Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11743 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — financial instruments

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi financial instruments mill-European Investment Bank fejn pajjiżna informa li mhux ser ikun qed jipparteċipa għall-perjodu 2007/2013? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li Malta ma eskludiet il-parteċipazzjoni fl-ebda strument finanzjarju tal-Bank Ewropew għall-Investiment għall-perjodu finanzjarju 2007-2013. Deċiżjoni bħal din tittieħed fuq bażi ta’ bżonn, iżda nassikura lill-Onorevoli Interpellant li anke kieku wieħed kellu jeskludi totalment tali parteċipazzjoni, dan ma jfissirx li jkunu ntilfu xi flus.
Leg 11 PQ #11856 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kirjiet ta' għamara u pitturi u pjanti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11659 u jgħid jekk sarux xi kirjiet ta' għamara u/jew pitturi u/jew pjanti mill-uffiċċju tiegħu u dekasteri oħra li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jinfurmani fid-dettall xi flejjes qed jitħallsu għal dawn il-kirjiet separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11909 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema abbażi ta’ kuntratt

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11668 u jgħid kemm huwa numru ta' ħaddiema u/jew uffiċjali li fil-preżent jaħdmu abbażi ta’ kuntratt fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11945 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — spezzjoni ta' post

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan li qed jitlob lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tagħmel inspection tal-post, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li dan l-anzjan iħoss li huwa ta' periklu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11956 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — compliance certificates - self regulatory

Question

Billi s-sistema tal-compliance certificates hija self regulatory b’responsabilità fuq il-perit, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’sistema ta’ awditjar teżisti mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex jiġi assigurat li ma jinħarġux dawn iċ-ċertifikati fuq bini li mhuwiex skond il-permess? Kemm mill-24,851 talba msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11610 saret spezzjoni fuqhom mill-enforcement officer qabel ma nħareġ iċ-ċertifikat? Sa l-aħħar ta’ Ottubru 2009, kemm kien hemm talbiet għal compliance certifactes pendenti quddiem l-awtorità? Kemm minn dawn it-talbiet ilhom pendenti aktar minn xaharejn? Kemm minnhom ilhom pendenti aktar minn erba’ xhur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11957 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hexagon House — irwejjaħ

Question

B'referenza għall-Hexagon House li bħalissa tinsab okkupata mill-ħaddiema tal-EPD tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li: a) il- measuring intruments li hemm biex jagħmlu monitoraġġ tal- hydrogen sulphide mhumiex kapaċi jagħmlu detection anke tal-aktar livelli baxxi? b) ix-xogħlijiet konnessi maċ-ċirkolazzjoni tal-arja u l-filtration iwasslu biex l-arja tidħol ġol-bini minflok viċi versa bil-konsegwenza li r-riħa tidħol aktar 'il ġewwa fil-bini nnifsu? ċ) dan kollu diġà ġie sostanzjat minn engineer ikkummissjonat mill-awtorità nnifisha? d) kien hemm ċirkostanzi fejn membri tal-istaff intbagħtu d-dar minħabba r-riħa li kien hemm u ġieli qalulhom li jekk qed iħossuhom skomdi setgħu jmorru d-dar u jagħmlu x-xogħol minn hemm? e) waħda mill-kawżi ewlenin għall-irwejjaħ fl-akwati hija bad practice min-naħa ta' kumpanija li tuża waste oils b'mod li bih qed tagħmel connectivity illegali mas-sewers u anke tagħmel discharging illegali permezz ta' sewers kif ukoll tal-culverts fil-qrib? f) din il-kumpanija ġiet identifikata, iżda ma tteħditx azzjoni kontriha minħabba pressjoni politika li setgħet saret biex jieqaf kollox? g) mixja normali max-xatt tindika li hemm dawk li jissejħu noxious smells kważi litteralment f'kull sprall li wieħed jimxi qribu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11965 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali Ħal-Għargħur — Dipartiment tal-Artijiet - xogħlijiet estensivi

