Legislature:
Category:
Reset
Active:

Inkjesta Pubblika Daphne Caruana Galizia — Rakkomandazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema mir-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport tal-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, li ġiet konkluża f'Lulju 2021, fil-fatt ġew implimentati?

Response (ABELA, ROBERT)

Dan Gvern li għamel bidliet kbar favur governanza iktar b’saħħitha u s-saltna tad-dritt. Hu fatt magħruf li hemm rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta b’rabta mat-tisħiħ tal-media illi li kien għall-Gvern ilhom implimentati, tant li anke kienu tressqu hawn abbozzi ta’ liġi. Dak il-proċess għadu għaddej wara li l-Gvern laqa’ talbiet għal iktar konsultazzjoni u diskussjoni.

ATT DWAR IL-LIBERTÀ TAL-INFORMAZZJONI

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, Kap. 496, minn mindu daħlet fis-seħħ s’issa, kull sena? Jista’ jgħid ukoll: a. Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu? b. Kemm minn dawn it-talbiet spiċċaw quddiem it-tribunal? c. Kemm minn dawn it-talbiet spiċċaw il-Qorti?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal perjodu ta' minn meta daħal fis-seħħ l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni sa Ottubru 2023, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16583 tal-Leġiżlatura 12, it-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2515,11380,16594 u 19531 tal-Leġiżlatura 13 u t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12469 tal-Leġiżlatura 14. Rigward kemm talbiet spiċċaw quddiem it-tribunal jew il-Qorti, nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat. Rigward il-perjodu minn Novembru 2023 sal-lum ninsab infurmat li kien hemm 14 il-talba. 7 intlaqgħu, 3 ma kinux jaqgħu fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni u 4 huma pendenti.

Kariga ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni)

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ġietx appuntata persuna fil-kariga ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni), dan tenut kont li din il-kariga saret vakanti f’Ottubru 2023?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Passaport Diplomatiku

Question

Fid-dawl tal-Akkużi Kriminali serji li qed jiffaċċja l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jkun qed jirtira l-Passaport Diplomatiku li ngħata lil dan l-individwu u jekk iva, meta se jiġri dan?

Response (ABELA, ROBERT)

Infakkar lill-Onor. Interpellant fil-preżunzjoni tal-innoċenza, dritt bażiku f’pajjiż li jirrispetta s-saltna tad-dritt.

Severance package ta’ individwu

Question

Fid-dawl tal-akkużi kriminali li qed jiffaċċja l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk (minbarra l-użu ta' Passaport Diplomatiku) l-allowances mogħtija lill-istess individwu kif deskritti fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7134 għadhomx se jingħatawlu?

Response (ABELA, ROBERT)

Infakkar lill-Onor. Interpellant fil-preżunzjoni tal-innoċenza, dritt bażiku f’pajjiż li jirrispetta s-saltna tad-dritt.

Karin Grech u Raymond Caruana — Inkjesti pubbliċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14933 u jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet biex jibda inkjesti pubbliċi separati fuq il-qtil ta’ Karin Grech u Raymond Caruana biex il-pajjiż ikun jista’ jibda jagħmel rikonċiljazzjoni ma’ din il-memorja kollettiva trawmatika u jiġu stabbiliti miti u fatti?

Response (ABELA, ROBERT)

L-appell tiegħi jibqa’ biex min għandu xi informazzjoni dwar dawn il-każijiet li jibqgħu tebgħa sewda fl-istorja ta’ pajjiżna, tmissu l-kuxjenza u jersaq 'il quddiem, anke għax l-investigazzjonijiet baqgħu dejjem miftuħa. Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellanta li amministrazzjonijiet preċedenti tul l-aħħar għexieren ta’ snin qatt ma ħadu dan il-pass, f’mumenti li setgħu kienu iktar opportuni. Bl-istess mod ħadu deċiżjonijiet importanti oħra bħal ħlas ta’ kumpens lill-familja ta’ Raymond Caruana u nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellanta għall-sentenzi tal-Qrati fil-każ Karin Grech li ddikjaraw ukoll il-mottiv wara dak il-qtil. Sentenzi, li b’dispjaċir kienu ġew anke appellati mill-amministrazzjoni ta’ dak iż-żmien.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Reklami fuq gazzetti - Nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat kif ġej: Dipartiment/ Entità /Aġenzija Suġġett tar-riklam Data meta xxandar ir-riklam Isem tal-gazzetti fejn inxtara r-riklam Nefqa € VAT eskl. MITA Cyber Assess Scheme 11/02/2024 Malta Business Weekly u The Malta Independent on Sunday 1,957.50 MITA Cyber Assess Scheme 11/02/2024 Times of Malta u The Sunday Times of Malta 1,377.50

Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali — Reklami fuq gazzetti - Nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Festi Lokali — Fondi u Kriterji

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega kif jistgħu jintefqu l-fondi li huma mwiegħda għal kull festa lokali (€14,000) u x'inhuma l-kriterji?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Rakkomandazzjonijiet mill-Ombudsman — Azzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'azzjoni ser tittieħed sabiex jiġi implimentat dak li ġie rrakomandat mill-Ombudsman Parlamentari fil-każijiet OMB-22-3333 u OMB-22-3696 u sabiex tiġi ċċarata l-policy dwar il-pre-retirement leave għal kull ħaddiem f'kull entità u awtorità pubblika?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-azzjonijiet li jittieħdu sabiex fejn hu legalment possibbli jiġu implimentati rakkomandazzjonijiet mill-Ombudsman Parlamentari, jiġu ppublikati f' rapport annwali li joħrog is-Servizz Pubbliku.

Premju Ħaddiem tas-Sena – Trofew oriġinali

Question

Peress li l-Premju Ħaddiem tas-Sena jaqa’ fil-portafoll tal-Ministeru immexxi minnu, jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn jinsab it-trofew oriġinali, li kien beda jingħata sa mill-1990 għal kull sena lir-rebbieħ tal-Premju u li huwa xogħol prestiġjuż tal-artist Malti Noel Galea Bason maħdum fil-bronż, injam u rħam? Jista’ jgħid ukoll meta kienet l-aħħar sena li r-rebbieħ tal-Premju Ħaddiem tas-Sena ngħata t-trofew maħdum minn Galea Bason u x’kienet ir-raġuni li ma baqax jingħata dan it-trofew imsemmi? Peress li dan ix-xogħol artistiku huwa parti mill-wirt artistiku Malti jista’ jassigura li din l-opra ser titpoġġa taħt il-kustodja tal-MUŻA u esebita hemmhekk għall-apprezzament tal-pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali — Djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma d-djar tal-anzjani li fihom se jkunu qed isiru l- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali fl-1 ta' Ġunju 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif qed jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Armata — Bord għall-Inġustizzji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar dwar il-konklużjonijiet tal-Bord għall-Inġustizzji fl-Armata li kien tħabbar lura fl-2017 u li kien irrapporta dwarhom f'Ġunju 2018?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W129.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Artikli u opinjonijiet fuq gazzetti - Nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn l-artikli kienu intervisti jew rapporti?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat kif ġej: Dipartiment/ Entità /Aġenzija Suġġett tal-artiklu Data meta xxandar l-artiklu Isem tal-gazzetti fejn inxtara l-artiklu Intervista jew rapport Nefqa € VAT eskl. Informazzjoni ohra Servizz Pubbliku Frar 2024 magażin Sagħtar 609.00 artiklu fuq Magażin Sagħtar Ħarġa 383 - Frar Marzu 2024 magażin Sagħtar 609.00 artiklu fuq Magażin Sagħtar Ħarġa 384 - Marzu 62 public consultations in 2023 07/01/2024 Sunday Times Artiklu 1,300.00 An economy with social conscience 04/02/2024 Sunday Times Artiklu 1,300.00 Stabbilta-A key Public Service initiative to combat inflation 03/03/2024 Sunday Times Artiklu 1,300.00 Community Services for Older Persons 21/01/2024 Media Today Artiklu 900.00 MITA MITA Cares 21/01/2024 Malta Today* Rapport 550.00 * il-prezz jinkludi ukoll artikli online Malta Government Network (MAGNET) refresh Project 25/02/2024 Malta Today* Rapport 550.00 * il-prezz jinkludi ukoll artikli online Cyber Assess Scheme 24/03/2024 Malta Today* Rapport 550.00 * il-prezz jinkludi ukoll artikli online Nesploraw Avventuri Teknoloġiċi: Vjaġġ ta' Solutions Architect fil-MITA 04/03/2024 StudentIllum Rapport 650.00

Bord Nazzjonali tal-Produttività — Membri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord Nazzjonali tal-Produttività, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Persuni impjegati mal-Gvern, mal-kumpaniji parastatali u aġenziji tal-Gvern permezz tal-kumpaniji privati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12537 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm persuni ġew impjegati mal-Gvern, mal-kumpaniji parastatali u aġenziji tal-Gvern permezz tal-kumpaniji privati mis-sena 2013 sas-sena 2017, mis-sena 2017 sal-2022, u mill-aħħar elezzjoni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13353.