Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — tnaqqis mill-budget
Question
B’referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 32234, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat, skont kif elenkat u provdut fil-line items tal-estimi li jitqassam mad-diskors tal-budget, taċ-ċifri globali ppreżentati fl-imsemmija tweġiba?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk humiex se jittieħdu l-passi opportuni biex titnaqqas id-diffikultà tal-istudenti Għawdxin u anke qraba Għawdxin ta' pazjenti fl-Isptar Mater Dei li jkollhom jistennew ħafna ħin biex jaqbdu r-rotta X1 biex imorru ċ-Ċirkewwa, peress li l-X1 tgħaddi l-ajruport u ħafna drabi tkun mimlija sa meta tilħaq tasal sal-istage ta' ħdejn l-Università?
Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raguni għaliex il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma rċevitx iċ-ċekk ta' darba tal-benefiċċju tal-enerġija li kien intbagħat xi sentejn ilu u dan għaliex hi bagħtitu lura għax kien fuq żewġha mejjet?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Peress li qabel ma bdiet topera s-servizz tat-trasport pubbliku l-Arriva, ir-residenti tal-Qasam tad-Djar fuq tal-Ħawli, Birgu kienu moqdija kull nofs siegħa sal-għaxra ta' filgħodu lejn il-Belt u kull siegħa matul il-jum kollu mill-Belt sal-Birgu, jikkunsidra l-Ministru li jagħmel rappreżentazzjoni mal-management tal-kumpanija biex terġa' tintroduċi dan is-servizz utli għaliex fin-nuqqas tiegħu, l-istess residenti, f'xemx tiżreġ tas-sajf jew f'jiem kiesħa xitwin u fix-xita jkollhom imorru bil-mixi sa Ħaż-Żabbar jew sa fejn kien it-terminus tal-Birgu, distanza ta' mil f'kull direzzjoni? Jaf il-Ministru li qabel il-karozzi bl-iskeda tat-trasport wara l-Ħawli kienu jgħaddu minn Verdala Bormla, liema servizz għadu jsir bla ma jgħaddi mill-Ħawli u għalhekk it-traġitt żejjed għall-kumpanija huwa minimu, imma essenzjali għar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li preżentament mhux qed isiru tibdil fir-rotot sabiex jingħata ċans li s-servizz jistabbiliżża ruħu.
Madankollu, infurmat ukoll li Transport Malta hija konxja ta’ din it-talba u qed taħdem biex issib soluzzjoni u jingħata servizz f’din iż-żona.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista kollha ta' toroq u xogħlijiet oħra li ngħataw minn Transport Malta lill-kumpaniji li isimhom qed jintbagħtu separatament mill-2003 sal-lum? Jista' jagħti l-valur li kien stmat li se jkun ix-xogħol u kemm fil-fatt tħallas finalment? F' kull każ, jista' jispeċifika jekk kenitx tender jew direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista kollha ta' toroq u xogħlijiet oħra li ngħataw lil kumpaniji li isimhom qed jintbagħtu separatament mill-2003 sal-lum? Jista' jagħti l-valur li kien stmat li se jkun ix-xogħol u kemm fil-fatt tħallas finalment? F' kull każ, jista' l-Ministru jispeċifika jekk kenitx tender jew direct order?
Jista' l-Ministru jagħti l-lista kollha ta' toroq u xogħlijiet oħra li ngħataw lill-kumpaniji li isimhom qed jintbagħtu separatament mill-2003 sal-lum?
Jista' jagħti l-valur li kien stmat li se jkun ix-xogħol u kemm fil-fatt tħallas finalment? F' kull każ, jista' jispeċifika jekk kenitx
tender
jew
direct order
?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — impjegati self employed
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li minn ftit tax-xhur ilu, l-uniku bus shelter li kien hemm fix-Xatt tal-Kalkara tneħħa, jista' l-Ministru jara jekk dan jistax jerga' jitpoġġa f'postu, jew inkella ssir xi ħaġa sabiex dawk li jkunu qed jistennew tal-linja jkollhom fejn jistkennu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu bus shelters fuq bus stops li huma fl-open areas bħalma hi t-triq tar-Rabat ħdejn id-dħul għal Ta' Qali, għax f'dawn l-areas m'hemm l-ebda struttura li tista' tagħti kenn mill-elementi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta, matul din is-sena, se tkun qed twaħħal numru ta’ bus shelters f’lokalitajiet diversi madwar Malta.