Question

Nirreferi għal sit fil-Qasam tad-Djar tax-Xwieki f'Ħal-Għargħur li għal dawn l-aħħar 15-il sena kien qed jiġi amministrat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal-Għargħur wara li dan kien għamel xogħol estensiv ta' tindif u investiment sabiex is-sit jiġi mdawwar b' fence ħalli jkun jista' jintuża bħala area rikreattiva. Jidher li dan is-sit gie mgħoddi mid-Dipartiment ta' l-Artijiet lill-Kunsill Malti għall-Isport u issa nbeda l-proċess sabiex dan is-sit jgħaddi għand għaqda sportiva. Jista' l-Prim Ministru jispjega kif saru dawn it-trasferimenti mingħajr ma ġie kkonsultat l-Kunsill Lokali ta' Ħal-Għargħur kif titlob il-Liġi dwar il-Kunsilli Lokali, speċjalment meta d-Dipartiment ta' l-Artijiet kien konxju tax-xewqa li dan is-sit jiġi devolut lill-Kunsill Lokali tant li fil-passat kien ukoll appoġġja applikazzjoni li l-Kunsill Lokali kien għamel sabiex jigi żviluppat Ġnien Ġubbliku fl-istess sit? Jista' jispjega għaliex il-Kunsill Malti għall-Isport kompla għaddej bil-proċess tal-għoti tas-sit lill-għaqda sportiva meta kien infurmat mill-Kunsill Lokali bl-oġġezzjoni tiegħu għal dan it-trasferiment? Jista' jgħid jekk il-Kunsill Lokali hux ser jingħata xi kumpens ta' l-investiment li sar matul is-snin u li tali investiment kien sar bil-barka tad-dipartment tal-Gvern responsabbli minn dan is-sit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10586 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direttorju tal-Libreriji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġie jiswa d-Direttorju tal-Libreriji maħruġ mid-Dipartiment tal-Informazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari hawn fuq imsemmija. Ix-xogħol kollu fuq din il-pubblikazzjoni saret mill-impjegati tad-Dipartiment tal-Informazzjoni u tal-Istamperija tal-Gvern. L-ispejjeż involuti sabiex saru elf kopja bl-Ingliż u elf kopja bil-Malti kienu ta’ €1156, illi €557.50 minnhom infdew mill-ħlas taż-żewġ reklami li deheru fihom. B’hekk l-ispiża aħħarija għad-Dipartiment tal-Informazzjoni kienet ta’ €598.50. Iċ-ċifri kollha kkwotati jinkludu l-VAT.
Leg 11 PQ #10587 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Seminars għall-kunsilliera

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta twaqqaf is-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni b'responsabilitajiet għall-kunsilli lokali kemm ġew organizzati courses/seminars għall-kunsilliera? Meta saru? X'kien l-għan ta' kull kors? Min kienu l-lecturers ta' kull talk u kemm tħallas kull lecturer għal kull talk? Kemm ġie jiswa kull course/seminar? Kemm attendew għal kull course/seminar? Minn liema partit politiku kienu l-kunsilliera li attendew, jiġifieri n-numru ta' kunsilliera ta' kull partit politiku li attendew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kama tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #10590 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

National Contact Point Life+

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu eżatt il-funzjoni tan-National Contact Point Life+ fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Meta twaqqaf dan il-unit? Minn min hu kompost?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond il-liġi gwida ta’ l-applikazzjoni għall-LIFE+, in-National Contact Point qiegħed hemm sabiex jirċievi l-aplikazzjonijiet sottomessi taħt dan il-programm ta’ fondi u jibgħathom lill-Kummisjoni Ewropea, waqt li jassigura li huma kompluti u li qedgħin fil-format korrett. Apparti minn hekk, in- National Focal Point ta’ Malta, organizza sessjonijiet ta’ informazzjoni sabiex jiżdied l-għarfien dwar il-fond innifsu kif ukoll jinħolqu aktar possibilitajiet illi l-fondi allokati għall-Malta jiġu assorbiti. Din it-taqsima ġiet stabbilita fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-2009, madanakollu din il-kariga kienet qed tiġi eżegwita mill-Ministeru li qabel kien responsabbli għall-ambjent. Id-diviżjoni hija komposta minn uffiċċjal tal-Gvern fi ħdan l-Uffiċċju għat-Turiżmu u l-Iżvillup Sostenibbli.
Leg 11 PQ #11141 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — materjal stampat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta riċiklabbli jew riċiklata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11428 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratt ma' Media Consulta

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni vera għaliex intilfu fondi tal-Unjoni Ewropea marbutin mal-kuntratt miljunarju ma' Media Consulta fil-qasam turistiku? Jista' dan kollu b'xi mod ikun marbut mal-fatt li dawn il-fondi setgħu intilfu minħabba li l-prestazzjoni tal-kumpanija internazzjonali ma kenitx hekk kif stipulata fil-kuntratt? Jista' jikkonferma jekk sarx due diligence xieraq u adegwat min-naħa tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni strateġika li tintgħażel Media Consulta meta kien hemm dubju dwar l-operat tagħha internazzjonali sa minn qabel ma ttieħed il-kuntratt? Hemm xi kumpaniji u/jew individwi Maltin li ġew identifikati bħala rappreżentanti ta' Media Consulta? Jista' l-Gvern iserraħ ras iċ-ċittadini Maltin li ma kien hemm l-ebda għamla ta' undue pressures biex tintgħażel din il-kumpanija kif oriġinarjament sar? Kemm effettivament tħallset Media Consulta indipendement mill-fondi li ma waslux mill-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11613.
Leg 11 PQ #11711 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fgura — Triq Kampanella - xogħlijiet ta' drenaġġ - generator

