Jista' l-Ministru jgħid liema bajjiet huwa permessibbli li fihom delettanti jkunu jistgħu jieħdu l-pet tagħhom jgħum magħhom, anki jekk dan il-pet ikun kelb, żiemel jew xi pet ieħor kbir? Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux regoli li jirregolarizzaw l-għawn ta' pets?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-restrizzjonijiet fuq għawm ta’ pets mhux parti minn xi liġi li għaliha huwa responsabbli dan il-Ministeru. Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli għas-Saħħa. Infakkru wkoll li huwa possibbli li dan jista’ jkun soġġett għal by-laws maħruġa mill-kunsill tal-lokalità konċernata.
Impjant ta' Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin — trattament ta' skart
Question
B'referenza għall-Impjant ta' Riċiklaġġ ġewwa Sant' Antnin, jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2011 sal-lum, kemm tratta skart dan l-impjant u x'tip ta' skart (organiku jew inorganiku) ġie trattat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tax-xogħlijiet li jridu jsiru fil-pitch tal-water polo f'Birżebbuġa? Jista' jgħid kemm huwa stmat li se jiswew dawn ix-xogħlijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ investigazzjoni dwar il-blat u ħamrija mistenni jibda f’qasir żmien. Dan huwa meħtieġ qabel ma jibda ix-xogħol ta’ kostruzzjoni.
Huwa stmat li dan il-proġett se jiswa €923,596 għall-bini ta’
raised pool
filwaqt li l-bini tal-kumpless amministrattiv
(Club House)
se jiswa €482,000
.
Bidnija — Triq Sagra Familja - tindif ta' ħaxix ħażin
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25367, filwaqt li t-tindif ta' toroq illum huwa taħt ir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali, jista' l-Ministru jgħid x'jiġri minn triq li jkollha titnaddaf mill-kunsill lokali u l-kunsill lokali jonqos milli jagħmel hekk? Ladarba l-kunsill lokali responsabbli milli jnaddaf bil-qtugħ tal-ħaxix ħażin, Triq Sagra Familja fil-Bidnija, limiti tal-Mosta qed jonqos milli jagħmel dan, min jista' jara li dan ix-xogħol ta' tindif tat-toroq isir sabiex ir-residenti jkunu jistgħu jgħixu fl-indafa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiġbed l-attenzjoni tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.
Ninsab infurmat li meta kunsill lokali jonqos li jieħu azzjoni meħtieġa biex inaddaf, il-prassi hija li d-Direttorat għat-Tindif uffiċjalment jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali konċernat u javżah li f’każ li dan ma jsirx fiż-żmien indikat, id-Direttorat għat-Tindif jaghmel ix-xogħol neċessarju a spejjeż tal-kunsill lokali. Kopja ta’ din l-ittra lill-kunsill lokali tintbgħat ukoll lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan l-ilment u mmedjatament d-Direttorat ser joħrog din it-twissija lill-Kunsill Lokali tal-Mosta.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-complement tat-taqsima tal-Animal Welfare u jekk fil-preżent hemmx full-complement? Jista’ jgħid jekk hux il-persuni kollha f’din is-sezzjoni kellhom it-taħriġ u knowledge meħtieġ biex jaħdmu f’dan is-settur? Kemm hemm persuni impjegati f’din it-taqsima bħala enforcement officers għal Malta u Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fit-taqsima tal-Animal Welfare preżentement hemm sittax l-impjegat li ħamsa minnhom huma enforcement officers. Dawn l- enforcement officers ġew magħżula fuq bazi ta’ esperjenza relatata mal-ħarsien u mmaniġġjar ta’annimali. Fid-dawl tal-pjanijiet eżistenti, huwa mistenni li dan il-complement ikompli jissaħħaħ biex it-taqsima tal-Animal Welfare tkun tista’ taqdi aħjar il-funzjoni tagħha.
Tajjeb li ngħid li filwaqt li regolarment isiru laqgħat ta’ informazzjoni w istruzzjoni lill-ħaddiema ta’ din it-taqsima, huwa ppjanat li jsiru korsijiet ta’ taħriġ formali hekk kif tissaħħaħ din it-taqsima.
Animal Welfare Department — ħidma għal inqas krudeltà
Question
Mingħajr ma nnaqqas xejn mill-ħidma tal-Animal Welfate Officers tal-Animal Welfare Department konċernat, jista' l-Ministru jara tistax issir ħidma aktar intensiva biex tiġi miġġielda l-kwistjoni tal-krudeltà fuq l-annimali fid-dawl tal-każijiet riċenti li seħħew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninnota qabel xejn li l-Onorevoli Interpellant japprezza verament il-ħidma tad- Dipartiment għal-Ħarsien tal-Annimali u l-uffiċjali tiegħu.
