Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #18099 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Żgħażagħ bil-flixken tal-alkoħol

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-pulizija, speċjalment fi tmiem il-ġimgħa, tieħu l-azzjoni li suppost tieħu biex wieħed ma jibqax jara ammont konsiderevoli ta’żgħażagħ taħt is-17-il sena jduru fit-toroq bi fliexken tax-xorb f’idejhom kif ukoll uħud minnhom anke ta’ 14-il sena jintelqu fl-art għax ikunu fis-sakra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi meta l-membri tal-Korp ikunu ffaċjati biċ-ċirkostanzi msemmija mill-Onorevoli Interpellant jieħdu l-passi kollha meħtieġa kif previst mil-Liġi.
Leg 11 PQ #18100 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Żgħażagħ li jiġġerrew fit-toroq fil-postijiet tad-divertiment

Question

Filwaqt li wieħed japprezza x-xogħol li twettaq il-pulizija, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal taħt l-età ta’ 17-il sena li nqabdu mill-pulizija għaliex kienu qed jiġġerrew fit-toroq fl-inħawi ta’ postijiet ta’ divertiment? Kemm-il azzjoni ħadet il-pulizija fuq dawk iż-żgħażagħ li jinstabu mitluqa fl-art għax ikunu fis-sakra? X’għajnuna jingħataw dawn iż-żgħażagħ ħalli ma jkunux f’periklu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi m'hemm l-ebda liġi li tipprojbixxi li żagħżagħ taħt l-età ta' 17-il sena milli jkunu fit-toroq fl-inħawi ta' postijiet ta' divertiment. Infurmat ukoll illi fejn ikun hemm żgħażagħ li jkunu fis-sakra, minbarra li l-pulizija tieħu l-passi skont il-ligi, tingħatalhom ukoll dik l-għajnuna meħtieġa biex ma jkunux la f'periklu huma u kif ukoll l-anqas ikunu ta' perikolu għal ħaddieħor.
Leg 11 PQ #18148 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

San Pawl il-Baħar u l-inħawi — preżenza tal-Pulizija

Question

Billi San Pawl il-Baħar u l-inħawi li jaqgħu taħtu, skont l-aħħar ċifri uffiċjali sar it-tieni l-akbar lokalità f'Malta u mar-residenti wieħed irid iżid ukoll numru kbir ta' viżitaturi u turisti, flimkien mal-ħwienet u n-negozji, jista' l-Ministru jara li jkun hemm preżenza iktar frekwenti tal-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul dan is-sajf se jkun hemm żieda fil-preżenza tal-Pulizija fil-lokalitajiet turistiċi u ta' villeġġatura, unkluż dawk tan-naħa ta' fuq ta' Malta.
Leg 11 PQ #17986 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

San Pawl il-Baħar — persuni li tressqu l-qorti fuq ġlied

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li ġew imressqa l-qorti wara li allegatament kienu involuti f'xi ġlied matul l-aħħar tliet xhur tal-2009, fl-inħawi li jaqgħu taħt ir-responsabilità ta' San Pawl il-Baħar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar tliet xhur ta' din is-sena kien hemm 57 persuna li ġew imressqa l-Qorti mill-Pulizija wara li allegatament kienu involuti f'xi ġlied.
Leg 11 PQ #17987 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

San Pawl il-Baħar — sorveljanza tal-pulizija fil-bypass

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' sorveljanza qegħda ssir mill-pulizija fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar għal dak li jirrigwarda sewqan esagerat f'din l-istess bypassi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17145.
Leg 11 PQ #17988 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Patrols regolari fl-inħawi tal-bajjiet Maltin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar patrols regolari li jsiru fl-inħawi tal-bajjiet Maltin, b'mod partikolari matul ix-xhur tas-sajf?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-pulizija torganizza rondi regolari matul ix-xhur tas-sajf, f’postijiet u bajjiet turistiċi kemm fuq ix-xtajtiet kif ukoll fuq il-baħar. Dawn isiru, fost oħrajn, Wied il-Għajn, Xgħajra, Birżebbuġa, Marsaxlokk, Sliema, San Ġiljan, l-Għadira, Għajn Tuffieħa u l-Armier.

