Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar li għandhom status "Decision suspended to allow further assessment” fil-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ilhom aktar minn tliet xhur b'dan l-istatus, kemm ilhom bejn xahar u xahrejn u kemm ilhom inqas minn xahar mid-data li fiha qed titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-17 ta’ April 2024 kien hemm 139 applikazzjoni bl-istatus "Decision suspended to allow for further assessment.” Minn dawn, 34 każ ġie sospiż fl-aħħar 30 ġurnata qabel l-istess data, 33 każ ġie sospiżi bejn 31 u 60 ġurnata qabel u 60 każ ġie sospiż aktar minn 90 ġurnata qabel is-17 ta’ April 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar xhur daħlux ilmenti dwar rampa tal-konkrit viċin Għar il-Friefet, Birżebbuġa, u jekk jirriżulta fl-affermattiv, jgħid x’azzjoni ttieħdet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita tal-Ippjanar ma rċevietx ilmenti fuq dan l-iżvilupp.
Jista’ l-Ministru jgħid kif hu maħsub li Għar il-Friefet, Birżebbuġa, jiġi protett u inkorporat fil-management plan għal Għar Dalam National Park, u jgħid x’tip ta’ Buffer/Sensitivity Zone se jkollu dan l-għar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar tikkonferma li s-sit diġà huwa protett bl-iskedar. Għar Dalam National Park management plan mhux responsabbilita’ tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2023?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari W89.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet f’Malta u f’Għawdex, jekk hawn, li huma liċenzjati bħala SOP (sex on premises) u li fihom tista’ ssir attività ta’ natura sesswali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li m’hemmx kategoriji kif speċifikat fil-mistoqsija tal-Onor. Interpellanta.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Programmi tar-radju - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tar-radju li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika wkoll liema minn dawn il-programmi kienu intervisti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ntefqux flus fuq programmi tar-radju.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema xahar u sena huwa ppjanat li Ġnien it-Tliet Għoljiet f’Marsalforn, Għawdex, li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, se jiġi rranġat u meta se ssir il-manutenzjoni meħtieġa peress li l-playing field tinsab fi stat ħażin ħafna u hija ta' periklu kbir għal min jiffrekwentaha? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dan il-ġnien preżentement?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ftit tal-jiem ilu ħaddiema tal-Ministeru wettqu xogħol ta’ manutenzjoni fuq ħajt li kien fi stat ħażin f’dan l-istess ġnien. Sadanittant kompla għaddej il-proċess sabiex toħroġ is-sejħa għall-offerti sabiex jinbidel it-tagħmir u jsir skont l-istandards.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10458 u 11479 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tat-toroq ġewwa Għawdex, maqsuma skont il-lokalità, li saru mill-ġdid taħt il-wegħda tal-Gvern li jsir l-asfaltar tat-toroq kollha f’seba’ snin u flimkien mal-isem tat-triq rispettiva, iniżżel id-data ta’ meta tlesta x-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 18175 Għawdex – Toroq li sar l-asfalt fihom - Tabella.pdf
