Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ix-Xagħra, Għawdex – Applikazzjoni għal żvilupp — Rapport arkeoloġiku

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport arkeoloġiku sħiħ (inkluż pjanti assoċjati) imfassal mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali b'konnessjoni mas-sit suġġett għall-applikazzjoni tal-iżvilupp b'numru PA/03174/23 li jinsab f' 'Vacant Site at, N/S off Triq il-Knisja c/w N/S off, Triq George Mcadam, Xagħra'?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza ghall-Patrimonju Kulturali illi fuq is-sit kopert mill-applikazzjoni PA 3174/23, instabu tlettax (13) -il trinka ghall-uzu agrikolu u giet ikkonfermata l-prezenza tal-ghar li kien gie ddokumentat waqt l-evalwazzjoni marbuta mal-PC 40/13. Infurmat ukoll li ma nstabet l-ebda sejba specjali waqt il-moniteragg li sar taht id-direzzjoni tas-Sovrintendenza. Finalment infurmat ukoll li l-kaz ghadu mhux maghluq ghall-fini ta’ moniteragg jew investigazzjoni, u jkun mitqies bhala mitmum biss meta jitlestew il-pedamenti jekk jithalla li jsir zvilupp fuq is-sit.

Ix-Xagħra, Għawdex – Sit vakanti — Archaeological drawing

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-archaeological drawing tal-permess PA/03174/23 li jinsab f' 'Vacant Site at, N/S off Triq il-Knisja c/w N/S off, Triq George Mcadam, Xagħra'? Jista’ jgħid ukoll kemm instabu features b’kollox fuq dan is-sit? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’lista deskrittiva ta’ features li nstabu fuq dan is-sit (cross-referenced mal-archaeological drawing ta’ PA/03174/23), il-valur kulturali mogħti għal kull feature u d-deċiżjoni li ttieħdet għal kull feature hekk kif indikat fit-tabella li qed tintbagħat separatament? Jista’ jgħid ukoll jekk instabux sejbiet speċjali (special finds) fuq dan is-sit u jagħti informazzjoni dwar x’instab u fejn instabu fis-sit?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza għall-Patrimonju Kulturali illi fuq is-sit kopert mill-applikazzjoni PA 3174/23, instabu tlettax (13)-il trinka għall-użu agrikolu u ġiet ikkonfermata l-preżenza tal-għar li kien ġie ddokumentat waqt l-evalwazzjoni marbuta mal-PC 40/13. Infurmat ukoll li ma nstabet l-ebda sejba speċjali waqt il-monitoraġġ li sar taħt id-direzzjoni tas-Sovrintendenza. Finalment infurmat ukoll li l-każ għadu mhux magħluq għall-fini ta’ monitoraġġ jew investigazzjoni, u jkun mitqies bħala mitmum biss meta jitlestew il-pedamenti jekk jitħalla li jsir żvilupp fuq is-sit.

Siti ta' Patrimonju Dinji tal-UNESCO — Siti proposti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sit ġie propost lill-UNESCO biex jingħataw rikonoxximent fuq it-'Tentative List' bħala Sit ta' Patrimonju Dinji tal-UNESCO mill-2018, meta l-Ministru nieda l-proġett? Jista' jgħid ukoll liema huma dawn is-siti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi qabel fejn jidħlu nominazzjonijiet ta’ siti, hemm proċess twil ta’ riċerka u konsultazzjoni fuq livell nazzjonali kif ukoll djalogu mal-World Heritage Centre u mal-ICOMOS, anke dwar l-aħjar triq ta’ kif wieħed għandu jipproċedi. Dan il-proċess jinsab għaddej. Infurmat illi s-siti li qegħdin jiġu kkunsidrati fil-preżent huma: Il-Fortifikazzjonijiet tal-Port il-Kbir u l-Kottonera, l-Imdina, u ċ-Ċittadella li lkoll jinsabu fuq il-lista tentattiva. Ma’ dawn, qed jiġu kkunsidrati wkoll il-fortifikazzjonijiet kostali ta’ Żmien l-Ordni li kienu parti mill-istess sistema difensiva tal-Gżejjer Maltin.

Gvern Lokali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhu strutturat id-Dipartiment għall-Gvern Lokali fil-preżent, kemm-il Direttorat hemm u l-isem ta' kull Direttorat? Kemm hemm impjegati f'kull Direttorat u l-grad ta' dawn l-impjegati f'kull Direttorat? Jista’ jgħid ukoll kemm hi l-ispiża rikorrenti f'pagi fid-Dipartiment għall-Gvern Lokali għas-sena 2024?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Divizjoni ghall-Gvern Lokali illi d-dokument mqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra jagħti indikazzjoni tal-istruttura tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali. Infurmat ukoll li bħala direttorati hemm tlieta li huma id- Direttorat għall-Gvern Lokali - Strateġija u Implimentazzjoni tal-Policy, Dipartiment għall-Gvern Lokali - Monitoraġġ u Appoġġ, kif ukoll id-Dipartiment għall-Gvern Lokali - Konformita' mal-Finanzi u l-Akkwist. Finalment infurmat illi l-ispiza rikorrenti għall-pagi fid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali għas-sena 2024 hija ta’ €1,834,981.98.

Gvern Lokali — Bordijiet jew Kumitati - Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema Bordijiet jew Kumitati hemm imwaqqfa taħt id-Dipartiment għall-Gvern Lokali jew fil-qasam tal-Gvern Lokali? Min huma l-membri ta' dawn il-Bordijiet jew Kumitati, meta nħatru u kif ġew maħtura? Jista' jgħid ukoll f'kull każ hemmx remunerazzjoni u jekk iva, kemm hija r-remunerazzjoni ta' kull membru u Chairperson?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt sabiex it-taghrif jingabar.

Gvern Lokali — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li servew bħala konsulenti f'xi wieħed mill-oqsma tal-Gvern Lokali? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn il-persuni, x'konsulenzi offrew u f'kull każ kemm tħallas kull wieħed minn dawn il-konsulenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt sabiex it-taghrif jinġabar.

San Pawl il-Baħar — Triq San Publiju - Proġett

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14113, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu, dwar proġett fi Triq San Publju, f’San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’irriżulta mill-ispezzjonijiet li saru mis-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi ghar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14668.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu: - Full time - Part time? Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja: - Flexi Time - Flexi Week - Reduced Hours - Extended Remote Working - Remote working? Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt sabiex it-taghrif jinġabar.

Ħal Qormi – Bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu stallati iktar bus shelters f’Ħal Qormi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi illi l-Kunsill għandu għadd ta’ talbiet pendenti dwar stallazzjoni ta' bus shelters.

Ħal Luqa — Bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Luqa? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu stallati iktar bus shelters f’Ħal Luqa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa illi l-Kunsill għandu għadd ta’ talbiet pendenti dwar stallazzjoni ta' bus shelters.

Is-Siġġiewi — Bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters fis-Siġġiewi? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu stallati iktar bus shelters fis-Siġġiewi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Siġġiewi, li l-Kunsill għandu talbiet pendenti għall-istallar ta’ Bus Shelters.

Il-Birgu – Mużew Marittimu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jintemm ir-refurbishment tal-Mużew Marittimu ġewwa l-Birgu?

Response (BONNICI, OWEN)

Waqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta mogħtija għal PQ 13648, infurmat illi fejn tidħol l-implimentazzjoni tal-fażijiet l-oħra li qed jiġu finanzjati minn fondi Nazzjonali, dawn jinsabu fi stadju ta’ studji necessarji sabiex jibdew jinkitbu t-tenders relatati mal-istess progett.

Kunsilli Lokali – Fondi/programmi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ liema kienu dawk il-Kunsilli Lokali li bejn Jannar 2020 u Diċembru 2023 applikaw u bbenefikaw minn fondi/programmi Ewropej? Minn din l-iskeda li qed tintalab, jista’ l-Ministru jindika wkoll liema kienu dawn il-programmi u kemm kienu l-fondi allokati għal kull proġett/programm (kull Kunsill b’mod individwali)?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi ghat-twegiba li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari bin-numru 15463.