ETC — refresher courses tal-gwardjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ mhix tagħmel ir-refresher courses tal-gwardjani lokali u li għaldaqstant dawk li jixtiequ jagħmlu dan il-kors, iżda m'għandhomx il-mezzi finanzjarji biex jagħmluh, qed ikunu nfurmati mill-Kummissarju tal-Pulizija li jridu jirritornaw il-karta li tidentifikahom bħala Gwardjani Lokali? Jista' jgħid għaliex qed jittieħdu dawn il-passi meta fi snin ta' qabel ġieli kien il-każ li r-refresher courses tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kienu jdumu ma jsiru u għaldaqstant il-Kummissarju tal-Pulizija kien jaċċetta li l-persuni konċernati ma jitilfux din il-liċenzja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Għar-rigward il-parti tad-domanda li tirrigwarda l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Ninsab infurmat li l-persuni li kienu naqsu milli jġeddu l-liċenzja ta' Gwardjani Lokali rċevew avviż mill-Korp tal-Pulizija fuq dan u nġibditilhom l-attenzjoni tagħhom għal dak stabilit fl-Artikolu 4 (2) tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 389.02 tar-Regolamenti dwar Gwardjani Lokali.
Leg 11 PQ #18125 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bar f'Tas-Sliema — ilmenti għand il-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm hemm ilemti għand il-Pulizija ta' Tas-Sliema fuq il-post li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, u x'passi ttieħdu fuq l-ilmenti li saru dan l-aħħar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha diversi rapporti dwar il-ħanut imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi l-Pulizija ħadet passi skont il-ligi fejn instab li kien hemm ksur ta' liġi. Fil-fatt ninsab infurmat illi hemm diversi kawżi pendenti quddiem il-Qorti.
Leg 11 PQ #18165 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Direttur Ġenerali tal-GRTU — aggressjoni waqt laqgħa pubblika

Question

Billi minn rapporti fl-istampa jirriżulta li kien hemm min aggredixxa fiżikament lis-Sur Vince Farrugia, Direttur Ġenerali tal-GRTU waqt il-laqgħa pubblika ta' konsultazzjoni fuq l-impatt ambjentali tal-iżvilupp propost għal Ħondoq ir-Rummien, liema laqgħa saret fl-Iskola tal-Qala Għawdex nhar il-Ħamis 27 ta' Mejju, jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux passi mill-Pulizija kontra l-agressur jew agressuri?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sabiex il-Pulizija tkun tista' tipproċedi kriminalment dwar l-allegat inċident imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, huwa meħtieġ li jkun hemm ir-rapport kif ukoll il-kwerela tal-parti offiża.
Leg 11 PQ #18170 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija assenjati dmirijiet mat-Taqsima tal-ALE

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm pulizija u minn liema distretti u sezzjonijiet ġew assenjati għal dmirijiet mat-Taqsima tal-ALE matul ix-xhur ta' April u Mejju 2010, meta fil-fatt ix-xogħol regolari tagħhom hu f'taqsimiet oħra jew fid-distretti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16296.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — vetturi u staff

Question

Jista' l-Ministu jgħid kemm huwa armat id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kemm bħala staff kif ukoll bħala vetturi? X'inhu r-rwol ta' kull staff u ta' kull vettura? Jista' jgħid kemm-il sejħa saret lil dan id-dipartiment matul is-sena 2009?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hemm 137 ħaddiem full time, 2 studenti u 35 voluntier u għandu 78 vetturi. Infurmat ukoll li d-Dipartiment, matul l-2009, saritlu 5,164 sejħa li 176 kienu sejħiet fittizja.
Leg 11 PQ #17428 Sitting 234 2010-06-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Vacancies għall-istudenti fis-sajf