Infakkar ukoll lill-Onorevoli Interpellant li fix-xhur li għaddew ġiet imsaħħa l-liġi (Trattament Xieraq ta' L-Annimali - Kap 439) permezz tal-Att V tal-2011 fejn żdiedu l-pieni u l-multi għal min jaħqar l-annimali. Sadanittant diġa nbeda proċess ta’ reviżżjoni tal-imsemmija liġi biex din tiġi mtejjba fid-dawl tal-esperjenza miksuba s’issa. Detterrent ieħor huwa offrut mir- Regolamenti ppubblikati x-xahar li għadda (Avviż Legali 199 tal-2011 - Kap 437) dwar l-Identifikazzjoni Elettronika tal-Klieb
Infaħħar ukoll il-ħidma tal-pulizija li qed twettaq investigazzjonijiet, kif ġara fil-każ tal-kelba Star li ġie konkluż illum.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta laħqitx il-Landfill Directive targets tas-sena li għaddiet u jekk le, b’kemm marret żmerċ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-imsemmija responsabbilità taqa’ fuq ir-regolatur li f’dan il-każ hija l-MEPA. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat,
Ħal Qormi — Wied - tenders għax-xogħol tal-flood relief
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender/s għax-xogħol fil-wied ta' Ħal Qormi għal flood relief ħarġux? Jekk ħarġu ġew allokati? Jekk ġew allokati, meta se jinbeda x-xogħol u meta se jispiċċa? Jekk ma ħarġux, meta se joħroġu? X'inhu ż-żmien ippjanat biex dan ix-xogħol tant meħtieġ jinbeda u jitlesta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nfakkar lill-Onorevoli Interpellant fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26800 li ngħatatila fis-Seduta tal-bieraħ fejn spegajt li immedjatament se jsir xogħol remedjali biex jitnaqqs ir-riskju ta’ għargħar, il-proġett tal-Flood Relief għandu jagħti soluzzjonijiet aktar effikaċi u fit-tul.
It-
tenders
għax-xogħol fil-wied ta' Ħal Qormi għal
flood
relief
inħareġ fis-26 ta’ April u ż-żmien biex jintefgħu l-offerti jagħlaq fit-28 ta’ Ġunju.2011 segwit immedjatament bl-evalwazzjoni tal-offerti. Kif stipulat fl-istess sejħa, il-kuntratt jispeċifika li x-xogħol għandu jitlesta’ fi żmien 18-il xahar mill-għotja.
Dipartiment tal-Animal Welfate — xiri ta' pet food
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtara pet food mid-Dipartiment tal-Animal Welfare mis-sena 2008 sal-lum, xahar b'xahar? Minn fejn inxtara dan il-pet food? X'sistema ntużat biex jinxtara l-pet food, jiġifieri jekk hux b'tender, direct order jew xi sistema oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorvoli Interpellant li l-bżonn li annimali miġbura jkunu mitmugħa inħolqot mal-introduzzjoni tas-servizz tal-ambulanza li beda f’ Ġunju 2009. Sa Diċembru tal-istess sena dan is-servizz kien f’idejn Noah’s Ark u kienu jieħdu ħsieb huma tal-ikel
Mill-ewwel ta’ Jannar 2010, dan is-servizz ta’ ambulanza għadda f’idejn id-direttotat għall-Ħarsien tal-Annimali. Għaldaqstant ix-xiri tal-ikel beda fl-2010 u mhux qabel. Għall-ewwel xhur il-bżonn ta’ xiri ta’ ikel ma kienx daqshekk kbir u għaldaqstant dan sar b’mod kompetittiv permess ta’ ġbir ta’
quotations
. Fil-frattemp inħarġet tender li jagħlaq nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju.
Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26592, filwaqt li napprezza r-risposta li ngħatatli, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ammont ta' ġebel kbir li nġabru fl-istess bajja jineħħa għaliex dawk li jmorru jgħumu fil-post indikat, partikolarment l-anzjani qed isibu diffikultà biex jużaw l-istess bajja?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol imsemmi sar diġà.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema tal-garaxx tal-gvern fil-Marsa, ma jitħallsux għall-overtime fil-ħin? Għaliex dawn il-ħaddiema għadhom ma tħallsux tal-overtime ta' Marzu u April 2011? Jista' jgħid meta dawn se jitħallsu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-overtime kollu li sar f’Marzu diġà ġie mħallas, kif ukoll ma l-aħħar ħlas diġa tħallset parti tal-overtime li sar f’April
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet privati reġistrati mal-Awtoritajiet bħala zoos privati? Hemm xi lista ta' speċi differenti t'annimali miżmuma f'dawn il-postijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Avviżż Legali 267 tal-2003 ma jikkontemplax liċenzji u reġistrazzjoni ta’ zoos private iżda liċenzji u reġistrazzjoni ta’ zoos miftuħa għall-pubbliku. Fil-preżent hemm tlett postijiet awtorizzati, li huma; l-Falkunerija tas-Siġġiewi, il-Bird Park tas-Salini u l-Mediterraneo f'Baħar iċ-Ċagħaq. Id-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja jżomm lista tal-annimali reġistrati ta' kull post awtorizzat.
