Legislature:
Category:
Reset
Active:

Containers fl-Enemalta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallsu flus fornitur b’fornitur, għal containers li nħattu fl-Enemalta plc ta’ tenders li nxtraw taħt is-sistema tad-DDP, matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24240.

Containers fl-Enemalta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il biċċa xogħol mill-containers li nħattu fl-Enemalta plc ta’ tenders li nxtraw taħt is-sistema tad-DDP ingħatat: a) b’tender; b) bi kwotazzjoni bis-sistema tal-EPPS; ċ) bi kwotazzjoni bl-idejn (by hand); u d) b’ordni diretta (direct order) fornitur b’fornitur?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24240.

Ħal Għaxaq — Triq it-Telleritu - Xogħlijiet

Question

B’referenza għax-xogħlijiet li kellhom isiru fi Triq it-Telleritu f’Ħal Għaxaq, tista’ l-Ministru tgħid jekk dawn ix-xogħlijiet tlestewx, kemm damu għaddejjin u kemm ġew jiswew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fit-triq indikata huma parti minn proġett estensiv li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed twettaq biex tipprovdi l-provvista ta’ New Water lil kemm jista’ jkun bdiewa li għandhom ir-raba fin-naħa t’isfel ta’ Malta. L-investiment għal dan il-proġett, li huwa kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, hu stmat li se jammonta €1 miljun.

Ħal Għaxaq — Vjal il-Labour - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema xogħlijiet saru fi Vjal il-Labour f’Ħal Għaxaq matul is-sena 2024, kemm ġew jiswew u kemm damu sejrin?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq indikata, Enemalta poġġiet low voltage feeders ġodda biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żona. Sussegwentement, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bdiet tagħmel xogħlijiet ta’ titjib kemm fuq is-sistema għad-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb kif ukoll fuq is-sistema tad-drenaġġ. Huwa mmirat li dawn ix-xogħlijiet jitlestew fl-ewwel kwart tas-sena. L-investiment totali biex isiru dawn ix-xogħlijiet jammonta għal madwar €471,000.

It-Tramuntana ta’ Malta — Sistema tan-New Water

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema partijiet tas-sistema tan-New Water li ser ikunu qegħdin jiġu pprovduti mis-sistema tat-Tramuntana ta’ Malta, għadhom mhux qed jiġu pprovduti? Tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li s-sistema tkun fully operational fit-Tramuntana ta’ Malta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-provvista tan-New Water diġà tilħaq l-inħawi kollha tar-reġjun fit-Tramuntana ta’ Malta li jinkludi l-Mellieħa, l-akkwata ta’ Popeye Village, il-Miżieb, il-Manikata, San Pawl il-Baħar u l-Imġarr. Is-sistema qed titħaddem permezz ta’ żewġ tipi ta’ dispensers - dawk imsejħa intelliġenti, flimkien ma’ dawk li joperaw b’teknoloġija inqas avvanzata. Huwa ppjanat li sa Settembru li ġej, is-servizz kollu jkun imħaddem permezz tal-intelligent dispensers.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Diċembru 2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlametari 24097.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Sponsorships u donazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tagħha, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Tista’ tgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Segretarjat għall-Indafa Pubblika – Xiri ta’ MacBooks

Question

Tista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tgħid kemm hemm membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tagħha li nxtralhom MacBook minn fondi pubbliċi? Tista’ tgħid ukoll kemm kien jiswa kull MacBook u tgħid jekk il-MITA oġġezzjonatx għall-użu ta’ dawn il-MacBooks għax teknikament ma tagħtix support għalihom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura sakemm qed titwieġeb din l-interpellanza nxtara macbook wieħed għall-użu ta’ staff fis-Segretarjat Parlamentari għall-Indafa Pubblika. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-amministrazjoni pubblika hija dejjem miftuħa għal kull teknoloġija speċjalment f’xogħlijiet speċifiċi li jirrikjedu teknoloġija differenti. Infurmata li l-MITA mhux talli ma toġġezzjonax għax-xiri ta’ dan l-apparat, talli qiegħda f’diskussjoni biex tara li jkun offrut servizz ta’ sapport ċentrali għal dan it-tip ta’ apparat.

Tħawwil ta’ siġar u arbuxelli

Question

Fid-dawl li l-ġimgħa li għaddiet il-Ministru ħabbret li tħawlu 6,000 siġra u arbuxell fis-sena 2024, tista’ l-Ministru tgħid kemm minnhom kienu siġar u kemm minnhom kienu arbuxelli?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nippreċiża li sal-aħħar tal-2024 tħawlu aktar minn 8,000 siġra u 25,000 arbuxell. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ stqarrija (PR 242111), maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar il-31 ta’ Diċembru 2024, li fiha tagħrif aġġornat dwar tħawwil ta’ siġar u arbuxelli ġodda li sar matul is-sena li għaddiet b’investiment ta’ €237,302 bħala parti minn diversi proġetti u inizjattivi kkordinati mill-entitajiet taħt il-gwida tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika.

