Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija – Grad ta’ Spettur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inċentivi hemm bħalissa fl-istruttura tal-Korp tal-Pulizija sabiex wieħed jew waħda jilħaq internament fil-grad ta’ Spettur fl-istrutturi tal-istess Korp?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fl-aħħar snin mhux biss issaħħaħ ir-reklutaġġ i¿da qed titħaddem ukoll il-prassi ta’ reklutaġġ kontinwu ta’ spetturi ġodda fil-Korp tal-Pulizija kif indikat f’mistoqsija Parlamentari 20380. L-ispetturi mill-2015 sal-lum żdiedu b’154, meta kkumparat ma ebda żieda bejn l-2008 u l-2010. Illum il-ħaddiema tal-Korp mhux biss għandhom in-service training biex ikunu mħarrġa mill-Akkademja, li għandha korsijiet akkreditati, tul il-karriera Polizjeska iżda permezz tal-Continous Professional Development u anke ftehimiet ma’ istituzzjonijiet edukattivi bħall-Universita ta’ Malta għandhom ukoll l-opportunita li jitħarrġu u jipprogressaw fil-karriera tagħhom. Dan kollu jingħaqad ma’ kundizzjonijiet aqwa li qed tagħmel din il-karriera aktar attraenti, filfatt, is-salarju ta’ Spettur jibda bi ta’ Skala ta' Salarju 8, wara sentejn (2) servizz f’dan il-grad, is-salarju jitla għal Skala 7, jekk tali uffiċjal jaqdi dmiru b’mod sodisfaċenti. Wara erba’ snin servizz fi grad ta’ Spettur fi Skala 7, dejjem jekk tali persuna tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti, din tiġi promossa għal grad ta’ Spettur Anzjan fi Skala 6. F’kull skala jkun hemm iż-żidiet marbuta mal-istess skala. Dan barra milli Spettur jibbenefika minn performance bonus annwali ta’ 10% fuq is-salarju bażiku u jgawdi wkoll minn disturbance allowance skont il-ħin addizzjonali li jkun għamel, kull tlett xhur. Bħal uffiċjali oħra fil-Korp, Spettur jirċievi wkoll il-Police Force Allowance, l-Active Duty Allowance, allowance għal użu tal-vettura personali għal skopijiet ta’ xogħol u allowance għal u¿u ta’ apparat personali.

Korp tal-Pulizija – rekwiżit għall-Spettur

Question

Sabiex wieħed jilħaq Spettur fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kweżit ta’ esperjenza fil-Korp jew f’xi qasam relatat għall-istess?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-aħħar sejħa għal post fir-rank ta’ Spettur fil-Korp tal-Pulizija kienet kif indikat fid-dokumenti li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Identity Malta u Identità – Kapijiet eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi ta’ Identità jew Identity Malta mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li mat-twaqqif tagħha l-Aġenzija Identità, fl-2013, li dak iż-żmien kienet magħrufa bħala l-Aġenzija Identità Malta, kienet immexxija minn Chairman Eżekuttiv u mhux minn Uffiċjal Kap Eżekuttiv. Iċ-Chairman Eżekuttiv kien Dr Joe Vella Bonnici, li kien fil-kariga bejn l-1 ta’ Lulju 2013 sal-1 ta’ Diċembru 2017. Infurmat li l-ewwel Uffiċjal Kap Eżekuttiv fl-Aġenzija Identità nħatar fl-2017, u sal-lum inħatru tlieta, kif ġej: Is-Sur Anton Sevasta – 9 ta’ Novembru 2017 – 24 ta’ Jannar 2022, Il-Kurunell Mark Mallia – 25 ta’ Jannar 2022 – 16 ta’ Frar 2024, Is-Sur Steve Agius – 17 ta’ Frar 2024 – għadu fil-kariga.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sena 2021 — Taqsimiet tal-Pulizija - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' rapporti li daħlu fit-taqsimiet kollha tal-pulizija (inkluż għases) matul is-sena 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2021 fis-sistema elettronika tal-pulizija ġew irreġistrati sitta u disgħin elf, sitt mija u wieħed u sebgħin (96,671) rapport fit-taqsimiet kollha tal-pulizija, inkluż fl-għases.

Sena 2020 — Għases tal-Pulizija - Rapporti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23819, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar rapporti li saru f'taqsimiet oħra tal-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2020? Kemm-il rapport sar f'kull taqsima oħra li mhux imsemmija fit-tweġiba tal-istess mistoqsija parlamentari, liema mistoqsija kienet tirreferi għall-għases?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti li ġew irreġistrati fis-sistema elettronika tal-pulizija minn taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li ma tinkludix l-għases. Taqsima Numru ta’ rapporti proċessati Anti-money Laundering 58 Control Room 46 K 9 (dog sect) 250 Economic Crime Unit 230 Cyber Crime Unit 3 Environment Prot Unit 669 GBDV 445 Major Crimes 18 Traffic 229 Mounted 133 MT 12 SME (detail) 2 RIU 15 Int. Relations 22 Professional Standards 3

Sena 2020 — Taqsimiet tal-Pulizija - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' rapporti li daħlu fit-taqsimiet kollha tal-pulizija (inkluż għases) matul is-sena 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2020, fis-sistema electronika tal-pulizija, ġew irreġistrati sebgħa u sebgħin elf, mija u tlettax (77,113)-il rapport, fit-taqsimiet kollha tal-pulizija, inkluż fl-għases.

