B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5789 fejn intqal illi mill-2009 il-Gozo Employment Aid Scheme li kienet amministrata mill-Malta Enterprise u l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ se tkun trasferita taħt l-Employment Aid Scheme amministrata mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ weħidha u ffinanzjata minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropeja, jista’ l-Ministru jgħid kemm Għawdxin ibbenefikaw minn din l-iskema din is-sena? Jista’ jgħid jekk huwiex l-uffiċċju tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ f’Għawdex li qed jamministra din l-iskema f’Għawdex? Jekk le, għaliex? Jekk iva, hemm xi uffiċjal maħtur speċifikament biex jamministra din l-iskema f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, kif inħatar? X’inhuma l-funzjonijiet f’Għawdex fit-tħaddim ta’ din l-iskema?
Jista' l-Ministru jgħid f'liema bajjiet se jkun hemm servizzi tal-ewwel għajnuna u min se jmexxi dan is-servizz? Liema professjonijiet se jkunu preżenti għall-ewwel għajnuna u kemm se jkun hemm man power f'kull bajja?
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jonfoq fi cleaning services fil-qasam tas-saħħa? Jista' jifregmenta n-nefqa settur b'settur, fl-ex sptar, fl-Isptar Mater Dei, fi kliniċi u fi sptarijiet oħrajn? Jista' jgħid kemm qiegħed jiġi jiswa lill-Gvern kull ħaddiem li qed jaħdem f'dan is-settur mal-kuntrattur? Jista' jgħid jekk dan is-settur għandux il-full complement u kemm hemm ħaddiema jaħdmu fih?
Care workers u part-time social assistants — Dipartiment tas-Saħħa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9788 u jgħid kemm hemm postijiet ta' care workers vakanti mal-Gvern fid-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm hemm part-time social assistants li qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol minflokhom, u dan b'paga ta' part-timers? Jista' jikkonferma li dan qed isir kemm fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule kif ukoll f'għadd ta' djar tal-anzjani tal-gvern? Huwa minnu li meta jkun hemm care workers u part-time social assistants bi leave jew sick leave qed jiġi ingaġġat wkoll kuntrattur/i privat? Jista' jinvestiga u jiċħad u/jew jikkonferma rapporti li waslu li d-Dipartiment qed jippermetti kemm care workers kif ukoll part-time social assistants li jaħdmu 24 siegħa jew f'ċerti kazi anki 36 siegħa bla waqfien u biex ma jidhrux li qegħdin jaħdmu dawn is-sigħat twal f'dan il-mod qegħdin ibiddlu l-post fejn dawn jaħdmu, daqqa fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule u daqqa f' Mount Carmel u daqqa fid-djar tal-Gvern għall-anzjani?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9784 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-Berġa ta' San Ġwann qed tkun magħluqa nhar ta' Ħamis kuntrarju għall-imgħoddi meta kienet tiftaħ bejn it-8.00 u il-11.00 ta' filgħodu?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9688, 9354 u 8293 u jgħid kemm huwa n-numru tal-persuni li qed jiġu trattati għall-HIV fil-mument f'pajjiżna? Kemm minnhom qed jissoktaw sentenza ta' korrezzjoni fiċ-ċentri tal-istat, f'Kordin, Imtaħleb eċċ.?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9908 u jgħid, lokalità, lokalità f'Malta u f'Għawdex kemm hemm bżonn ta' spiżeriji ġodda? Jista' jgħid kemm hemm applikazzjonijiet ta' persuni li wrew ix-xewqa u/jew applikaw li jiftħu spiżerija f'kull lokalità? Jista' jagħti lista, in order of merit ta' kulmin applika u ta' min imissu, f'kull lokalità?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9847 u jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn nurses li qed jirritornaw għax-xogħol wara li għalqu l-61 sena, tneħħielhom il-premium u minn skala 10 saru skala 13 skond komunikat li ntbagħat lill-persuni konċernati mid-direttorat tar-riżorsi umani?
Ministeru għall-Politika Soċjali — Għawdxin maħtura f'bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9716 u jgħid kemm hemm Għawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jgħid min huma? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord? Meta saret il-ħatra u kemm hu l-onorarju li jitħallas?
