Il-Fgura – Triq Romano Carappecchia – problema ta’ ġrieden
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2337 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu, jista’ l-Ministru jindika jekk ġietx għall-attenzjoni tal-Ministeru l-problema ta’ ġrieden kbar li hemm fi Triq Romano Carappecchia, Fgura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3135.
Siġġiewi – Skola Primarja — użu tas-sala għal tagħmir mediku
Question
Peress li kien hemm bosta lmenti mingħand ġenituri ta’ studenti u edukaturi fi ħdan l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi għall-fatt li s-sala prinċipali qed tintuża bħala store għal tagħmir mediku, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta dan it-tagħmir se jitneħħa u b'hekk is-sala tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi tkun tista’ terġa’ tibda tintuża b’mod regolari għall-attivitajiet edukattivi u soċjali kemm mill-Edukaturi kif ukoll mill-istudenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi diġà sar it-trasferiment tal-oġġetti tal-pandemija mill-Iskejjel ta’ San Ġwann u San Ġiljan. Fil-jiem li ġejjin se jsir trasferiment tal-istokk l-ieħor li fadal.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' mard respiratorju, sena b'sena, mill-2012 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra f’liema stadju jinsab ix-xogħol fuq Paola Hub, kemm intefqu flus s’issa u meta mistennija tkun lesta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi c-Ċentru Reġjonali Ċensu Moran ta’ Raħal Ġdid mistenni jibda jilqa' l-ewwel pazjenti fis-sajf li ġej. Bħalissa qiegħed isir ittestjar ta’ internal partitioning u installazzjoni tas-servizzi elettriċi u dawk mekkaniċi. L-investiment totali għal dan il-hub mistenni jilħaq l-€40 miljun, li 80% minnhom ġejjin minn fondi tal-UE.
Ministeru għas-Saħħa – Direct orders lil Kumpanija
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ingħataw direct orders matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru tas-Saħħa, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li isimha qed jintbagħat separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex twaqqaf iċ-ċans li nursing aide fl-Isptar Monte Carmeli jkun jista’ jaħdem sigħat żejda bħala 'time in lieu'?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema nursing aide qiegħed jirreferi.
Sptar tal-Onkoloġija u Sptar Mater Dei – servizz ta’ nurse navigator
Question
Jista' d-Deputat Prm Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta beda s-servizz ta' 'nurse navigator' fl-Onkoloġija u fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jispjega kemm hemm infermiera ingaġġati b'dan it-titlu u minn meta bdew kull wieħed?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tan-Nurse Navigator beda b’servizz ta ‘Practice Nurse’ waħda tal-kanċer tal-musrana l-kbira. Dan l-ingaġġament kien f’Novembru ta’ 2016 u s-servizz beda f’Marzu ta’ 2017.
Dan is-servizz kompla jiġi estiż matul dawn l-aħħar snin u preżentament id- Direttorat tal-‘Cancer Care Pathways’ għandu ingaġġati miegħu disa' (9) Nurse Navigators – tnejn għall-kanċer tal-musrana l-kbira, waħda għall-kanċer tal-pulmun, waħda għal kanċer tal-prostata, wieħed għal kanċer uroloġiċi oħra (kidneys, bladder, penile, testes), waħda għall-kanċers tal-ġinekoloġija, waħda għall-kanċer gastro-intestinali u ħepato-biliary, waħda għall-kanċer tar-ras u l-għonq, kif ukoll waħda għall-kanċer tas-sider , skont it-tabella hawn taht mehmuża.
It-Tabella ta’ taħt turi kull servizz tan-Nurse Navigator kif ukoll meta kull servizz beda, dan wara li sar perjodu ta’ xhur ta’ taħriġ estensiv f’Malta kif ukoll barra minn Malta.
Servizzi tat-Tim tan-Nurse Navigators
Dati meta beda kull servizz tan-Nurse Navigators
Kanċer tal-Musrana l-kbira (Kolorettali)
L-ewwel Nurse Navigator
kolorettali - Marzu 2017
It-tieni Nurse Navigator
kolorettali - Ottubru 2017
Kanċer tal-Pulmun
Frar 2018
Kanċer tal-Prostata
Lulju 2018
Kanċer tal-Ġinekoloġija
Lulju 2019
Kanċer tal-Uroloġija (Kidneys, Bladder, Penile, Testes)
Mejju 2021
Kanċer r tar-Ras u l-Għonq
Frar 2021
Kanċer Gastro-intestinali u Hepato-Biliary
Marzu 2021
Kanċer tas-Sider
Bħala proġett pilota - Ġunju 2022
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk hemmx ħsieb biex is-CGM (Continuous Glucose Monitoring) tingħata lil dawk bid-dijabete ta' bejn il-21 u 35 sena? Jekk iva, meta ser tidħol fis-seħħ din il-miżura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 3388.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika “rispettivament” minn xiex?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mill-embrijuni mhux se jintużaw u jekk jintużaw, wara kemm?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsieb hu li l-embrijuni kollha jiġu implantati. Waqt li hemm 4 embrijuni fil-proċess għal addozzjoni, il-ġenituri prospettivi l-oħra li għandhom l-embrijuni ffriżati kollha wrew ix-xewqa li jagħmlu użu mill-embrijuni f’ċikli ssusegwenti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sena b’sena, kemm kien hemm nisa li għamlu screening tal-Kanċer tas-Sider minn meta twaqqaf il-programm fl-2009 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kull sena, kemm intbagħtu inviti, kemm ġew aċċettati u kemm instabu li kellhom kanċer?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija skont it-tabella t'hawn taħt.
SENA
INVITI MIBGĦUTA
NISA LI ATTENDEW
KAŻIJIET TA’ KANĊER MISJUBA MIL-
BREAST SCREENING
Ott – Diċ 2009
1, 878
654
6
2010
11, 698
5, 690
43
2011
10,058
5, 385
59
2012
10,033
5, 594
58
2013
14, 359
7,169
39
2014
15, 130
9, 072
49
2015
16, 734
11,524
81
2016
17,903
9,224
41
2017
26,114
13,190
62
2018
20, 480
13, 772
57
2019
19, 900
13, 293
66
2020*
9, 111
7,287
52
2021
12, 856
11, 666
100
Jan - Ott 2022
11,417
10, 211
81
*Iċ-Ċentru tal-Screening kien magħluq minn nofs April sa Lulju minħabba l-pandemija tal-COVID.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sena b’sena, kemm kien hemm irġiel li ħarġilhom kanċer tal-prostata mill-2010 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Ministeru għas-Saħħa – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3391.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1532, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu n-numru ta' sigħat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta' sigħat tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema servizzi ta' terapija jistgħu jibbenefikaw minnhom persuni b'diżabilità? Jista' jgħid ukoll kemm hemm persuni b'diżabilità li qegħdin effettivament jibbenefikaw minn kull wiehed minn dawn is-servizzi u kemm hi l-waiting list għal kull servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti n-numru ta’ kemm hemm embrijuni ffriżati b'kollox? Jista' jagħti break down sena b'sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lil Onorevoli Nterpellant li waqt li sal-llum 685 embrijun li kienu krijopreservati ġew impjantati ġo ġuf l-omm, bħal issa hemm 506 embrijun li qed jistenna biex jiġi mpjantat.