Tender għall-provvediment ta’ oġġetti użati minn anzjani u persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender ‘Framework agreement for the provision of incontinence diapers, pull-ups, pads and inco-sheet for senior citizens and persons with special needs for the Ministry for Gozo’ CfT ID: SPD3/2022/045 li ġiet ippubblikata fis-7 ta’ Lulju 2022 fejn kien ġie mwieġeb li “dwar dan it-tender qiegħda tinstema’ kawża ta’ Appell quddiem il-Qorti”, u b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10571 li ngħatat fis-6 ta’ Lulju 2023 fejn kien ġie mwieġeb li “t-tender għalqet nhar is-17 ta’ Marzu 2023 u ġiet awarded fil-5 ta’ Ġunju 2023. Madankollu, ġiet sottomessa oġġezzjoni oħra u għaldaqstant il-proċess reġa’ ġie sospiż”, jista’ l-Ministru jinforma bl-aħħar żviluppi dwar din is-sejħa u jekk din is-sejħa ġietx awarded?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender għadu fi stadju ta’ appell.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex issir reklamazzjoni tal-art fix-Xgħajra? Jekk iva, x’jinkludu dawn il-proġetti u xi ħsibijiet hemm fuqhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda pjan ta’ żvilupp approvat taħt id-diversi Atti tal-Ippjanar tal-Iżvilupp, ma jinkludi reklamazzjoni tal-art fix-Xgħajra.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 17644 u 17807, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għand l-Awtorità tal-Ippjanar fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari li għadhom ma ġewx deċiżi wara li għadda ż-żmien stipulat mil-Liġi biex ikunu deċiżi? Jista' jgħid ukoll x'azzjonijiet qed tieħu l-Awtorità tal-Ippjanar sabiex l-applikazzjonijiet jiġu deċiżi b’mod aktar spedit?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 2,570 applikazzjoni li sal-lum għadhom ma ġewx deċiżi wara li għadda ż-żmien stipulat mil-liġi biex ikunu deċiżi. Wieħed mill-objettivi tal-Awtorità tal-Ippjanar huwa li jara li kull applikazzjoni li qed tiġi proċessata tkun kompatibbli mal-policies u linji gwidi vigenti tal-ippjanar, biex b’hekk tittieħed deċiżjoni ta’ kwalità b’rakkomandazzjoni li tkun favorevoli. Jekk l-applikazzjonijiet jiġu deċiżi b’mod spedit - l-għan aħħari kemm tal-applikant u kemm tal-Awtorità - ma jkunx qed jintlaħaq.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18323, jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-tliet applikazzjonijiet (u jagħti n-numru tal-applikazzjoni) li ġew a konjizzjoni tal-Kunsill Eżekuttiv li dwarhom ittieħdet id-deċiżjoni li “Third party owned garages / parking bays should not be considered as part of the parking requirements”?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet li ġew akonjizzjoni tal-Kunsill Eżekuttiv - li dwarhom ittieħdet id-deċiżjoni li “Third party owned garages / parking bays should not be considered as part of the parking requirements - nikkoreġi l-informazzjoni preċedenti li huma erba’ u mhux tlieta kif ġie mwieġeb fil-mistoqsija parlamentari 18323. Dawn huma: PA 4953/22, PA 7409/22, PA 3023/22 u PA 2309/22.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn sex shops liċenzjati f’Malta u f’Għawdex u xi tkopri l-liċenzja tagħhom? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalità qegħdin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Rabat, Għawdex — Triq l-Arċisqof Pietru Pace - Tiswija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'għamel s'issa u x’beħsiebu jagħmel fil-futur qarib dwar parti mill-ġenb tat-triq li sfrondat madwar sena u erba xhur ilu fi Triq l-Arċisqof Pietru Pace r-Rabat, Għawdex, fejn saħansitra din il-parti tal-ġenb tat-triq ingħalqet kompletament bil-barriers? Jista’ jgħid jekk fil-preżent hemmx periklu f'din il-parti tal-imsemmija triq? Jista’ jgħid ukoll jekk marx perit tal-Gvern fuq il-post u x'ġie deċiż? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux il-konsultazzjonijiet neċessarji mal-entitajiet konċernati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq din it-triq.