Response (DALLI, JOHN)
Informat hekk :-
Board
Name
Role
Appointment
Remuneration
National Antibiotic Committee
Ms Vanessa Bugeja
Member
6.4.2008
Nil
Meals Board
Mr George Pavia
Member
10.12.2008
Nil
Medical Specialist Accreditation Committee
Dr Salvina Zrinzo
Member (Appt. by respective Specialist Association)
25.1.2007
Nil
Mental Health
Dr Anton Grech
Member
(Substitue)
1.1.2008
€28 per
sitting
National Commission for Mental
Health
Dr Anton Grech
Member appt. by Minister
1.1.2007
Nil
Medical Specialist Accreditation Committee
Dr Nadine Delicata
Representative: Malta Assoc. of Public Health Medicine
6.6.2008
Nil
Admission Boards SVPR
Mr Saviour Sciberras
Chairperson
6.4.2009
Nil
Informat ukoll li l-informazzjoni fuq id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għada qed tinġabar
Jista' l-Ministru jagħti lista lokalità b'lokalità tal-postijiet tajbin għall-abitazzjoni li fil-preżent huma battala? Jista' jingħad kemm hemm minn dawn il-postijiet f'kull lokalità?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-Awtorita tad-Djar għandha 5 postijiet ġewwa Bormla, post wieħed fil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Marsa, Qormi, San Ġiljan u Sta. Venera u 2 postijiet fil-lokalitajiet ta’ Raħal Ġdid, Pieta’ u l-Belt Valletta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sussidju fuq il-kera tad-djar hux qed jitħallas lill-inkwilini kull tliet xhur jew inkella kull sitt xhur? Jista' jikkonferma minn meta kellu jibda jitħallas kull tliet xhur kif iddikjara l-Ministru stess waqt id-diskors ta' l-estimi ta' l-Awtorità tad-Djar?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Awtorita’ tad-Djar qed tħallas is-sussidju fuq il-kera skond l-arrangament li-l-inkwilin għandu mas-sid. Ghalhekk jekk il-kirja titħallas kull xahar, is-sussidju jitħallas kull xahar filwaqt li jekk il-kirja titħallas kull tlett xhur, is-sussidju jitħallas kull tlett xhur.
Informat ukoll li din is-sistema diġa qegħda tiġi mħaddma.
Tnaqqis fuq l-ammonti ta' sussidju fuq il-kera tad-dar
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, irċeviet tnaqqis fuq l-ammonti ta' sussidju fuq il-kera tad-dar tagħha f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jista' jgħid jekk għadx hemm ħlas ta' sussidju tal-kera ta' din il-persuna li jmura lura għall-bidu tas-sena 2008 li għadu ma tħallasx?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil Sat-30/9/2008 il-benefiċjarja msemmija kienet qed tibbenefika minn skema - Skema HD11, li s-sussidju ta’ din l-iskema kien għall-perijodu ta’ 10 snin. Din l-iskema kienet ġiet magħluqa fi Frar 1999 u ħarġet skema ġdida – Skema R. Il-benefiċjarja f’Settembru 2008 daħlet l-applikazzjoni tagħha sabiex tibbenefika taħt l-iskema preżenti (R) u s-sussidju ġie maħdum skond il-kundizzjonijiet ta’ din l-istess skema. Taħt l-ewwel iskema l-applikanta kienet tikkwalifika għall-ammont żgħir ta’ aktar sussidju peress li l-iskemi għandhom kundizzjonijiet differenti. Taħt l-Skema HD11, il-benefiċjarja kienet tikkwalifika bħala ġenitur wieħed u skond din il-kategorija kienet mitluba li tħallas l-ewwel € 81.53 mill-kera annwali tagħha u b’hekk kienet tikkwalifika għall-sussidju ta’ €384.35 fis-sena. Taħt l-iskema preżenti, Skema R, il-benefiċjarja tikkwalifika bħala persuna waħedha u skond din il-kategorija hija mitluba li tħallas l-ewwel €163.06 mill-kera annwali tagħha, biex b’hekk tikkwalifika għall €302.94 sussidju fis-sena. Din l-informazzjoni hija spjegata aħjar fit-tabelli li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat ukoll li m’hemm l-ebda pagament ta’ sussidju dovut lill-persuna kkonċernata. Hija kienet ħadet pagamet f’Settembru 2008, li kien ikopri minn 1/10/2007 sat-30/9/2008, u pagament ieħor fid-29/5/09 li jkopri minn 1/10/2008 – 31/3/2009.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9632, 9466 u 9242 u jgħid għaliex il-pilloli phenindione 50mg bħalissa jinsabu out of stock? Meta ser jidħlu peress li dawn il-pilloli lanqas jinstabu fi spiżeriji privati? Jista' jara x'ser isir?
