Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq l-Iskola, f’Ħal Tarxien u kemm ser jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Triq l-Iskola hija parti minn numru ta’ toroq b’xogħlijiet tal-Enemalta f’Ħal Tarxien. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu tqattigħ ta’ trinek f’diversi toroq sabiex tpoġġew cables tal-Enemalta. Saru wkoll xogħlijiet ta’ rimedju fuq bankini li ġew affettwati mit-tqattigħ tat-trinek. Minħabba li l-proġett jinkludi numri ta’ toroq, l-ispiża ta’ Triq l-Iskola waħedha ma tistax tiġi kkalkulata.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26458, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed tiġi kkunsidrata triq alternattiva minn dawk diġà eżistenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi filwaqt li wieħed irid jinnota li sar titjib konsiderevoli bejn il-Mellieħa u ċ-Ċirkewwa, konxju li l-aċċess għat-tramuntana tal-pajjiż jeħtieġ intervent. Għaldaqstant Infrastructure Malta qed tanalizza kunċetti diversi sabiex tindirizza l-aċċess minn u lejn din iż-żona ta’ pajjiżna, liema studju ser jistabbilixxi il-mod t’aċċess, il-metodi u l-impatti, u għaldaqstant ir-rotot innifishom.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f'Malta li matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2024 ingħataw ċitazzjonijiet fihom? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta’ ċitazzjonijiet għal kull triq?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk in-numru ta’ containers li hemm quddiem il-Fortizza ta’ Sant’Anġlu fil-Birgu humiex qegħdin jostakolaw il-vista u l-ispazju?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret spezzjoni mill-Uffiċjali tal-Infurzar ta’ Transport Malta, li fiha ġie determinat li l-containers inkwistjoni jinsabu fuq art privata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi proċedura sabiex applikazzjoni għal reserved parking personalizzat tiġi kkunsidrata b'mod mgħaġġel, per eżempju minħabba każijiet urġenti? Jekk iva, x’inhi l-proċedura li tintuża? Jista’ jgħid ukoll kif wieħed jista' japplika biex dan isir?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi meta applikazzjoni kompluta bid-dokumenti kollha meħtieġa tidħol għand Transport Malta, dawn min-naħa tagħhom jinfurmaw immedjatament lill-Aġenzija Sapport sabiex jipproċedu bir-rapport mediku. Jiġi infurmat ukoll il-Kunsilli Lokali għal kwalunkwe kummenti li jista’ jkollu. Kif Transport Malta tkun infurmata bl-eżitu tar-rapport mediku, issir site inspection. Jekk ma jkunx hemm problemi partikolari, Transport Malta tipproċedi bl-approvazzjoni u l-implimentazzjoni tal-parkeġġ riservat. Huwa importanti li meta tintbagħat l-applikazzjoni jkun hemm indikazzjoni ċara ir-raġuni għaliex it-talba qed tintalab b’urġenza. L-applikazzjoni tista’ titniżżel minn dan l-indirizz elettroniku:
https://www.transport.gov.mt/Policy-and-application-for-Personalised-Reserved-Parking-Bays-for-Blue-Badge-Holders.pdf-f10426
(Policy and Application for personalised reserved parking bays
).
Awtorità tat-Trasport – Safety audits ta’ proġetti
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proġetti ġewwa Għawdex u Malta li għalihom saret talba lill-Awtorità tat-Trasport għal safety audit sal-aħħar ta’ Frar 2025? F’liema minn dawn saru rakkomandazzjonijiet għat-titjib neċessarju, liema minnhom twettqu u liema minnhom għadhom ma twettqux?
Jista’ l-Ministru jikkunsidra l-installazzjoni ta’ chair lift man-niżla ta’ Lapsi jew lift mill-parti ta’ fuq għal parti t’isfel ta’ Lapsi sabiex persuni b’diżabbilità jkollhom aċċess komdu għall-Bajja ta’ Lapsi?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26452 u jgħid meta u fejn tlestew id-90 pontoon addizzjonali għall-bastimenti tas-sajd fil-Port tal-Imġarr?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26454 u jipprovdi informazzjoni dwar il-marka, il-mudell u n-numru tar-reġistrazzjoni tad-90 bastiment tas-sajd li qed jintużaw fid-90 pontoon ġdid li nħolqu għall-bastimenti tas-sajd?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26455 u jinforma lill-Kamra li l-ebda bastiment tas-sajd ma ġie miċħud pontoon, minn dawk li kienu maħsuba biex jiġu allokati permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jagħti d-dati ta’ meta dawn ġew allokati u l-perjodu ta’ żmien rispettiv?