Perjodu tal-Milied — Sewqan taħt l-effett tal-marijuana u tax-xorb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nqabdu jsuqu taħt l-effett tal-marijuana u/jew tax-xorb fil-perjodu tal-Milied, jiġifieri mill-1 ta’ Diċembru 2024 sas-6 ta’ Jannar 2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Diċembru 2024 sas-6 ta' Jannar 2025 kien hemm dsatax (19)-il persuna li nqabdu jsuqu taħt l-effett tax-xorb alkoħoliku.

Il-Belt Valletta — Lejl tal-ewwel tas-sena - Rapporti ta’ fastidju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi rapporti lill-pulizija ta’ persuni li ħassewhom fastidjati matul il-lejl tal-ewwel tas-sena fil-folla li kien hemm miġbura ġewwa l-Belt Valletta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li ma sarux rapporti lill-Pulizija ta’ dan it-tip.

MIA – Automated Border Control Gates

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-border control gates li ġew installati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, b'investiment ta' madwar €1 miljun, b’kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea, mhumiex jintużaw? Jista' jgħid kemm ilhom ma jintużaw u jekk hemmx minn dawn il-border control gates li ma ntużaw qatt jew kważi qatt, minn kemm ilhom installati u jagħti raġunijiet għal dan? Jista' jgħid ukoll jekk id-Dipartiment tal-Pulizija għandux pjan biex jerġa' jibda juża dawn il-border control gates?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li tnejn mill-Automated Border Control (ABC) Gates li kienu fis-sala tal-wasla tneħħew b’mod temporanju u t-tnejn fis-sala tat-tluq ser jitneħħew sal-aħħar tax-xahar, minħabba proċess ta’ rinovar fl-ajruport anke bi preparazzjoni tal-introduzzjoni tal-Entry/ExitSystem(EES).

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: (a) jekk għandux it-tieni karozza jew car allowance apparti l-karozza uffiċjali għal użu tiegħu; (b) x’tip ta' karozzi huma (ditta) u jekk hux electric vehicles jew jaħdimx bi fuel konvenzjonali u jekk f'każ ta' fuel konvenzjonali, kemm intuża fuel kull xahar minn kull karozza minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (c) Jekk jintuża fuel konvenzjonali għal dawn il-karozzi, minn fejn jinxtara l-fuel għalihom? (d) Jekk għandu t-tieni karozza jew car allowance, min jagħmel użu minn din il-karozza meta l-Ministru jkun qed juża l-karozza uffiċjali tiegħu? (e) Jekk kull karozza hiex tal-kiri jew inxtratx mill-Gvern u jekk f'każ li hi mikrija kemm titħallas kera kull xahar għal kull karozza u jekk mixtrija mill-Gvern kemm kienet l-ispiża biex inxtrat kull karozza? (f) Jekk kull karozza tinżammx f’garaxx meta ma tkunx użata, u jekk tinżamm f’garaxx titħallasx kera għal tali garage? Jekk fl-affermattiv, kemm titħallas kera fix-xahar għal tali garage u min hu l-benefiċjarju ta' tali kera?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’għandix it-tieni karozza u qed titħaddem il-proċedura stabbilita.

Distretti tal-Pulizija — Lokalitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema lokalitajiet kienu jaqgħu taħt kull wieħed mit-12-il distrett tal-pulizija fis-sena 2024? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm tibdil f'dan ir-rigward mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, x'tibdil kien hemm?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onov. Interpellant tirreferi għall-mistoqsija Parlamentari 24500 li hija identika għal din il-mistoqsija.

Sena 2023 — Għases tal-Pulizija - Rapporti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23822 jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar rapporti li saru f'taqsimiet oħra tal-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2023? Kemm-il rapport sar f'kull taqsima oħra li mhux imsemmija fit-tweġiba tal-istess mistoqsija parlamentari, liema mistoqsija kienet tirreferi għall-għases?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti li ġew irreġistrati fis-sistema elettronika tal-pulizija minn taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2023, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li ma tinkludix l-għases. Taqsimiet Numru ta’ rapporti Anti-Money Laundering 95 Major Crime 16 K9 64 Economic Crime Unit 78 Cycber Crime Unit 8 Env. Protection Unit 506 GBDV 3015 Homicide Unit 63 Mouhted 15 MT 3 Staffing and Major Events 2 RIU 33 Traffic 242 Police Citations Office 6 Legal Office 2 Border Control Airport 39 Border Control Seaport 6 Immigration Field 73 Vice Sqaud 86 Drug Sqaud 82 Inter. Relations 28 Professional Sandard 1 Custody 2 4,465

Sena 2023 — Taqsimiet tal-Pulizija - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' rapporti li daħlu fit-taqsimiet kollha tal-pulizija (inkluż għases) matul is-sena 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2023, fis-sistema elettronika tal-pulizija ġew irreġistrati tnejn u disgħin elf, seba’ mija u tmienja u ħamsin (92,758) rapport fit-taqsimiet kollha tal-pulizija, inkluż fl-għases.

