MFSA – Diretturi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji — Policy dwar persuni li jkunu indagati kriminalment
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dwar il-policy tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) fir-rigward ta’ persuni nominati biex iservu bħala diretturi ta’ istituzzjoni finanzjarja filwaqt li jkunu indigati kriminalment f’Malta jew f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, a bażi tal-prinċipju ta’natural justice, meta l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), issir a konoxxenza li persuna li hi nominata biex isservi bħala direttur ta’ istituzzjoni finanzjarja, qiegħda tiġi ndagata kriminalment f’Malta jew f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, il-po¿izzjoni tal-MFSA hija illi jekk l-att ta’ akkuża kontra tali persuna ma jkunx għadu ħareġ, l-MFSA tibqa’ issegwi il-proċess sabiex tara jekk, l-att ta’ l-akkuża illi finalment joħroġ kontra tali persuna, jimpattax il-fitness and properness assessment illi jsir fuq tali persuna qabel ma tiġi approvata, o menu, mill-MFSA.
Il-kriterji li l-MFSA tikkunsidra sabiex tara jekk persuna għandhiex tkun approvata huma disponibbli fuq is-sit tal-MFSA.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux aċċettabbli illi l-MFSA taċċetta li persuni indagati kriminalment ikunu qed imexxu istituzzjonijiet finanzjarji f’Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MFSA bħala istituzzjoni regolatorja timxi b’mod konsistenti mal-policies u l-proċeduri tagħha hekk kif indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18326.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jkun il-kumpens finanzjarju li l-Air Malta trid tagħti lil min kellu punti fuq l-iskema tal-Flypass? Jista’ jgħid ukoll min ser jagħmel dan il-ħlas u meta hu maħsub li jitħallas?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpens finanzjarju marbut mal-iskema tal-punti tal-Flypass li għalaq fi 29 ta’ Frar huwa stmat €1.69m. Dan l-ammont jitħallas biss jekk kemm il-darba l-membri tal-Flypass kollha jibgħatu l-informazzjoni mitluba lilhom lill-kumpanija.
Il-ħlas qiegħed isir direttament mill-Air Malta u minn total ta’ 6,162 membri, 5,716 membri diġà tħallsu l’ammont ta’ €882,000.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ammonti ta’ VAT li nġabar matul dawn l-aħħar sentejn fuq il-kategorija ta’ oġġetti li ġejjin:
a. Ilma fil-fliexken;
b. Prodotti għall-iġjene personali;
ċ. Prodotti għat-tindif domestiku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill Onor. Interpellant li d-denunzja tal-VAT tiġbor fiha t-totali tal-bejgħ u VAT ta’ prodotti varji.
Fid-denunzja m’hemmx lok fejn wieħed iniżżel il-bejgħ prodott b’prodott, imma wieħed globali. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba mhux possibbli li tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti l-persentaġġ ta’ oġġetti użati fil-miżura Stabbiltà introdotta mill-Gvern u l-items tal-ikel li huma preżenti fir-Retail Price Index Basket użati biex jiġu kkalkulati l-COLA u l-inflazzjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18041, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni, u jgħid kemm hemm żgħażagħ bejn it-18 u l-35 sena li xtraw il-proprjetà tagħhom f’dawn l-aħħar għaxar snin maqsumin sena b’sena u skont kull età? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn xtraw il-proprjetà waħedhom jew inkella ma’ xi ħadd?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ ‘eco-contribution’ illi nġabret, mid-data tal-introduzzjoni tagħha fl-2016 sal-aħħar tal-2023, applikabbli taħt it-Tieni Skeda (Artikolu 3(1)) tal-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni, Kap 473 tal-Liġijiet ta’ Malta u x’użu sar mill-ammont miġbur?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tinfetaħ il-Voluntary Retirement Scheme (VRS) u l-Early Retirement Scheme (ERS) għall-impjegati tal-Airmalta illi applikaw taħt il-Voluntary Employees Transfer Scheme (VETS) abbażi taċ-ċirkolari taċ-Chairperson tal-Airmalta datata 27 ta’ Marzu 2024 permezz ta’ liema ġie indikat illi dan it-tieni grupp ta’ ħaddiema ikun ikkunsidrat bħala parti mill-ewwel grupp ta’ impjegati trasferiti lill-RSSL bħala parti mill-iskema VETS imħabbra fis-17 ta’ Jannar 2022?