Villaġġ tal-Karnival – Applikazzjoni għall-fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser issir l-applikazzjoni għall-fondi biex il-Villaġġ tal-Karnival li ilu mwiegħed għal aktar minn 15-il sena jkun jista' jinbeda?

Response (BONNICI, OWEN)

Waqt li nikkonferma li f’25 sena ta’ Gvern Nazzjonalista qatt ma sar il-proġett imsemmi mill-Onor Interpellant, ninforma lill-istess Onor Interpellant li l-applikazzjoni se tkun qed tiġi sottomessa skont u fil-perjodi rikjesti tas-sejħa. Ninsab infurmat illi s-sejħa għall-applikazzjonijiet tal-fondi ewropej se tagħlaq f’April tas-sena 2024, u għaldaqstant infurmat li l-applikazzjoni se tiġi sottomessa sa¿-zmien stipulat.

Karnival 2024 — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont approssimattiv ta' kemm il-Gvern ser joħroġ flus għall-Karnival 2024 li sejjer jiġi ċċelebrat bejn id-9 u t-13 ta' Frar li ġej u jgħid kemm hi n-nefqa antiċipata bħala total sħiħ? Jista’ jgħid ukoll kemm ser jiġu vvutati fondi għall-attivitajiet fi bliet u rħula oħra b'rabta mal-karnival Malti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li n-nefqa kumplessiva għall- Karnival ta' Malta li sejjer jiġi ċċelebrat bejn id-9 u t-13 ta' Frar 2024 mistennija tilħaq l-ammont ta’ €500,000. Intant infurmat illi diversi kunsilli lokali jagħmlu avvenimenti oħra marbuta mal-Karnival uħud minnhom b'koperazzjoni ma' Festivals Malta u oħrajn wara li jiksbu finanzjament minn entitajiet oħra.

Karnival 2024 — Pjazza San Ġorġ - Biljetti kumplimentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jingħataw biljetti kumplimentari għad-dħul fi Pjazza San Ġorġ waqt l-isfilata tal-Ħadd tal-Karnival u kemm huwa l-ħsieb li jkun dan l-ammont?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Festivals Malta se tagħti 250 biljett kumplimentari għall-isfilata tal-Ħadd , li jirraprezentaw madwar 25% tal-biljetti fil-pjazza il-maġġoranza assoluta ta’ tali biljetti kumplimentari jingħataw lill-parteċipanti tal-karnival infushom. Intant infurmat ukoll li din il-prattika ilha titħaddem ghal diversi snin, tant illi l-ammont ta’ biljetti kumplimentari allokati fi zmien amministrazzjonijiet ta' qabel l-2013 kien ikun aktar minn dak li qed isir preżentament.

Naxxar — Triq il-Fortizza tal-Mosta - Rotot tal-linja

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14507 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi, rigward rotot tal-linja li jservu ż-żona ta’ Triq il-Fortizza tal-Mosta, n-Naxxar, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li jkun hemm bus shelters fi Triq il-Fortizza tal-Mosta, n-Naxxar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar illi fi Triq il-Fortizza tal-Mosta m’hemmx bus stop u għalhekk l-istess l-Kunsill qatt ma seta’ jikkunsidra li jinstalla jew ħass il-ħtieġa li jkun hemm bus shelters.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14350 u jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif qed jinġabar.

Il-Fgura – Triq il-Kampanella — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fi Triq il-Kampanella, il-Fgura, u meta huwa mistenni li jkunu lesti u kemm ser tkun l-ispiża relattiva?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Stone Marker – Każ ta’ individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14629 fejn fiha rrefera għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1305, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li sar mis-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali (SPK) f’dan ir-rigward? Jekk tali rapport ma sarx, jista’ jgħid x’passi ser jittieħdu mill-SPK sabiex terġa’ tieħu lura dan l-istone marker li huwa proprjetà pubblika?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 1305.