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-dipartimenti, aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hux se jkun hemm xi vacancies għas-sajf għal studenti li jkunu bil-vakanzi? Jekk fl-affermattiv, fejn ser ikunu, xi kwalifiki ser ikunu mitluba u kemm ser jidħlu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi hemm talba għal studenti biex jimlew xi vacancies għas-sajf fid-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja, liema talba se tkun għal 7 studenti universitarji u 3 studenti mill-MCAST għal perjodu stabbilit fil-vaganzi tas-sajf. Dawn se jkunu mqassmin taħt żewġ Dipartimenti, dak tal-Qrati Ċivili u Tribunali Ċivili u tas- Support Services . L-istudenti qed jintalbu li jkunu qegħdin jistudjaw fl-Università ta’ Malta fil-Fakultà tal-Ekonomija , Management and Accountancy, fil-Fakultà tal-Informazzjoni u Komunikazzjoni Teknoloġija u fil-Fakultà tal-Liġi. Mill-MCAST qegħdin jintalbu studenti li qed jistudjaw għas- Certificate in Administration and Secretarial Studies . Id-dħul tal-istudenti jiddependi mill-Bord tal-Għażla tal- Institute of Business and Commerce tal-MCAST u l- Students’ Maintenance Grants Board tal-Università ta’ Malta.
Leg 11 PQ #17893 Sitting 234 2010-06-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

każijiet ta' hold ups

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17209 u jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' hold ups rapportati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Kodiċi Kriminali (Kap. 9) tal-Liġijiet ta' Malta ma jeżisti ebda rejat speċifiku ta' Hold-Up. Hemm però dawk ta' rejati ta' serq ikkwalifikati ai termini tal-Artikolu 261 tal-istess Kodiċi li jitkellmu fuq vjolenza, il-mezz, il-valur, il-persuna, l-lok, l-ħin jew ix-xorta ta' ħaġa misruqa. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika liema minn dawn il-kategoriji jixtieq li tingħatalu l-informazzjoni.
Leg 11 PQ #17899 Sitting 234 2010-06-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — tindif ta' strumenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent min hu responsabbli mit-tindif tal-istrumenti tal-Pulizija, oġġetti tar-ramm u armar ieħor? Kemm persuni kienu tefgħu tender għal dan il-kuntratt qabel ma ngħata? Fuq liema merti ingħata dan il-kuntratt?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma hemm ebda tender u ma ngħata ebda kuntratt għat-tindif ta’ strumenti, oġġetti tar-ramm u armar ieħor mill-Korp tal-Pulizija. Infurmat ukoll li kull membru tal-Korp li jagħmel użu minn xi għodda jew apparat tal-Korp, huwa fl-obbligu li jagħmel użu tajjeb minnu kif ukoll li jżommu fi stat tajjeb.
Leg 11 PQ #18000 Sitting 234 2010-06-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — konsulent psikjatriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-konsulent psikjatriku ftal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid jekk m'hemmx konsulent psikjatriku, kemm fil-fatt ilhom neqsin minn tali konsulent psikjatriku fl-istess faċilità korrettiva?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-arranġamenti li kien hemm fis-seħħ sal- 25 ta’ Settembru 2009, li permezz tagħhom l-istess konsulent psikjatriku li kien jieħu ħsieb il-ħabsin rikoverati fil-Forensic Unit tal-Isptar Monte Carmeli kien jagħti 8 siegħat servizz fil-gimgħa b’kuntratt, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, intemmu meta dan il-konsulent ittermina dan il-kuntratt b’seħħ immedjat. Infurmat ukoll li, minn dakinhar, kwalunkwe konsulenza psikjatrika li tista' tkun meħtieġa minn residenti fil-Faċilità qed tingħata fl-isptar Monte Carmeli, wara referenza mit-tobba li jaħdmu fil-Faċilità. Ninsab infurmat ukoll li hemm preparamenti sabiex din il-pożizzjoni tiġi mimlija min persuna oħra.
Leg 11 PQ #18001 Sitting 234 2010-06-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Applikazzjonijiet għall-gwardjani tal-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se joħorġu l-applikazzjonijiet għall-gwardjani ġodda tal-ħabs, dan mhux lanqas fid-dawl tan-nuqqas kbir ta' gwardjani lokali illi jeżistu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Infurmat li bħalissa qed isir eżerċizzju intensiv biex ikunu identifikati fid-dettal il-ħteġijiet amministrattivi fil-Ħabs, inkluż dawk fir-rigward ta’ kull livell ta’ personnel.

