Ministeru tal-Edukazjoni, Xogħol u l-Familja — ħaddiema ġodda
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2010, xahar b'xahar? Tista' tgħid ukoll xi grad kien kull impjieg? Kif sar l-ingaġġ, jekk hux b'sejħa pubblika jew mod ieħor?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 23528.
Tista' l-Minsitru tgħid jekk ġewx meqjusa l-konsegwenzi ta' deċiżjoni li ċċaħħad lit-tfal mil-literacy support teachers għaż-żmien li jkunu jiġbru t-tagħrif għall-PIRLS?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Huwa essenzjali li l-Literacy Support Teachers (LSTs) ikunu fost dawk li se jimmarkaw il-PIRLS.
Din se tkun esperjenza indispensabbli ta’ żvilupp professjonali, billi se tagħtihom lemħa tal-i
standards
internazzjonali tal-litteriżmu u tal-assessjar tiegħu, kif ukoll stampa dettaljata tal-kapaċitajiet u l-bżonnijiet tal-istudenti Maltin fil-litteriżmu. Fil-fatt, dejjem kien maħsub li l-LST jkunu involuti f’dan ix-xogħol.
Tista' l-Ministru tagħti elenku ta' policies u programmi ta' żvilupp sostenibbli u komunitajiet sostenibbli li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha inkluż dak tas-Segretarju Parlamentari? Tista' tindika d-dipartimenti u l-aġenzji li huma responsabbli minn dawn il-programmi? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li jiddiskrivu dawn il-policies u programmi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament, ma tibqax tirċievi benefiċċji li mhix intitolata għalihom peress li din ilha x-xhur tinforma lid-Dipartiment, bil-konsegwenza li jkollha toqgħod ta' kull darba tħallas flejjes inutilment f'rifużjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata mid-Dipartiment li meta l-persuna msemmija infurmat lid-Dipartiment bit-tibdil fiċ-ċirkostanzi tagħha l-passi neċessarji ittieħdu mill-ewwel. Tajjeb infakkar li kemm-il darba ir-rapport ta’ tibdil fiċ-ċirkostanzi jsir wara li jkun ħareġ il-pagament tal-benefiċċji jista’ jirriżulta ħlas żejjed li jkun irid jinġabar bħalma ġara f’dan il-każ.
Tista' l-Ministru tispjega kif il-kera ta' flat, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għalkemm suppost huwa kera sussidjata, il-kera kull tliet xhur ta' dan il-flat huwa ta' €254.18 u dan meta hemm tliet persuni reġistrati f'dan il-flat u l-inkwilin jirreġistra għax-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-talba li għamlet l-inkwilina qed tiġi kkunsidrata.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25316, tista’ l-Ministru tgħid min huma l-awdituri tal-Public Broadcasting Services? Kemm jitħallsu dawn l-awdituri tax-xogħol li jagħmlu għall-PBS? Kemm se jkun il-ħlas għal dan is-servizz temporanju li se tkun qed titħallsu mill-PBS il-kumpanija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Meta l-PBS se toħroġ sejħa pubblika għal offerti biex dan is-servizz ikun kopert bi proċeduri stabbiliti u li jixraq li jkunu segwiti minn kumpanija statali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni dwar l-awdituri tiġi ppubblikata kull sena fl-Audited Accounts tal-PBS. L-Awdituri huma Ernst & Young, u l-ħlas huwa ta’ €10,000 kull sena, b’ammont addizzjonali ta’ €3,858 relatati ma’ xogħol ieħor bħal komputazzjoni tat-taxxa.
Il-ħlas għas-servizz temporanju sabiex jinħadmu l-pagi huwa ta’ €236 fix-xahar, filwaqt li s-sejħa pubblika għal dan ix-xogħol se toħroġ aktar tard dan ix-xahar.
Belt Valletta — akkomodazzjoni fi Triq il-Merkanti
Question
Fid-dawl tal-fatt li hemm diversi anzjani b'mobilità ristretta fi bżonn urġenti ta' akkomodazzjoni alternattivà fil-Belt Valletta, tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu allokati l-appartamenti fi Triq il-Merkanti? Tapprezza li din il-binja ilha għaddejja tant snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hekk kif dan il-blokk jitlesta mill-finishing li qed isir fih allura jkun lest sabiex jiġi allokat. Huwa stmat li fix-xhur li ġejjin issir l-allokazzjoni ta’ dan il-blokk.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema huma l-iskejjel statali li hu mistenni li jiġu estiżi, jew mibnija ġodda matul il-ħames snin li ġejjin? F'kull każ, meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol infrastrutturali meħtieġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul dawn il-ħames snin li ġejjin huwa pjanat illi jinbnew dawn l-iskejjel ġodda:
· Skola Sekondarja Bniet Qormi (Ħandaq) – huwa pjanat li titlesta fis-sena 2012;
· Skola Sekondarja Bniet Kirkop – huwa pjanat li titlesta fis-sena 2013;
· Skola Sekondarja Subien Paola – huwa pjanat li titlesta fis-sena 2014; u
· Ħamrun (M’Assumpta Site) – huwa pjanat li titlesta fis-sena 2015.
