Regolamenti rigward apparat li jiġġenera radjazzjoni
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17412 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, 17175 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u 17028 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti kollha li nħarġu mill-Ministeru tas-Saħħa u/jew mis-Superintendent tas-Saħħa Pubblika in konnessjoni ma’ kwalunkwe tip ta' apparat li jista' jiġġenera radjazzjoni li hija tat-tip "non ionizing", inkluż kwalunkwe "standards", prassi u proċeduri li għandhom jiġu segwiti in konnessjoni mal-imsemmi apparat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 17028.
Moniteraġġ tas-Saħħa ta’ membri tal-pubbliku wara l-użu ta’ apparat li jiġġenera radjazzjon
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17413 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-mistoqsija parlamentari 17177 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17030, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji tat-tip ta' moniteraġġ tas-saħħa ta' membri tal-pubbliku matul kif ukoll wara l-użu ta’ apparat li jista' jiġġenera radjazzjoni li hija tat-tip "non ionizing" kif ukoll matul u wara l-imsemmi exposure, flimkien mar-riżultati ta' dak il-moniteraġġ tas-saħħa tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 17030.
San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra — vened ta' traport pubbliku - distanza soċjali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li fuq il-venda tat-trasport pubbliku ta’ Buġibba u fuq il-bus stops fiż-żoni ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra jiġu osservati l-obbligazzjonijiet u jsir infurzar relatati mad-distanza soċjali b’rabta mal-imxija tal-COVID-19? Dan jgħodd ukoll anke dwar l-ammont ta’ passiġġieri li jitilgħu fuq il-karozzi li joffru s-servizz tat-trasport pubbliku b’mod ġenerali.
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika liema huma dawk il-lokalitajiet fejn hemm it-tqassim tal-mediċini fid-djar u meta dan is-servizz se jkun fuq skala nazzjonali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizzi tat-tqassim tal-mediċini fid-djar permezz tal-iskema tas-70+ kif ukoll permezz tal-iskema tqassim ta’ mediċini meqjusa bħala goffi jew tqal, direttament fid-djar tal-pazjenti magħrufa bħala Free Delivery of Bulky Items To Patients Benefitting from the POYC Scheme huma fuq skala nazzjonali għalhekk huma provduti fil-lokalitajiet kollha.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – rilokazzjoni tal-Canteen
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn il-canteen preżenti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ġie rilokat, għal fejn jinsab illum? Jista' jgħid ukoll jekk il-lok imnejn qed jopera l-canteen preżentement hux temporanju u jekk hemmx il-ħsieb li dan jerġa’ jiġi rilokat għal post aħjar? F'dak il-każ, x'inhuma l-pjanijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-canteen preċidenti ngħalaq sabiex jiffaċilita’ il-bini tal-iskola medika ta’ Barts u peress li għadhom qed isiru diversi xogħlijiet relatati mal-bini tal-isptar il-ġdid, l-pazjenti u l-ħaddiema bħalissa jagħmlu użu minn numru ta’ vending machines li hemm mqassma mal-isptar kollu kif ukoll minn servizz ta’ food truck li jinsab fil-parking area tal-istess sptar. Ninfurmah illi l-ħaddiema jistgħu jagħmlu użu wkoll mill-canteen tal-istess skola medika ta’ Barts. Huwa maħsub li għal ġejjieni jkun hemm canteen areas kemm għal istaff kif ukoll għal pazjenti u qraba fil-bini tal-isptar il-ġdid.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qed jingħataw għajnuna finanzjarja l-organizzazzjonijiet volontarji għas-saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minkejja li tingħata għajnuna finanzjarja lill-organizzazzjonijiet volontarji għas-saħħa, dawn irendu lura servizzi lill-gvern billi tingħata aktar għajnuna lill-pazjenti tagħna. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija parlamentari tiegħu.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm, u liema huma, il-mediċini li hawn out of stock?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpllant illi bħalissa hemm 3 mediċini li l-istock tagħhom qiegħed fl-istores tal-Gvern, u hekk kif ikollhom l-approvazzjonijiet neċessarji jkunu jistaw jiġu mqassma lill-pazjenti kkonċernati.Barra minn dawn ma hemm l-ebda mediċina out of stock.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex Għawdex għadu mingħajr Rapid Testing Hub għall-coronavirus COVID-19? Xi pjanijiet hemm biex dan il-hub jinfetaħ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sar it-taħriġ neċessarju sabiex fil-jiem li ġejjin ikun jista’ jibda jsir ir-Rapid Testing għal-Covid-19 f’Għawdex.