Ħal Farruġ — persuni li jżommu klieb jiġru barra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qatt ma ttieħdu passi kontra min qiegħed iżomm klieb jiġru barra, f'Ħal Farruġ, minkejja l-għadd sostanzjali ta' rapporti li saru fl-Għases ta' Ħal Luqa u Raħal il-Ġdid u dan peress li dawn il-klieb qed jippreżentaw periklu, kemm għall-adulti u aktar u aktar għat-tfal tar-residenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex dawn il-klieb jinġabru. Infurmat ukoll illi hemm proċeduri pendenti quddiem il-Qorti kontra persuna li ġiet identifikata li kienet qed tħalli l-klieb jiġġerrew barra fit-triq.

Pulizija — flus foloż

Question

Jista l-Ministru jgħid: a) Kemm saru rapporti fl-għases tal-pulizija dwar każijiet fejn persuni pruvaw jagħmlu użu min flus foloz fil-perjodu 1 ta' Jannar 2010 sa 31 ta' Mejju 2010? b) Fl-liema għases tal-Pulizija saru dawn ir-rapporti; u ċ) X'passi ttieħdu f'kull każ separat.

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, il-Pulizija kellha 12-il rapport dwar flus foloz li kienu rrapurtati fl-Għases ta’ Ħal Balzan, Wied il-Għajn, Ħaż-Żebbuġ, Birkirkara, San Ġiljan, Valletta, Qawra u l-Kwartieri Ġenerali. Infurmat ukoll li dawn ir-rapporti kollha ġew investigati u kien hemm każ fejn il-persuna kienet giet identifikata u nbdew proċeduri kontriha quddiem il-Qorti.
Leg 11 PQ #17875 Sitting 233 2010-06-08 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tas-Sliema — Triq il-Kbira - rapporti lill-pulizija fuq bar

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk fl-Għassa tal-Pulizija ta' Tas-Sliema waslux ilmenti fuq bar li hemm fi Triq il-Kbira tas-Sliema stess, liema bar għandu anke flower pots fuq il-bankina quddiemu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dawn l-ilmenti kienux fuq storbju ġej minn barra jew minn ġewwa, jew rigward ħinijiet eċċ.?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fi Triq il-Kbria ġewwa Tas-Sliema hemm żewġ bars li għandhom il-flower pots fuq il-bankina quddiemhom. Infurmat ukoll illi l-Pulizija ġieli rċevit rapporti rigward storbju ġewwa wieħed minn dawn il-ħwienet. Dawn l-ilmenti ġew investigati u, fejn irriżulta li kien hemm xi ksur ta’ liġi, il-Pulizija ħadet passi quddiem il-Qorti.
Leg 11 PQ #17880 Sitting 233 2010-06-08 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bar f'Tas-Sliema — liċenzja u kundizzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17617 , jista' l-Ministru jinfurmani kemm-il rapport sar mir-residenti fl-Għassa ta' Tas-Sliema fl-ewwel jiem tal-operat ta' dan il-bar? X'tip ta' liċenzja għandu? X'età ta' żgħażagħ jistgħu jidħlu fih? X'inhi s-sena tal-ħruġ tal-permess? Il-kundizzjonijiet li dak iż-żmien kienu applikabbli, huma relevanti għaż-żmenijiet tal-lum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-bar imsemmi f’Mistqosija Parlamentari numru 17617, ninsab infurmat illi dan l-aħħar ma jirriżultax li saru xi rapporti mir-residenti. L-informazzjoni li għadni hija li nhar il-31 ta’ Mejju 2010 fil-għaxija, il-Pulizija kienet irċeviet telefonata anonima li kien hemm argument quddiem dan il-ħanut u li l-Pulizija ipproċediet immedjatament fuq il-post pero’ irriżulta li ma kien hemm ebda argument. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17617.