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11496 u 10200 u jgħid għaliex fi Triq Kampanella, l-Fgura bħala parti mix-xogħlijiet tad-drenaġġ li qed isiru fl-inħawi ta' Smart City qed jitħalla generator jaħdem lejl u nhar bi tniġġiż kontinwu u rwejjaħ ta' diesel b'dannu ghar-residenti ta' din it-triq? Jista' jgħid jekk dan il-generator għandux jitħalla jniġġes bil-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u jekk l-uffiċjali tal-awtorità marrux jinvestigaw l-ilmenti tal-familji li hemm fl-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11712 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11494 u 10739 u jgħid jekk f’dawn l-aħħar tliet snin sarux xi talbiet jew rappreżentazzjonijiet mill-Gvern Malti lill-Unjoni Ewropea fejn jidħol it-trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienu dawn u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li kien hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11723 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xogħlijiet fuq upgrading ta' Hay Wharf

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11478 u jirrispondi l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 11241, jiġifieri jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal blokk ta' tliet sulari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba ingħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 11478 u 11241.
Leg 11 PQ #11846 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Għarb - Mushroom farm

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar l-applikazzjoni għal mushroom farm fl-Għarb Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11920 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mediterran — studji dwar traċċi ta' tossiċi

Question

Minħabba rapporti li kien hemm fl-istampa internazzjonali bl-isem ta’ Mediterranean is becoming a dumpsite, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk qattx ġew ikkummissjonati studji lokali jew barranin biex jaraw jekk hemmx xi traċċi tossiċi fl-ibħra ta' madwar gżiritna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11967 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont li Għawdex ħa kull sena mill-1999 'l hawn mill-għajnuna finanzjarja li Malta rċeviet minn pajjiżi, istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet barranin, inkluż l-Unjoni Ewropea u l-EEA/Norway, eċċ.? Jista’ jgħid minn liema pajjiż/istituzzjoni/organizzazzjoni eċċ. ġew il-fondi? X’kien is-sors tagħhom? Għal liema skop/proġett intużaw dawn il-fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11968 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Interim From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

European Union Cohesion Fund u European Union Structural Funds — Pagamenti fuq proġetti u skemi

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment għall-mistoqsija parlamentari 5177 dwar l-EU Cohesion and Structural Funds, jista’ l-Prim Ministru jgħid għar-rigward il-Gozo Related Projects: a) Għalxiex saru l-pagamenti lill-benefiċjarji barranin u lill-Korporazzjoni Enemalta? b) Kemm tħallsu fondi għal konsulenzi u lil min? ċ) Kemm tħallsu fondi għal xiri ta’ għamara, apparat, makkinarju u materjal u lil min? d) Kemm tħallsu fondi għal kiri ta’ makkinarju u lil min? e) Kemm tħallsu fondi għal trasport u lil min? f) Għal liema proġetti saru l-pagamenti lill-KRAM Joint Venture , lill-MAC Joint Venture u lil C&F and CPI Joint Venture ? Għal liema servizzi jew provvisti saru l-pagamenti u kemm kienu l-ammonti f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10580 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Ktieb pass 'il bogħod minnek — tqassim ta' vouchers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-okkażjoni tal-attività li saret fi Ġnien Santa Margerita, Bormla fl-4 ta' Awwissu, 2009 "Il-Ktieb pass 'il bogħod minnek" kemm tqassmu vouchers li jistgħu jissarrfu f'kotba dwar Malta jew bil-Malti? Lil liema kunsilli lokali tqassmu? X'sistema ntużat fl-għażla tal-kunsilli lokali u kemm kien l-ammont f'fondi lil kull kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt l-attività “Il-Ktieb pass ’il bogħod minnek” li saret f’Bormla fl-4 ta’ Awwissu, 2009, tqassmu 53 voucher biex jintużaw għal xiri ta’ kotba. Il-Kunsilli li bbenifikaw minn dawn il-vouchers huma dawk il-Kunsilli li qed imexxu librerija lokali jew reġjonali. Dawn il-Kunsilli huma: Birgu, Isla,Bormla,Qormi(żewġ libreriji), Żebbuġ (Malta), Żabbar, Siġġiewi, Żejtun, Attard, Birkirkara, Dingli, Fgura, Gudja, Gżira, Għajnsielem, Għarb, Għargħur, Għasri, Għaxaq, Ħamrun, Kalkara, