Assistenza għal Diżabiltà Severa — Diċembru 2015 - Spiża
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-Assistenza għal Diżabiltà Severa f’Diċembru tal-2015 u kemm kienet l-ispiża?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ benefiċjarji għas-sena 2015 kien ta’ 2,812 bi spiża ta’ €14.1m
Tajjeb jingħad illi matul dawn l-għaxar snin il-Gvern introduċa diversi riformi għall-persuni b’diżabilità, b’waħda minn tal-bidu tkun l-infurzar ta’ liġi li kienet ilha fis-seħħ 50 sena illi min iħaddem irid jingaġġa mill-anqas 2 fil-mija tal-ħaddiema tiegħu persuni b’diżabilità. Dan xpruna lill-Gvern sabiex fl-2015 jemenda l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318), sabiex persuni li jgawdu mill-Assistenza għal Diżabilità Severa (dak iż-żmien kienet għadha tissejjaħ pensjoni) ma jitnaqqsilhom xejn mill-benefiċċju jekk ikunu qed jaħdmu, ikun xi jkun is-salarju tagħhom
Assistenza għal Diżabiltà Severa — Diċembru 2017 - Spiża
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-Assistenza għal Diżabiltà Severa f’Diċembru tal-2017 u kemm kienet l-ispiża?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ benefiċjarji għas-sena 2017 kien ta’ 3,275 bi spiża ta’ €16.9m.
Wara li fl-2015 ġie emendat l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318), fl-2017 bis-saħħa ta’riforma oħra ntrodotta ġew emendati wkoll anomaliji fl-istess liġi, bħal per eżempju illi persuna trid bilfors ikollha ż-żewġ dirgħajn jew iż-żewġ riġlejn b’malfunzjoni sabiex tibbenefika mill-assistenza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni attendew għal taħriġ organizzat miċ-ċentri LEAP, immirat lejn dawk f’riskju ta’ faqar, sabiex jakkwistaw ħiliet u għarfien dwar il-benesseri tal-ħajja, f’dawn l-aħħar sentejn?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nibda billi ngħarraf lill-Onor. Interpellant li b’ seħħ minn Jannar 2019, ix-xogħol li kien jagħmel il-programm LEAP ġie parti mis-servizzi tal-komunità tal-Aġenzjia għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità (ACTS) fi ħdan l-FSWS. L-għan ta’ din l-Aġenzija huwa li tiġġieled kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali filwaqt li ssaħħaħ l-iżvilupp soċjali tal-komunità.
Fis-snin 2021 u 2022, total ta’ 807 parteċipanti, attendew fiċ-Ċentri tas-Servizzi fil-Komunità jew fi spazji oħra fil-lokalitajiet rispettivi għal taħriġ immirat sabiex il-parteċipanti jakkwistaw tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-ħiliet dwar il-benesseri tal-ħajja. Dan it-taħriġ jingħata permezz ta' edukazzjoni informali u non-formali, l-iktar bi prattiċi bbażati fuq proġetti u diversi inizjattivi.
Min-naħa l-oħra, 502 parteċipanti attendew progammi immirati għall-Ġenituri u l-Ulied - The Incredible Years®, Dan il-programm jagħti sapport u jiggwida lill-ġenituri fl-immaniġġar ta’ mġiba diffiċli, li jindirizza sitwazzjonijiet fejn it-tfal ikollhom diffikultajiet soċjali jew ta’ żvilupp.
It-tabella ta’ hawn taħt turi dan it-tagħrif kollu b’mod aktar konċiż:
Servizz
2021
2022
TOTAL
Servizzi fil-Komunità
378
429
807
Incredible Years® Parenting Programme.
267
235
502
Pensjonijiet ta’ persuni b'diżabilità – Tibdil fil-liġijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13037 u jgħid jekk sarx jew hux mistenni li jsir fil-futur qarib tibdil fil-liġijiet dwar il-pensjoni ta' persuni b'diżabilità, biex dawk il-persuni b'diżabilità severa (li sal-lum jistgħu jaħdmu u fl-istess ħin jingħataw il-benefiċċji) li jilħqu l-età pensjonabbli fil-fatt ikomplu jirċievu l-istess benefiċċji, minkejja li jkunu qed jieħdu l-pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li waħda mill-miżuri tal-manifest elettorali Malta Flimkien tindirizza propju il-materja msemmija.
Fil-fatt matul din il-leġiżlatura ser jiddaħħal tibdil sabiex meta tali persuni jirtiraw u jibdew jieħdu pensjoni kontributorja, ikollhom żieda fil-pensjoni sabiex din tilħaq il-Paga Minima Nazzjonali jew żieda ta’ mhux anqas minn 10% tal-Assistenza għal Diżabilità Severa fuq il-pensjoni, liema tiġi l-ogħla.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Servizzi mogħtija
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema servizzi qed jingħataw mid-dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu minn xi uffiċċju li l-Gvern għandu f'San Pawl il-Baħar (lokalità kollha)? Fejn jinsabu dawn l-uffiċċji li minnhom qed jingħataw dawn is-servizzi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li s-servizzi tal-FSWS lill-komunitajiet ta’ San Pawl il-Baħar, Qawra, Xemxija u Burmarrad jingħataw miċ-Ċentru tal-Komunità li jinsab f’ Blokk B 4, Triq il-Frejgatina San Pawl il-Baħar SPB 1273.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellanta li l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) permezz tal-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità (ACTS) tipprovdi servizzi ta’ ħidma soċjali, commuity mentoring, servizzi ta’ psikoterapija, terapija tal-familja, u counselling, kif ukoll gwida fit-trobbija tal-ulied għall-individwi u familji. Fuq livell ta’ komunità, is-servizz jipprovdi community development worker biex issir ħidma mal-imsieħba soċjali u mal-komunitajiet fuq bażi kollettiva.