Jista’ l-Ministru jippreżenta rapport tal-konsultazzjoni li sar dwar il-proġetti fin-Naxxar, f’Ħaż-Żebbuġ, fis-Siġġiewi, fl-Imsida, fil-Fgura, fir-Rabat, fil-Mosta, fil-Mellieħa, fil-Furjana, f’Ħal Safi, f’Ħal Kirkop, f’Ħal Tarxien, fiż-Żurrieq u dak ta’ Vjal Kulħadd f’Ħ’Attard u jaqsam din l-informazzjoni proġett bi proġett?
Response (BONETT, CHRIS)
Qed nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-proġetti marbuta mal-inizzjattiva “Vjal Kulħadd” minn Infrastructure Malta. Infakkar lill-Onor Interpellant li din l-inizjattiva għandha l-għan li titrasforma d-disinn tat-toroq lokali fi spazji aktar siguri, aċċessibli u favur l-ambjent. L-Onor Intepellant jifhem illi l-Kunsilli Lokali li ssottomettew il-proġetti tagħhom ħadu in konsiderazzjoni dan kollu biex titejjeb l-infrastruttura tat-toroq b’enfasi fuq infrastruttura pedonali. Dan filwaqt li jiġu prijoritarizzati modi alternattivi tat-trasport (apparti l-karozzi privati), filwaqt li tkun mtejjba s-sigurta’ u l-aċċesibilita’ pedonali billi jiġu inkorporati miżuri xierqa marbuta mal-veloċita’ tal-vetturi biex fl-istess waqt tittejjeb is-sigurezza tas-sewwieq. Fil-proġetti ġew ikkunsidrati wkoll t-titjib ambjentali fosthom permezz ta’ inklużjoni ta’ infrastruttura ekoloġika xierqa biex tkompli tgħin fit-titjib tal-ġestjoni tal-ilma tax-xita.
Għar-rigward tal-proċess ta’ konsultazzjoni mar-residenti, l-interpellant jifhem illi l-kundizzjonijiet tal-iskema Vjal Kulħadd jirrikjedu li l-Kunsilli Lokali rispettivi jorganizzaw dan il-proċess. Ninformah ukoll illi x-xogħol fuq dawn il-proġetti ser jibda matul din is-sena kurrenti u mistenni li jitlesta sal-aħħar tal-2026.
Proġetti — Rapporti dwar l-impatti fuq it-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta r-rapport li tħejja sabiex juri x’ser ikun l-impatt fuq it-traffiku u l-parkeġġi, u x’qiegħed jiġi rrakomandat biex dawn jiġu mitigati għal kull proġett individwali fin-Naxxar, f’Ħaż-Żebbuġ, fis-Siġġiewi, fl-Imsida, fil-Fgura, fir-Rabat, fil-Mosta, fil-Mellieħa, fil-Furjana, f’Ħal Safi, f’Ħal Kirkop, f’Ħal Tarxien, fiż-Żurrieq u dak ta’ Vjal Kulħadd f’Ħ’Attard?
Jista’ l-Ministru jippreżenta rapport li juri l-miri fit-titjib fil-kwalità tal-arja fin-Naxxar, f’Ħaż-Żebbuġ, fis-Siġġiewi, fl-Imsida, fil-Fgura, fir-Rabat, fil-Mosta, fil-Mellieħa, fil-Furjana, f’Ħal Safi, f’Ħal Kirkop, f’Ħal Tarxien, fiż-Żurrieq u dak ta’ Vjal Kulħadd f’Ħ’Attard, u jaqsam din l-informazzjoni proġett bi proġett?
Jista’ l-Ministru jippreżenta rapport li juri l-ammont ta’ ilma tax-xita li ser jinġabar, fejn ser jinġabar u kif u b’liema kwantitajiet ser jintuża fin-Naxxar, f’Ħaż-Żebbuġ, fis-Siġġiewi, fl-Imsida, fil-Fgura, fir-Rabat, fil-Mosta, fil-Mellieħa, fil-Furjana, f’Ħal Safi, f’Ħal Kirkop, f’Ħal Tarxien, fiż-Żurrieq u dak ta’ Vjal Kulħadd f’Ħ’Attard?