Matul dawn il-ħames snin li ġejjin huwa pjanat li jiġu estiżi dawn l-iskejjel:
· Skola Sekondarja Bniet Żejtun (Carlo Diacono) – huwa pjanat li titlesta fis-sena 2011/2012;
· Skola Sekondarja Bniet Mosta (Lily of the Valley) – huwa pjanat li titlesta fis-sena 2011/2012;
· Skola Primarja Marsascala – huwa pjanat li titlesta fis-sena 2011/2012; u
· Skola Primarja San Gwann – huwa pjanat li titlesta fis-sena 2013.
· Kulleġġ San Injazju, Ħandaq – kumpless sportiv ‘
indoor’
/
Multi-purpose hall
2013/14
Diġa’ bdew isiru preparamenti sabiex ikun jista’ jibda x-xogħol f’kull każ. Dwar estensjonijiet oħra wara l-2013 bħalissa qegħda tiġi deċiża l-prijorità ta’ numru ta’ proġetti skont l-esiġenzi tal-iskejjel.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — ommijiet xebbiet - benefiċċji
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' ommijiet xebbiet li talbu benefiċċji matul l-ewwel tliet xhur tal-2011 u kemm ġew reġistrati talbiet simili mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ommijiet xebbiet li talbu benefiċċji matul l-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena kien kif jidher hawn taħt:
130 persuna applikaw għal CA(
Childrens Allowance
)
83 persuna applikaw għal SUP(Għajnuna Soċjali għal ommijiet xebbiet)
Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla — rapport annwali li jmiss
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta se jitqiegħed ir-rapport annwali li jmiss tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla? Għaliex qed idum daqshekk ma joħroġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla li jmiss se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fil-futur qrib. L-aħħar rapport tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f’Ġunju 2010.
Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla — ħidma
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'ħidma wettqet il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla minn Lulju 2010 sal-aħħar ta' Marzu 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu indikat minnu l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla kellha laqgħat tal-Working Group on Alternatives to MATSEC u laqgħat tal-Bord tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla; lestiet ir-rapport annwali kif ukoll ir-rapport fuq l-istatistika għas-settur tal-edukazzjoni ogħla; organizzat seminars bħala parti mill-Proċess ta' Bologna; bdiet ħidma fuq survey dwar ir-rata ta’ studenti li ma jkomplux bl-istudji post-sekondarji u ieħor fuq Sixth Forms; analizzat data rilevanti għal Malta fil-kuntest tal-proġett EUROSTUDENT IV; ipparteċipat bi stands f'fieri għall-istudenti bħal ETC Jobs Fair, Learning Expo Malta 2011 u attivitajiet tal-KSU Student Organisation Days; ħejjiet proposti għall-proġett finanzjat mill-Fond Socjali Ewropej; u ħadmet mal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki fuq diversi proġetti bħal Leonardo da Vinci EQAVET, ECAVET, TEMPUS Programme NCP.
Tista' l-Ministru tgħid min qed jagħmel ix-xogħol tas-CEO tan-NCHE bħalissa u fiex jikkonsisti x-xogħol tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor Interpellant li bi tħejjija għall-ghaqda bejn l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla u l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki f’Diċembru tas-sena l-oħra kien tlesta pjan ta' ħidma komuni għaz-zewġ entitajiet taħt it-tmexxija tal-kap ezekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki. Peress li dil-persuna issa nħatret Segretarju Permanenti fil-Ministeru u sakemm issir il-ħatra ta' kap eżekuttiv ġdid, il-Kummissjoni qed titmexxa temporanjament mill-istess segretarju permanenti bl-assistenza taċ-ċermen tal-Kummissjoni.
Malta Qualifications Council u tan-NCHE — strutturi unifikati
Question
Tista' l-Minsitru tgħid fiex wasal ix-xogħol biex jiġu unifikati l-istrutturi tal-Malta Qualifications Council u tan-NCHE, tpoġġi organigramma ta' kif ġejja l-istruttura l-ġdida u kemm se jkun hemm nies jaħdmu fl-istruttura l-ġdida u x'se jkun ix-xogħol rispettiv tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ix-xogħol biex l-MQC u l-NCHE jiġu integrati twettaq u l-organigramma ġiet approvata miż-żewġ entitajiet. Fl-istruttura l-ġdida, se jkun hemm madwar 40 persuna jaħdmu u x-xogħol tagħhom se jkun relatat mar-rwol tagħhom kif jidher fl-organigramma li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tara li titwettaq t-talba li saret biex jinxtraw xi siġġijiet ġewwa Bugeja Institute blind section peress li din tintuża għal xi laqgħat u jidher li m'hemmx siġġijiet biżżejjed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
M’huwiex minnu li m’hemmx biżżejjed siġġijiet fis-sezzjoni tal-persuni nieqsa mid-dawl fl-Istitut Buġeja. Infatti jirriżulta li l-aħħar sett ta’ siġġijiet inxtraw fl-2009 u fil-preżent hemm siġġijiet żejda għall-użu kemm tal-ħaddiema kif ukoll għall-klijenti kollha, u anki għal meta jkun hemm laqgħat f’dan iċ-ċentru.