u xogħol ieħor manwali sa xogħol klerikali. Fil-każ ta’ l-aħħar in-numru huwa ftit.
Kunsilli lokali f'Għawdex — aċċessibilità għal kulħadd
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema uffiċċji tal-kunsilli lokali f'Għawdex huma aċċessibbli għal kulħadd? Liema minn dawk li mhumiex aċċessibbli qed isir xogħol fihom biex isiru aċċessibbli u sa meta hu maħsub li jkunu aċċessibbli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn li ġejjin huma l-uffiċini amministrattivi tal-Kunsilli Lokali Għawdxin li mhumiex aċċessibbli:
Rabat (Victoria)
Fontana
Għasri
Munxar
Sannat
Xagħra
Żebbuġ
Minn dawn qed jiġu mgħejuna permezz tal-iskema Fondi għall-Aċċessibiltà tal-uffiċini amministrattivi, il-Kunsilli Lokali ta’ Sannat u x-Xagħra.
Pannelli foto voltajiċi fuq kunsilli lokali f'Għawdex
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kunsilli lokali minn Għawdex ingħataw għajnuna biex iwaħħlu pannelli foto voltajiċi fuq l-uffiċju tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn il-Kunsilli Lokali f’Għawdex ser jingħataw għajnuna biex iwaħħlu pannelli foto voltajiċi fuq l-uffiċċji tagħhom skont l-iskema tal-Energy Saving Scheme li tnidiet matul din is-sena:
Fontana u Għarb individwalment u Għajnsielem, Kerċem, Nadur, Qala, Rabat (G), Sannat, Xagħra u Żebbuġ (G) bħala konsorzju flimkien ma’ diversi Kunsilli Lokali Maltin.
Ta’ min isemmi wkoll illi hemm żewġ Kunsilli Lokali oħra, Munxar u San Lawrenz li ser jingħataw għajnuna skont din l-iskema. Il-Munxar ser iwaħħal pannelli foto voltajiċi fuq is-saqaf tal-latrina pubblika li qegħda fil-
playing field
tal-Munxar. San Lawrenz ser jagħmel skema ta’ inċentiv għar residenti biex jagħmlu
solar water heaters
fuq id-djar tagħhom.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xogħlijiet fuq upgrading ta' Hay Wharf
Question
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 11241, jiġifieri jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal blokk ta' tliet sulari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ċifra ta' flus f'konsulenza
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu f'ċifra ta' flus f'konsulenza mill-uffiċċju tiegħu u dekasteri oħra li jaqgħu taħtu matul din is-sena s'issa? Jista' jipprovdi breakdown lil min tħallsu u kemm hija ċ-ċifra ta' flus dovuta sa l-aħħar tas-sena?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx każi quddiem l-Uffiċċju ta' l-Ombudsman li ilhom pendenti għal aktar minn (a) 3 xhur (b) 6 xhur? Jekk iva, kemm?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11168 u jikkonferma rapporti li dehru fil-media li d-dokument tal-dikjarazzjoni ta' l-Indipendenza ma jistax jinstab? F'każ li jiċħad dawn ir-rapporti, jista' jgħid fejn jinstab dan id-dokument? F'każ li jikkonferma dawn ir-rapporti jista' jgħid x'passi ħa l-Gvern biex dan id-dokument jinstab?
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li kien ikkummissjona l-Ministru tal-Ambjent ta' dak iż-żmien, l-Onor. Francis Zammit Dimech, dwar it-trab iswed mingħand grupp ta’ konsulenti Inglizi fis-sena 1999?
Jista’ jgħid ukoll x’kien il-pjan ta’ azzjoni li wiegħed il-Ministru ta’ dakinhar u kemm gie implimentat minnu? Meta tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? X'wassal lill-awtoritajiet biex naqsu milli jindirizzaw din il-problema minkejja li għadda dan iż-żmien kollu, aktar u aktar billi l-problema baqgħet tkarkar u tintensifika tul is-snin?
Fgura, Paola, Tarxien — rapporti dwar it-trab iswed
Question
B'referenza għall-każ tat-trab iswed fiż-żona tal-Fgura/Paola/Tarxien u postijiet oħrajn, jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li kien sar minn AEA Technology Ltd dwar dan it-trab iswed? Minn mindu sar dan ir-rapport, saru xi rapporti oħrajn? Jista' jqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra occorrendo dawn ir-rapporti? X'se jagħmel il-Gvern biex din il-problema tissolva darba għal dejjem?
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret mill-green wardens f'pajjiżna s'issa? Kemm għandna green wardens? Xi training għandhom? Kemm tressqu nies il-Qorti fuq rapporti li saru mill-green wardens? Fuq liema tipi ta' reati?
shooting ranges f'Malta u Għawdex — applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges f'Malta u Għawdex? X'inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar ix-shooting ranges?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11620 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-kumpless White Rocks ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq li ilu fi stat ta' abbandun għal diversi snin? Jekk hemm pjanijiet, jista' jispjega x'inhu jsir dwarhom?