Jista’ l-Ministru jippreżenta Project Timeline għal kull proġett fin-Naxxar, f’Ħaż-Żebbuġ, fis-Siġġiewi, fl-Imsida, fil-Fgura, fir-Rabat, fil-Mosta, fil-Mellieħa, fil-Furjana, f’Ħal Safi, f’Ħal Kirkop, f’Ħal Tarxien, fiż-Żurrieq u dak ta’ Vjal Kulħadd f’Ħ’Attard?
Jista’ l-Ministru jagħti d-data definittiva ta’ meta ser isir it-twaqqigħ tal-proġett li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li nbena llegalment f’sit li jinsab tul parti mix-Xatt tal-Gżira u Ta' Xbiex u li l-ispazju jingħata lura liċ-ċittadini u jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku, u dan ġaladarba nhar id-19 ta' Frar 2025 il-Qorti tal-Appell (Kompetenza Inferjuri) irrevokat id-deċiżjoni tat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar tal-31 ta’ Ottubru 2024 peress li l-imsemmi żvilupp mhux permess u għalhekk il-Qorti ddikjarat li l-permess PA 680/22 “huwa bla siwi u għalhekk null fil-liġi”?
Response (BONETT, CHRIS)
Fil-każ tal-konċessjoni ta’ marina fuq ix-xatt ta’ Ta’ Xbiex, magħrufa bħala Gardens Marina, u li ngħatat wara sejħa pubblika fl-2020, l-Awtoritajiet qegħdin jevalwaw d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, anki billi għadu qed jiddekorri t-terminu li fih tista’ tiġi intavolata ritrattazzjoni mill-imsemmija deċiżjoni tal-Qorti, li għalhekk għadha mhux definittiva.
Transport Malta — Garaxxijiet tal-Y plates - Spezzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet minn Transport Malta matul is-snin 2023 u 2024 separatament għal kull sena sabiex ikun ivverifikat li l-applikanti għall-garaxxijiet tal-Y plates fil-fatt għandhom garaxx skont kif mitlub minn Transport Malta? Jista’ jgħid ukoll:
i. minn min saru dawn l-ispezzjonijiet;
ii. jekk kienx hemm periti li għamlu dawn l-ispezzjonijiet;
iii. kemm minn dawn l-ispezzjonijiet irriżultaw f'approvazzjoni; u
iv. kemm irriżultaw f'refusal tal-istess applikazzjonijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Avviż Legali 249 tal-2023 daħal fis-seħħ f’Ottubru 2023. Mill-istess perjodu sa Settembru 2024, bdew jintlaqgħu l-applikazzjonijiet rilevanti. L-applikazzjonijiet kollha ġew approvati wara li l-applikant daħħal id-dokumenti neċessarji inkluż dikjarazzjoni tal-perit rispettiv tiegħu.
L-ewwel spezzjonijiet bdew isiru minn Ottubru 2024. Bejn Ottubru u Diċembru 2024, saru 18-il spezzjoni, li minnhom 13 instabu f’konformità mal-liġi. Dwar il-każijiet fejn ma kienx hemm konformità, ittieħdu l-passi neċessarji skont il-liġi applikabbli. L-ispezzjonijiet saru mill-uffiċjali tal-infurzar tal-Awtorità flimkien ma’ periti assenjati mill-Awtorità.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna kellha parkeġġ riservat (blue parking bay) fl-aħħar ta' Diċembru 2024 skont id-data li għandha Transport Malta? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-parkeġġi huma personalizzati (bin-number plate jew bin-numru tar-reġistrazzjoni tal-blue badge) u kemm minn dawn mhumiex personalizzati? Jista' jaqsam ukoll din l-informazzjoni skont is-sess (irġiel, nisa, eċċ.)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar ta’ Diċembru tas-sena 2024 kien hemm:
§ Parkeġġi Personalizzati għall-persuni b’diżabilità: 2,022
§ PRP - Femminili: 819
§ PRP - Maskili: 1,203
§ Parkeġġi Komuni għall-persuni b’diżabilità: 2,088