Project Green — Tħawwil ta’ siġar u arbuxelli - Nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm siġar tħawlu mill-bidu ta’ Project Green sa issa, kif ukoll x’kienet in-nefqa totali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mill-bidu tal-leġiżlatura sal-aħħar ta’ Diċembru 2024, l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika ħawlu 44,363 siġra u 49,147 arbuxell b’investiment totali ta’ €713,834. Dawn apparti siġar u arbuxelli oħrajn li tħawlu minn entitajiet li jaqgħu taħt Ministeri oħrajn. Fil-każ ta’ Project Green, bħala parti mid-diversi proġetti li wettqet fis-sentejn li ilha mwaqqfa, l-aġenzija ħawlet 2,337 siġra u 6,447 arbuxell, b’investiment ta’ madwar €158,000.

Project Green — Manutenzjoni u l-irrigazzjoni tas-siġar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-pjan għall-manutenzjoni u l-irrigazzjoni tas-siġar li tħawlu mill-bidu ta' Project Green sa issa, kif ukoll l-ispejjeż sa issa u spejjeż proġettati għall-futur?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22214.

Project Green — Tħawwil ta’ siġar - Tenders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ tenders li ħarġu minn Project Green għat-tħawwil ta’ siġar mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Tista’ tgħid ukoll liema minnhom kienu direct orders?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta — Street hawkers

Question

Fid-dawl li l-Artiklu 29, (2)(g) tal-Liġi Sussidjarja 441.07 jgħid "huwa projbit l-użu u l-provvediment ta’ utilitajiet pubbliċi lil bejjiegħa fit-triq li jbiegħu minn imkien fiss (street-hawkers)”, tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Enemalta ppermettiet u installat għexieren ta' metres temporanji madwar Malta u Għawdex, kollha lil diversi bejjiegħa ta' dan it-tip?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Segretarjat għall-Indafa Pubblika – Impjegati ġodda

Question

Tista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dekasteru tiegħu wara l-2022? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22282.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandha impjegati magħha preżentement fil-Ministeru bħala: (a) Head of Secretariat; (b) Deputy Head of Secretariat; (c) Private Secretary; (d) Assistant Private Secretary; (e) Head Customer Care Officer; (f) Customer Care Officer; (g) Customer Care Assistant; (h) Communications Secretary; (i) Events Co-ordinator; (j) Co-ordinating Officer; (k) Secretariat Officer; (l) Secretariat Pool; (m) Senior Secretariat Messenger; (n) Secretariat Messenger; (o) Chairwoman; (p) Personal Driver; (q) Security Officer; (r) Advisor; (s) Policy Consultant; (t) Policy Co-Ordinator; (u) Photographer; (v) Person/Position of Trust oħrajn? Tista’ tgħid ukoll x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn l-impjegati, min huma dawn l-impjegati, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f'każ ta' Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x'inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta' kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? Minn dawn l-allowances u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati għal xiex hu intitolat u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli): (i) Disturbance Allowance; (ii) Secretariat Allowance; (iii) Bonus for Overtime Worked; (iv) Communications Allowance; (v) Fully-expensed mobile telephony; (vi) Free telephony; (vii) Pre-Paid top-ups for telephony service; (viii) Internet Service; (ix) Car Allowance; (x) Transport Allowance; (xi) Fuel Vouchers; (xii) Use of car-hired car; (xiii) Use of government-owned car; (xiv) Internet key; (xv) Tablets; (xvi) Laptops; (xvii) Peripherals; (xviii) Expertise allowance; (xix) Disturbance Allowance; (xx) Shift Allowance; (xxi) Xi tip ta' allowance u/jew perkaċċi oħra (speċifika)? Tista’ tqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat tal-Ministeru għandu fis-seħħ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Kif weġibt f'diversi istanzi, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Direct Orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Jannar 2023?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23699.

Ħitan tas-sejjieħ — Skemi ta' għajnuna għall-konservazzjoni u/jew tiswija

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk bħalissa hemmx skemi ta' għajnuna għall-konservazzjoni u/jew tiswija ta' ħitan tas-sejjieħ u jekk le, tista’ tgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu skemi f'dan ir-rigward u meta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Fgura – Proġett tal-Ġnien tal-Foss

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16968, tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett tal-Ġnien tal-Foss, fil-Fgura u meta hu ppjanat li jitlesta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fir-rigward tal-proġett li qiegħda ssir referenza għalih, dak tad-District Park fil-Fgura, Project Green qed tistenna l-approvazzjoni min-naħa tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali (SCH) biex tissottometti l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar. Il-proġett se jkun qed jiġġenera żona fi ħdan il-fortifikazzjonijiet tal-Port il-Kbir fi spazju miftuħ bil-għan li jtejjeb l-estetika tal-post, jintegra l-konservazzjoni ekoloġika, u fl-istess waqt joħloq opportunitajiet rikreattivi.

SPD3/2024/008 — TENDER FOR THE TRENCHING WORKS AND LAYING OF NEW UTILITIES AT TRIQ DUMINKU MINTOFF, VICTORIA, GOZO

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta nbdew ix-xogħlijiet relatati mas-sejħa 'SPD3/2024/008 - TENDER FOR THE TRENCHING WORKS AND LAYING OF NEW UTILITIES AT TRIQ DUMINKU MINTOFF, VICTORIA, GOZO ' li ġiet awarded fil-21 ta' Marzu 2024? Tista’ tgħid ukoll kemm hu stmat li ser jiġi jiswa x-xogħol kollu relatat ma’ din is-sejħa u meta hu stmat (xahar u sena) li jitlesta x-xogħol relatat ma’ din is-sejħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Kif diġà kont infurmajtu permezz tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22888, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.