Għawdex – Triq il-Papa Ġwanni Pawl II — Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar is-sejħa CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures, u jgħid fiex wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni u meta hu maħsub li jingħalaq u b'hekk ikun jista’ jibda x-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumitat ta’ evalwazzjoni għadu għaddej bil-proċess li jevalwa l-imsemmija sejħa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17536 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16989, jista’ l-Ministru jikkjarifika għaliex it-tweġiba mogħtija f'din il-mistoqsija parlamentari hija kunfliġġenti mad-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, fejn filwaqt li d-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv kienet li “Third party owned garages / parking bays should not be considered as part of the parking requirements” u din id-deċiżjoni ttieħdet fuq diversi applikazzjonijiet li ġew a konjizzjoni tal-EPC Board tal-Awtorità abbażi tad-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, filwaqt li t-tweġiba tal-istess mistoqsija parlamentari tgħid li "Fil-każ li jkun qed jintilef garaxx jew spazju ta’ karozza li ma jkunx żejjed, l-applikant jintalab iħallas għall-UIF/CPPS biex jikkumpensa għal dak l-ispazju, u dan irrispettivament hux sid appartament jew aktar mill-blokka"?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar ma għandha xi żżid xejn mar-risposti diġà mogħtija f’dan ir-rigward, għajr għall-fatt li din id-deċiżjoni ttieħdet speċifikatament u biss fuq tlett applikazzjonijiet li ġew a konjizzjoni tal-Kunsill Eżekuttiv.
Peress li meta sar il-proġett ta' rinnovar ta' Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex, il-funtana li kien hemm ġewwa din l-istess pjazza nqalgħet minn postha, jista’ l-Ministru jgħid fejn tinsab (post) bħalissa din il-funtana u fejn hemm il-ħsieb li titpoġġa l-istess funtana, issa li għaddew diversi snin minn meta tneħħiet minn Pjazza San Franġisk?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 14244 tat-13 il-Leġiżlatura.
MGP eQ 25/2024 QUOTATION FOR THE PROVISION OF COURIER SERVICE TO AND FROM THE MINISTRY FOR GOZO AND PLANNING
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex inħasset il-ħtieġa li tinħareġ il-kwotazzjoni: MGP eQ 25/2024 QUOTATION FOR THE PROVISION OF COURIER SERVICE TO AND FROM THE MINISTRY FOR GOZO AND PLANNING u kif ukoll jgħid min f'dawn l-aħħar xhur u snin u fil-preżent kien qed jagħmel dan ix-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kif intgħażel, kemm kien jitħallas u kemm qed jitħallas?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwotazzjoni MGP eQ 25/2024 QUOTATION FOR THE PROVISION OF COURIER SERVICE TO AND FROM THE MINISTRY FOR GOZO AND PLANNING inħarġet peress li l-uffiċċjal li hu mpjegat mas-servizz pubbliku, li f’dawn l-aħħar xhur u snin u fil-preżent qed jagħmel dan ix-xogħol, ser jirtira.
Jista' l-Ministu jgħid x'bajjiet ġewwa Għawdex hemm ippjanati li jsirilhom is-sand renourishment qabel jibda s-sajf 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda bajja f’Għawdex ma hu ħa jsirilha sand renourishment. Mhux eskluż li jista’ jsir dan it-tip ta’ asand renourishment fil-futur.
B'referenza għall-applikazzjoni PA/06374/23 fejn il-Case Officer irrakkomanda illi l-applikazzjoni tiġi rrifjutata għaliex "The proposed development is incompatible with the urban design and environmental characteristics of the Urban Conservation Area. It would not maintain the visual integrity of the area and so does not comply with Urban Objectives 2 and 4 of the Strategic Plan for Environment and Development.", jista' l-Ministru jgħid x'sar sabiex jiġi indirizzat dan il-fatt u allura seta’ joħroġ il-permess?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni tal-Ippjanar nnotat li l-istess disinn tal-faċċata kien ġie approvat fil-permess RG 1104/18, li huwa permess maħrug fuq l-istess sit. Wara dan l-RG inħareg permess ieħor li jġib ir-referenza PA9289/19, liema permess ġie approvat biex jinbidel id-disinn tal-faċċata minn dik kif approvata fl-RG1104/18. Madankollu l-applikant fl-applikazzjoni PA6374/23, għażel li jżomm il-faċċata kif approvata preċedentament fil-permess RG1104/18 flok kif ġiet approvata fil-PA9289/19.