Jista' l-Ministru jara l-każ tas-Sinjur b'diżabilità, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li applika għall-free road licence u qalulu li biex dan ikun possibbli l-karozza trid tkun awtomatika, filwaqt li minn informazzjoni li tawh ċerti individwi jirriżulta li dawn m'għandhomx karozza awtomatika u xorta ħarġulhom din il-liċenzja?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-persuna resqet il-każ konċernat quddiem lill-Ombudsman u dan l-Uffiċju ddeċieda li ha jkompli jisma dan il-każ. Il-KNPD tqis dan il-kas magħluq.
persuni b'diżabilità — ġbir ta' ħrieqi minn postijiet 'il bogħod
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9690 u cioè: Peress li persuni b'diżabilità li għandhom is-sussidju fuq il-ħrieqi jridu jmorru jiġbruhom minn post 'il bogħod minn fejn jabitaw u għax huma b'diżabilità jkollhom jħallsu għat-trasport, jista' l-Ministru f'ġieħ il-ġustizzja u s-solidarjetà jara li jsir xi ħaġa għal dawn in-nies biex tittaffielhom it-tbatija li qed isofru?
Ommijiet li jridu jreddgħu lit-trabi fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9870 u jgħid kemm saru lmenti lill-Awtorità dwar is-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol in konnesjoni ma' problemi ta' ommijiet biex ikunu jistgħu jreddgħu lit-trabi tagħhom fuq il-post tax-xogħol?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9869 u jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern sabiex jiġu aġġornati l-iskedi tal-avviż legali 92 tal-2002 dwar l-aġenti li jagħmlu ħsara lill-mara tqila , lit-tarbija fil-ġuf u lill-mara li treddgħa?
djar tal-anzjani — sħubija bejn il-gvern u l-privat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9424, 9266 u 8835 u jgħid kemm hemm djar tal-anzjani li fihom hemm sħubija bejn il-Gvern u l-privat? Liema huma? Kemm hemm anzjani fiħom f'kull każ u x'inhi r-rata li titħallas kuljum f'kull każ?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9904 u jikkonferma dak li qal id-Direttur tas-Saħħa Primarja, li ismu qed jidher separatament, fuq ir-radju RTK nhar it-Tlieta, 23 ta' Gunju, 2009 li l-customer care tad-dipartiment tiegħu jieħdu ħsiebu u jindirizzaw l-ilmenti tan-nies tliet tobba seniors? Possibbli li dan is-servizz ma jistax jitmexxa minn persuni oħra u dawn it-tobba seniors jagħtu servizz f'taqsimiet oħra tas-saħħa primarja, bħaċ-ċentri tas-saħħa, fejn hemm nuqqas ta' tobba?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9905 u jinvestiga u jgħid x'qed iwassal għal dewmien biex jingħata appuntament ma' padoloġista fiċ-ċentri tas-saħħa? Jaf il-Ministru li filwaqt li appuntament kien jingħata fi tlett ijiem appuntamenti li ntalbu llum (23 ta' Gunju, 2009) ingħataw għal Settembru li ġej jiġifieri tliet xhur oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li d-dewmien biex jingħata appuntament mal-podoloġisti fiċ-ċentri tas-saħħa huwa dovut kemm għan-nuqqas ta’ podoloġisti kif ukoll minħabba ż-żieda fid-domanda għal dan is-servizz. Huwa ttamat li l-problema tittaffa fil-ġimgħat li ġejjin wara li jikkwalifikaw podoloġisti ġodda.