Ċimiterju tal-Addolorata – tiġdid ta’ konvenji fuq oqbra
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk humiex ser jiġġeddu konvenji fuq oqbra fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata li mistennija jiskadu fil-ġimgħat li ġejjin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-konvenji fuq oqbra fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata li se jiskadu se jiġu mġedda. Fl-aħħar ta’ din is-sena mistennija jsiru l-ewwel kuntratti fuq oqbra fl-imsemmi ċimiterju.
Dipartiment tas-Saħħa – ħażna tal-vaċċin kontra l-COVID-19
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjanijiet fassal id-Dipartiment tas-Saħħa sabiex jaħżen f'Malta u f'Għawdex il-vaċċin li qed jiġi żviluppat minn Pfizer u BioNTech meta jasal Malta u kif ser isir it-tilqim b'dan il-vaċċin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tas-Saħħa għamel l-arranġamenti neċessarji biex il-vaċċin imsemmi minnu f’eventwalita’ illi jkun żviluppat mill-kumpanija msemmija ikun maħżun skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-kumpanija u bil-Cold Chain iżgurata.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk talabx li l-frontliners fis-settur tas-Saħħa jingħataw xi tip ta’ kumpens fil-budget li nesihom kompletament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħal ma taf hi l-pandemija tal-Covid-19 għadha għaddejja. Waqt li l-gvern jinsab grat ħafna għax-xogħol dedikat, professjonali u kompetenti, li qed juru l-frontliners tagħna, mhux jeskludi li jkun hemm diskussjoni mal-Unions ikkonċernati jekk jirri¿ulta li hemm il-lok ta’ tibdil fil-ftehim settorjali rispettivi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm professjonisti mediċi li jaħdmu mas-settur pubbliku li ħarġu bil-kwarantina bħalissa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentament hemm 151 professjonisti mediċi li jaħdmu fid-dipartimenti tal-Ministeru għas-Saħħa li qedgħin bil-kwarantina.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nuqqas ta’ nurses fl-Isptar Mater Dei illum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar 7 ġimgħat ġew impjegati 44 infermiera ġodda sabiex tkompli tintleħaq id-domanda għas-servizzi li dejjem ji¿diedu provduti mis-servizz nazzjonali tas-Saħħa. Ninfurmaha ukoll illi fil-jiem li ġejjin ser ikunu qed jiġu mpjegati 11 il-infermier ġdid ieħor.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx biżżejjed infermiera u anestetisti biex jieħdu ħsieb il-115 sodda tal-ITU li ħabbar fil-parlament l-istess Ministru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kontinwament qed isir it-taħriġ adekwat lil-infermiera kif ukoll tobba minn speċjalitajiet u oqsma differenti sabiex ikunu jistaw jassistu lill-pazjenti kollha li jkunu qed jieħu l-kura fl-ITU.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti struzzjonijiet immedjati lil Steward Healthcare sabiex ix-xufiera tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ma jibqgħux aktar f'containers imma jkollhom kmamar permanenti u adekwati fejn jistgħu joqogħdu meta ma jkunux qegħdin isuqu l-ambulanzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-taqsima tat-trasport li jinkludi wkoll ix-xufiera tal-ambulanzi, bħalissa qed topera minn post temporanju. Il-post fuq ba¿i permanenti għal din it-taqsima, huwa parti mill-proġett tal-bini ta’ sptar akut ġdid fil-g¿ira Għawdxija. Ninfurmah li ser isir upgrade tal-post hekk kif jitlesta r-refurbishment li qed isir fid-Dipartiment tal-Emerġenza.