Infurmat ukoll li fost il-
bus shelters
li huwa ppjanat li se jitwaħħlu hemm dawk imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Peress li persentaġġ kbir mill-ispiza għall-proġett ta' Xatt ir-Risq u Dock 1 ġej minn fondi Ewropej, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol iridx jitlesta fi żmien partikolari? Jista' jgħid meta hu dan iż-żmien u x'jiġri jekk ix-xogħol ma jitlestiex f'dan iż-żmien miftiehem?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li x-xogħol f'Xatt ir-Risq huwa approvat li jitlesta sa Marzu 2012, filwaqt li dak fuq il-Baċir Numru 1 huwa approvat li jitlesta sa Awwissu 2012. Jekk ix-xogħol ma jitlestiex sa dak iż-żmien ikunu jridu jsiru diskussjonijiet għal estenzjoni taż-żmien. Madankollu qed isiru l-isforzi kollha meħtieġa biex filwaqt li jintgħelbu d-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu, x-xogħol jitlesta fiż-żmien approvat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-ċentru ta' Bormla minn fejn se jgħaddu l-purċissjonijiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa, hux se jkunu lesti u dan kif suppost kien imwiegħed li jkun lest anke sal-festa tal-Immakulata fit-8 ta' Diċembru?
Jista' l-Ministru jagħti l-lista kollha ta' toroq u xogħlijiet oħra li ngħataw minn Transport Malta lil kumpaniji li isimhom qed jintbagħtu separatament mill-2003 sal-lum? Jista' jagħti l-valur li kien stmat li se jkun ix-xogħol u kemm fil-fatt tħallas finalment? F' kull każ, jista' l-Ministru jispeċifika jekk kenitx tender jew direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32247 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex toqba li saret quddiem il-Knisja tal-Parroċċa tat-Trinità fil-Marsa tkun magħluqa sabiex ma jibqax l-inkonvenjent li hemm bħalissa u li jidher li minħabba dan l-inkonvenjent qed jinħolqu diffikultajiet lil dawk li jkunu jridu jgħaddu mill-pjazza jew jidħlu fil-Knisja waqt funerali jew tiġijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-inkonvenjent li semma l-Onor. Interpellant tneħħa.
Peress li ħafna ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta jużaw it-trasport pubbliku, jista' l-Ministru jara jekk il-kumpanija Arriva tistax tikkonsidra li jew ir-rotta 81 tasal sal-power station ta' Delimara jew tiżdied il-frekwenza tar-rotta 206 anke billi din tal-aħħar ma tibqax tgħaddi ukoll mill-Isptar Mater Dei?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li preżentament l-inħawi ta’ Delimara huma moqdija b’żewġ rotot li huma r-rotta 119 bi frekwenza ta’ kull 60 minuta u r-rotta 206 bi frekwenza ta’ kull 90 minuta. Dawn huma servizzi li huma b'mod sinifikanti aħjar mis-servizzi li kien hemm fl-antik.
Permezz tar-Rotta 119 li tgħaddi mill-lokalitajiet ta’ Birżebbuġa, Marsaxlokk, iż-Żejtun u Marsaskala, passiġġieri jistgħu faċilment jibdlu r-rotta sabiex imorru lejn il-Belt Valletta, Mater Dei jew l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Bir-Rotta 206, minbarra li tieqaf ġewwa l-Isptar Mater Dei tieqaf ukoll fil-Park and Ride tal-Marsa minn fejn il-passiġġieri jistgħu jirkbu numru ta’ rotot li jeħduhom f’diversi lokalitajiet fosthom Pembroke, ix-Xgħajra, Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, San Ġiljan u Buġibba.
Ninsab infurmat li għalkemm ittieħdet nota tas-suġġeriment tiegħu, Transport Malta fil-preżent mhix qed tara l-ħtieġa sabiex jiġu modifikati dawn ir-rotot.
Jista' l-Ministru jara li meta jsir ir-restwar tal-Palazz fuq in-naħa ta' fuq ta' Triq il-Merkanti l-Belt, meta jsir l-iscaffolding, l-ispazju riservat għall-bejjiegħa tal-monti jiġi estiż 'il fuq minn Triq it-Teatru u mhux 'l isfel minn Triq l-Arċisqof?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Swieqi — Karozzi tal-linja għal Ta' Sliema u l-Università ta' Malta
Question
Jista' l-Ministru jara kif in-nies tas-Swieqi jista' jerġa' jkollhom servizz bejn is-Swieqi u Tas-Sliema, anke jekk din tkompli sal-Università/Imsida?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li preżentament hemm żewġ rotot li jipprovdu servizz lejn il-Belt Valletta għar-residenti tas-Swieqi li huma r-Rotot 33 u 34. Dawn ir-rotot bejniethom jipprovdu servizz ta’ żewġ karozzi fis-siegħa.
Infurmat ukoll li filwaqt li Transport Malta qed tikkunsidra din it-talba, preżentament mhux qed isiru tibdil fir-rotot sabiex jingħata ċans li s-servizz jistabbiliżża ruħu.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kuntratti għall-ingaġġ ta' skrivani
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2011, ingħatawx kuntratti mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sabiex jingħata servizz ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal kull każ kemm kien l-ammont imħallas kull siegħa għas-servizz offrut?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.