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda ħsieb li jerġa jkun hemm xi skemi bħal ERS u /jew VRS għal ebda grupp.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kundizzjonijiet tal-URS u ERS applikabbli għat-tieni grupp ta’ ħaddiema humiex l-istess bħal dawk applikabbli lill-ewwel grupp ta’ ħaddiema, liema kundizzjonijiet kienu indikati fil-ftehim milħuq bejn il-Ministru tal-Finanzi u l-Unions fil-31 ta’ Awwissu 2022?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema li qed jirreferi għaliha kienet dik ta’ VETS, iġifieri Voluntary Employment Transfer Scheme. Fi kliem ieħor, dawn il-ħaddiema ġew offruti impjieg alternattiv mas-settur pubbliku.
Jista’ l-Ministru jippubblika lista bl-ammonti ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (NI) mħallsa, minn dawk li jaqgħu taħt il-parentesi tat-taxxa li ġejjin:
a. Single - Ir-rati kollha 0%, 15%, 25%, 35% ;
b. Ġenitur - Ir-rati kollha 0%, 15%, 25%, 35% ;
ċ. Miżżewweġ - Ir-rati kollha 0%, 15%, 25%, 35%?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fil-konfront tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), taħt liema liġi domestika ġew implimentati l-miżuri kontemplati skont l-artikolu 9(4)(g) tar-Regolamenti (UE) 2017/2394?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Artikolu 9(4)(g) tar-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew, u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004, ġie implimentat fil-liġi sussidjarja 330.17 [Malta Financial Services Authority Act (Consumer Protection Cooperation) Regulations], u speċifikament fir-regolament 6(1)(l).
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15008 u 15858 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14340 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi l-faċilità tal-ħażna taż-żejt issir offshore u ma tibqax fil-Forti Ricasoli fil-Kalkara?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15009 u 15859 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14339 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid x'passi qed tieħu biex il-faċilità tal-ħażna taż-żejt ma tibqax fil-Forti Ricasoli fil-Kalkara?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15860 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15010, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar mal-Pulizija b'rabta ma' ksur tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.37 - Regolamenti dwar Valutazzjoni u Maniġġjar ta' Ħsejjes fl-Ambjent? Jekk kien il-każ, jista’ l-Ministru jipprovdi d-dati flimkien mal-akkużi u l-lok ta' fejn seħħ il-każ?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 16404.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk telecom providers jistgħux jirrifjutaw li jiktbu l-VAT number fuq invoices ta’ klijenti tagħhom self-employed?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont il-liġi tal-VAT, kemm fiċ-ċirkostanza fejn għandha tinħareġ invoice fiskali, u kemm fiċ-ċirkostanza fejn għandha tinħareġ irċevuta fiskali, għandu jiġi kwotat il-VAT number tal-provditur ta’ servizzi li huma soġġetti għall-VAT.
Dan l-obbligu insibuh ukoll fid-Direttiva Ewropea tal-VAT fir-rigward tal-
invoices.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar minnha l-qanpiena li għal mijiet ta’ snin kienet dejjem fuq il-kampnar li hemm fuq il-Palazz ta’ Selmun u li fil-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari tidher li m’għadhiex f’postha?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-qanpiena tinstab għand Heritage Malta sabiex tiġi restawrata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet b’sena sena bejn l-2010 u l-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm żwiġijiet b’sena sena bil-knisja bejn l-2010 u l-2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.