Sena 2022 — Għases tal-Pulizija - Rapporti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23821, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar rapporti li saru f'taqsimiet oħra tal-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2022? Kemm-il rapport sar f'kull taqsima oħra li mhux imsemmija fit-tweġiba tal-istess mistoqsija parlamentari, liema mistoqsija kienet tirreferi għall-għases?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti li ġew irreġistrati fis-sistema elettronika tal-pulizija minn taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2022, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li ma tinkludix l-għases. Taqsimiet Nru. ta’ rapporti proċessati f’taqsimiet Anti-money laundering 149 Control Room 3 Major Crime 47 K9 379 Econ Crime Unit 98 Cyber Crime Unit 14 Env. Crime Unit 456 GBDV 2249 Homicide Squad 88 Mounted 127 MT 6 RIU 37 Traffic 282 PCO 3 Border Control Airport 43 Border Control Seaport 6 Immigration Field 42 Vice Squad 90 Drug Squad 124 Int. Relations 28 Prof. Standards 4 4,275

Sena 2022 — Taqsimiet tal-Pulizija - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' rapporti li daħlu fit-taqsimiet kollha tal-pulizija (inkluż għases) matul is-sena 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2022, fis-sistema elettronika tal-pulizija ġew irreġistrati sitta u tmenin elf, u tmienja u sebgħin (86,078) rapport fit-taqsimiet kollha tal-pulizija, inkluż fl-għases. Sena 2022 - Għases tal-Pulizija – Rapporti Numru ta’ Rapporti Taqsimiet Nru. ta’ rapporti proċessati f’taqsimiet Distrett Nru 1 4337 Anti-money laundering 149 Distrett Nru 2 6406 Control Room 3 Distrett Nru 3 5844 Major Crime 47 Distrett Nru 4 6888 K9 379 Distrett Nru 5 6943 Econ Crime Unit 98 Distrett Nru 6 7331 Cyber Crime Unit 14 Distrett Nru 7 7751 Env. Crime Unit 456 Distrett Nru 8 7365 GBDV 2249 Distrett Nru 9 8478 Homicide Squad 88 Distrett Nru 10 5451 Mounted 127 Distrett Nru 11 7503 MT 6 Distrett Nru 12 6104 RIU 37 Għassa Ajruport 1402 Traffic 282 PCO 3 Border Control Airport 43 Border Control Seaport 6 Immigration Field 42 Vice Squad 90 Drug Squad 124 Int. Relations 28 Prof. Standards 4

Sena 2021 – Għases tal-Pulizija — Rapporti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23820, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar rapporti li saru f'taqsimiet oħra tal-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2021? Kemm-il rapport sar f'kull taqsima oħra li mhux imsemmija fit-tweġiba tal-istess mistoqsija parlamentari, liema mistoqsija kienet tirreferi għall-għases?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti li ġew irreġistrati fis-sistema elettronika tal-pulizija minn taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2021, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li ma tinkludix l-għases. Taqsimiet Nru. ta’ rapporti proċessati f’taqsimiet Anti-money Laundering 197 Control Room 8 Major Crimes 158 K9 734 ECU 94 Cyber Crime Unit 7 Environment Prot Unit 1058 GBDV 1760 Homicide Unit 81 Mounted 305 MT 4 SME 7 RIU 31 Traffic 353 Poice Citations Office 1 Legal Office 3 Border Control Airport 103 Border Control Seaport 31 Immigration Police 15 Vice Sqaud 113 Drug Sqaud 217 Int. Relations 33 5,313

Kummissarju tal Pulizija — Car Allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Car Allowance li jingħata lill-Kummissarju tal-Pulizija huwiex marbut ma’ xi użu speċifiku ta’ xi vettura li hi proprjetà personali tal-Kummissarju tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari numru 22913. Differenti minn ta' qabilha din l-amministrazzjoni investiet fid-drittijiet u kundizzjonijiet tal-ħaddiema kollha tal-Korpi Dixxiplinati, b'kuntrast ma’ amministrazzjoni li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat.

Il-Ħamrun – Għassa tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta (sena u xahar) ser ikunu lesti x-xogħlijiet fuq l-għassa tal-Ħamrun u meta l-Pulizija ser ikunu jistgħu joperaw mill-ġdid minn din il-binja?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 23824.