Ministeru għas-Saħħa – nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Pandemija — Nies li qed jonqsu li jmorru jagħmlu check-ups ta’ rutina
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li minħabba l-pandemija, nies qed jonqsu li jmorru jagħmlu check-ups ta’ rutina li jista’ jwassal biex isiru jafu kmieni jekk għandhomx kanċer? Jista’ jikkonferma li dan in-numru fil-fatt naqas b’terz? X’qed jagħmel il-Gvern biex dan l-iscreening u l-early diagnosis jerġa’ jibda jsir mill-aktar fis?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu ta’ bejn Marzu u l-bidu ta’ Awissu ta’ din is-sena dan is-servizz kien waqaf minħabba l-bidu tal-pandemija tal-Covid-19, ninfurmaha ukoll illi l-screening u l-early diagnosis wara dan il-perjodu rega’ beda’ jingħata.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu li jirrevedi l-istrateġija tas-Saħħa Mentali ppublikata f’Diċembru li għadda sabiex pajjiżna jkollu strateġija tas-Saħħa Mentali li tinkludi l-effetti immedjati u fit-tul tal-pandemija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Istrategija tas-Saħħa Mentali qegħda tkun implimentata. Infatti is-servizz kollu issa qiegħed jingħata skont regjuni kif tgħid l-istess strateġija. L-implimentazzjoni tagħha kemm fil-preżent u dak kif ippjanat għal futur jinkludi l-effetti tal-Pandemija. Is-servizz qed jingħata b’tali mod li jkun sikur minn trasmissjoni tal- Covid 19 kemm għal l-istaff kif ukoll għal klijenti. Dan is-servizz qed ikun iktar aċċesibbli, speċjalment fil-kommunità, ħalli jkun jista’ jirrispondi għal problemi u sitwazzjonijiet ġodda psikoloġiċi li ġabet din il-pandemija.
COVID-19 — Servizz u Sapport għas-Saħħa Mentali tal-Frontliners
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’servizz u sapport għas-Saħħa Mentali qed jingħataw il-frontliners tagħna li jmissu direttament mal-COVID-19 fosthom l-infermiera, t-tobba u l-professjonisti mediċi kollha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-impjegati inkluż il-frontliners jistaw jirreferu għal servizz ta’ sapport psikoloġiku u ta’ counselling permezz tal-Employee Support Programme (ESP) fejn f’kull livell professjonali jiġu mħeġġa biex jagħmlu użu f’każ ta’ bżonn.
Hemm wkoll is-servizz tal-psikologu u l-psikjatra on call minn tobba u professjonisti oħra f’każ ta’ emerġenza barra l-ħin normali tax-xogħol sabiex l-impjegati jkunu jistgħu jiġu riferuti għalih.
Barra minn hekk ġew introdotti protokolli, linji gwida u lbies protettiv li flimkien jagħtu serħan il-moħħ lill-professjonisti tagħna f’kull ċirkostanza relatata mal-pandemija tal-Covid-19. Dawn il-protokolli huma aġġornati kontinwament biex jirriflettu l-aħħar direzzjoni fuq is-suġġett skont kif ikun maħruġ mil-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.
Ir-Rabat Għawdex – Ċentru tas-Saħħa – tabib bil-lejl
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għalfejn it-tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, Għawdex m'għadhux jattendi bil-lejl fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jidhirlux li dan in-nuqqas qed iżomm milli jingħata servizz ta' kura tas-saħħa primarja 24 siegħa kuljum? Jidhirlux li dan in-nuqqas qed iżid il-pressjoni fuq id-Dipartiment tal-Emerġenza tal-istess Sptar Ġenerali ta' Għawdex f'dan iż-żmien tant delikat ta pandemija? Jidhirlux li wasal iż-żmien li ċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, Għawdex jibda jagħti servizz 24 siegħa kuljum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentru tas-Saħħa l-ġdid tar-Rabat, Għawdex la darba jitlesta x-xogħol fuqu, se jkun qed jinfetaħ erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.