Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — PA/07491/16 - Masterplan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-masterplan (PA/07491/16) għall-area tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u f’liema xahar u sena hu ppjanat li jiġi approvat, biex b’hekk ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet relatati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-istudji ġeoloġiċi ġew konklużi u t-tenders ta’ rilokazzjoni tal-anzjani, ħaddiema u servizzi fil-parti ta’ tramuntana tal-isptar qegħdin fl-istadju ta’ vetting għand id-Dipartiment tal-Kuntratti.

Mediċini out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm mediċini out of stock (liema huma) matul l-2024 u kemm minnhom ġew in stock din is-sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi pubblika. Screenshot tas-sit elettroniku qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mediċina Ozempic– preskrizzjonijiet maħruġa

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ preskrizzjonijiet li ħarġu għal pazjenti Ozempic (semaglutide) fuq livell nazzjonali maqsumin skont l-indikazzjonijiet mediċi u maqsumin sena b’sena għal dawn l-aħħar tliet snin?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28560.

Servizz ta’ CYPS

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li kien hemm sessjonijiet u appuntamenti ma’ professjonisti fi ħdan is-servizz CYPS li kellhom jiġu kkanċellati minħabba nuqqas ta’ riżorsi umani, saħansitra ċerti każijiet fejn tfal ilhom aktar minn sena mingħajr ma jaraw psikjatra? Jista’ jispjega għaliex hemm dan in-nuqqas ta’ professjonisti, u x’miżuri qed jittieħdu biex dan jiġi indirizzat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta tingħata f’seduta oħra.

Formularju tal-Gvern — Injezzjoni ‘Apomorphine’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-injezzjoni ‘Apomorphine’ hijiex inkluża fil-Formularju tal-Gvern? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi inkluża fil-futur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-injezzjoni ‘apomorphine’ qed tiġi ikkunsidrata biex tkun inkuża fil-formularju fil-futur.

AACC — Quality Service Charter

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28237 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-“Quality Service Charter” tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) li jistabbilixxi l-proċeduri tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet u ż-żmien li fih irid jingħata kull servizz li jaqa’ taħt l-AACC?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sar eżerċizzju bejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u d-Direttorat dwar il-Kwalità tas-Servizz sabiex il-“Quality Service Charter” tas-servizzi offruti minn Ċentru Servizz Anzjan ġie aġġornat. Il-“Quality Service Charter” aġġornat sejjer jiġi ppubblikat fi żmien qasir hekk kif iċ-Ċentru Servizz Anzjan jngħata l-“Quality Label”.

AACC — Rapporti dwar il-kuntentizza ta’ min juża s-servizzi

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28236 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27980, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li saru jew ġew ikkummissjonati mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) fl-aħħar tliet snin dwar il-kuntentizza ta’ min juża s-servizzi li jaqgħu taħt l-AACC?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul l-aħħar tliet snin ġew ikkummissjonati u mwettqa diversi rapporti mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) relatati mas-sodisfazzjon ta’ dawk li jirċievu s-servizzi offruti. Dawn ir-rapporti ġew użati għall-iskopijiet ta’ evalwazzjoni interna sabiex jitjiebu s-servizzi offruti u jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-utenti b’mod aktar effettiv.

MCAST — Kors għall-Health Carers (Livell 2)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk infetaħx il-kors għall-Health Carers (Livell 2) fl-MCAST, li permezz tiegħu, wara li jiksbu ċ-ċertifikat neċessarju, minn skala 13 jitilgħu għall-skala 12?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Health Carers (Livell 2)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Health Carers (Livell 2) ilhom seba’ snin fuq skala 13, minkejja li kienu mwiegħdin li ser jitilgħu għall-skala 12?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-iskali, progressjoni u assimilazzjoni ta’ kull kategorija jsiru skont il-Ftehim Settorali li jkun maqbul bejn il-Gvern mal-unions rispettivi.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26755 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27787.

CT3018/2024 — Proċess ta’ aġġudikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sejħa “CT3018/2024 DESIGN AND BUILD TENDER FOR BLOCK 6, AT MOUNT CARMEL HOSPITAL CAMPUS, USING ENVIRONMENTALLY FRIENDLY CONSTRUCTION MATERIALS AND PRODUCTS”, li għalqet fis-17 ta' Settembru 2024, u jgħid fiex wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni u meta hu maħsub li jiġi konkluż?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi l-proċess ta' l-aġġudikazzjoni huwa konkluż u r-rapport tlesta. Dan ir-rapport qiegħed fil-proċess tal-approvazzjoni mill-evalwaturi. Ir-riżultat se jkun qed jitħabbar fiż-żmien li ġej.

Operazzjonijiet tal-ENT — Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni tal-ENT mill-bidu tas-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kazijiet miftuħa taħt l-ispeċjalità ta’ l-ENT irreġistrati mill-bidu tas-sena 2025 sal-bidu ta’ Mejju 2025 huwa ta’ 450 proċedura. Każijiet urġenti dejjem jingħataw priorità.

Sptar Mater Dei — Dipartiment tal-Emerġenza - Pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna użat id-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei mill-bidu tas-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li 46,513-pazjent marru fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei minn Jannar sa April 2025. Jannar kien ix-xahar meta marru l-akbar għadd ta’ pazjenti: 12,129.

Sptar Mater Dei — Dipartiment tal-Emerġenza - Pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna użat is-servizz tad-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei mill-2020 sal-2024, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti li marru fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei huwa kf ġej: fl-2020 l-attendenza kienet ta’ 96,382; fl-2021 l-attendenza kienet ta’ 115,068; u fl-2024 l-attendenza kienet ta’ 140,150 persuna. Għall-2022 u l-2023 nirreferik għat-tweġiba li tajt għall-misotqsija parlamentari 15244.

Sptarijiet barra minn Malta — Pazjenti li qed jirċievu kura paljattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ pazjenti li qed jirċievu kura paljattiva fi sptarijiet barra minn Malta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li pazjenti li jiġu riferuti għall-isptarijiet barra minn Malta huma esklussivament għall-trattamenti mediċi speċjalizzati.