Inżid ingħid li diversi servizzi oħra, speċjalment dawk offruti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, fejn jirrigwardja applikazzjoni u jew mistoqsijiet dwar pensjonijiet u benefiċċji, qegħdin ukoll jintlaħqu f’diversi komunitajiet, inkluż il-komunita ta’ San Pawl il-Baħar, permezz tal-uffiċini li huma responsabbli minnhom is-Servizz.Gov.
Strateġija Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Faqar u l-Inklużjoni Soċjali — Miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bdewx it-tħejjijiet għall-Istrateġija għat-Tnaqqis tal-Faqar u l-Inklużjoni Soċjali, peress li dik preżenti turi li l-miżuri ppjanati kienu għas-snin 2014 sas-sena 2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, iktar kmieni din is-sena beda x-xogħol fuq l-Istrateġija Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Faqar u l-Inklużjoni Soċjali: 2025-2035.
Diġa’ saru numru ta’ laqgħat bi-laterali ta’ pre-konsultazzjoni ma’ numru ta’ partijiet interessati ewlenin. Dawn il-laqgħat mistennija li jiġu fit-tmiemhom sal-aħħar ta’ din is-sena. Il-laqgħa ġenerali ta’ pre-konsultazzjoni iktar wiesa’ mistennija isseħħ fl-ewwel kwart tal-2024.
Twaqqaf ukoll kumitat ta’ tmexxija (Steering Committee) li se jkollu rwol aktar tekniku fid-disinn u l-abbozzar tal-iStrateġija Nazzjonali 2025-2035.
Fid-dawl tas-sentenzi li ngħataw mill-qrati ta’ pajjiżna li s-salarju tal-ħaddiem, ladarba jiġi depożitat f’kont bankarju, ma jibqax aktar protett u allura kollox isir sekwestrabbli, jista’ l-Ministru jara li jsiru l-emendi legali neċessarji sabiex dan jinbidel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11764 u 12658, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, rispettivament u jgħid kemm-il persuna ġiet boarded out f’dawn l-aħħar tliet snin, u jagħti din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed ikun indikat fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Numru ta’
każijiet ġodda għal
Pensjoni tal-Invalidità
2021
305
2022
288
2023 (sal-aħħar t’Ottubru 2023)
203
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Positions of Trust - Salarji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 188.
Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi ġodda kien hemm għal dak li jikkonċerna t-tisħiħ tal-ħidma koordinata bejn il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS), id-Dipartiment tas-Saħħa u l-iskejjel, biex jiġi assigurat li jkun hemm passi preventivi biex jiġu mħarsa l-interessi tat-tfal matul l-aħħar tnax il-xahar u x'titjib sar f'dan ir-rigward matul dan il-perjodu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-FSWS ilha tikkopera mal-entitajiet imsemmija għal bosta snin.
Id-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Minuri ilu għal bosta snin jaħdem id f’id mal-pedjatri tal-emerġenza tat-tfal, speċjalment fejn jidħlu ka¿ijiet li t-tobba jidhrilhom li l-ġrieħi li jkollhom it-tfal ma jkunux ikkaw¿ati minn aċċidenti ġenwini i¿da b’mod mhux naturali ħalli dawn jiġu investigati.
Hemm ukoll kuntatt dirett u kontinwu mal-iskejjel biex kull fejn jindika li ikun hemm abbu¿ jew traskuraġni fuq it-tfal din tkun investigata. Dan kien possibli li jsir bis-saħħa tal-klawsoli fuq mandatory reporting f’Kap 602 li daħlu fis-seħħ u li qed iwasslu biex id-Direttorat għall-ħarsien tal-Minuri jinvestiga mal-200 kas kull xahar. Din il-ħidma kollha ilha ssir u hija on-going.
Looked After Children Service — Każijiet f’Lujlu 2023
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li kienu qed jiġu segwiti mil-Looked After Children Service (LAC) f’Lulju 2023? Kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social worker? Kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social welfare professional?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, kif weġibt f’għadd ta’ tweġibiet għal interpellanzi oħra lil diversi membri ta’ din il-Kamra, hija proċedura stabbilita tal-FSWS għal numru ta’ snin minħabba raġunijiet marbuta mal-validità u l-integrità tal-istatistika u data li tinġabar minnha, l-istatistika tal-istess Fondazzjoni tiġi ppubblikata darbtejn fis-sena.
Jiġifieri, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju tas-sena kurrenti u li, għaldaqstant, tkun ippubblikata bejn Awwissu u Settembru tas-sena kurrenti waqt li għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena l-istatistika tkun ippubblikata bejn April u Mejju tas-sena ta’ wara.
Għaldaqstant, mhux possibbli li dan it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanta jingħata f’dan l-istadju.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-caseload tas-social workers fil-Looked After Children Service (LAC) f’Lulju 2023?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, kif weġibt f’għadd ta’ tweġibiet għal interpellanzi oħra lil diversi membri ta’ din il-Kamra, hija proċedura stabbilita tal-FSWS għal numru ta’ snin minħabba raġunijiet marbuta mal-validità u l-integrità tal-istatistika u data li tinġabar minnha, l-istatistika tal-istess Fondazzjoni tiġi ppubblikata darbtejn fis-sena. Jiġifieri, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju tas-sena kurrenti u li, għaldaqstant, tkun ippubblikata bejn Awwissu u Settembru tas-sena kurrenti waqt li għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena l-istatistika tkun ippubblikata bejn April u Mejju tas-sena ta’ wara.
Għaldaqstant, mhux possibbli li dan it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanta jingħata f’dan l-istadju.