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja huwa responsabbli mill-ħruġ tal-liċenzja biex jopera u kwalunkwe kwistjonijiet oħra relatati ma żvilupp huwa responsabbiltà tal-MEPA.
Ħal Qormi — Triq Pawlu Farrugia - kawża tal-għargħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni biex jiġi stabbilit x'ikkawża l-għargħar fi Triq Pawlu Farrugia, f'Ħal Qormi, fil-25 ta' Ottubru 2010 u li sussegwentement għamel ħsarat kbar fi ħwienet tax-xogħol, imħażen, kif ukoll djar? Jekk saret, x'kien ir-riżultat? Kien hemm rapport uffiċjali fid-dipartiment? Jekk hemm rapport, jista' l-Ministru jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma saritx investigazzjoni, għaliex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li wara l-għargħar tal-25 ta’ Ottubru 2010 kawżat minn maltempata ta’ intensità qawwija, kienet saret laqgħa mad-Direttur inkarigat mill-iStorm Water Unit u li għaliha kien hemm preżenti ukoll l-Onorevoli Membru. F’din il-laqgħa kien ikkonstatat li l-kawża priċipali kien l-imblokk ta’ żbokk għal ġol-wied minn karozza li kienet ġiet imkaxkra mill-ilmijiet.
F’din il-laqgħa kienu saru proposti biex jitwaħħlu
bollards
‘il barra mill-fetħa ta’ fejn jiżbroffa l-ilma għal ġewwa l-wied biex jekk ikun hemm xi karrozza jew materjal ieħor li jinġarr mal-ilma f’xi maltempata oħra dan jinqabad ma’ dawn il-
bollards
u ma jinblukkax l-iżbokk għall-wied. Id-dipartiment kellu wkoll jara jekk jistgħux isiru toqob fil-ħajt baxx biex ma jinġemax ilma ma’ dan il-ħajt.
Dan ix-xogħol huwa mistenni li jinbeda fi żmien qasir peress li dan hu xogħol adattat li jsir fix-xhur tas-sajf.
Il-Gvern bħalissa qiegħed ukoll fil-proċess li jaġġudika
tender
bħala parti minn National Flood Relief Project għal-xogħlijiet biex tiġi mtaffija l-problema tal-għargħar f’dawn l-inħawi
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bring-in sites jagħtux irċevuta ta' dak li jiġi mormi fihom, speċjalment lil-kumpanniji kummerċjali? Jista' jgħid ukoll x'jiġri mill-materjal mormi fis-sites?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bring-in Sites jikkonsistu f’numru ta’ kontenituri mxerrda ma’ ħafna lokalitajiet pubbliki biex fihom jintrema skart separat. Minn dawn il-Bring In Sites ma tingħata l-ebda riċevuta. Il-materjal, li huwa riciklabbli, jiġi magħżul bl-idejn biex titneħħa kwalunkwe kontaminazzjoni u jintbagħat għar-riċiklaġġ.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25719 u jagħti elenku ta' policies u programmi ta' żvilupp sostenibbli u komunitajiet sostenibbli li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jindika d-dipartimenti u l-aġenzji li huma responsabbli minn dawn il-programmi? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li jiddiskrivu dawn il-policies u programmi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ħidma kollha ta’ dan il-Ministeru fl-aħħar tliett snin hija ċċentrata madwar l-iżvilupp sostenibbli. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ rapporti u/jew inizjattivi relatati. Id-dokumenti relevanti huma kollha pubbliċi iżda għal- konvenjenza tal-Onor Interpellant qed jiġu riprodotti fuq CD li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-applikazzjonijiet dwar skemi ta’ għajnuna tal-Unjoni Ewropeja għall-produtturi tat-tiġieġ ħalli jinxtara apparat relatat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi diġa inħarġu diversi skemi li minnhom diġa gawdew u għadhom qed igawdu numru ta’ produtturi, ngħarrfu li huwa ppjanat li l-miżuri ta’ għajnuna marbuta ma’ investiment fis-settur agrikolu inkluż il-produtturi tat-tiġieġ sejrin jinħarġu bejn Settembru u Ottubru 2011.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26747 li diġà saret lill-Minsitru għal Għawdex, jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol ta' restawr tas-swar taċ-Ċittadella huwa wieqaf?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.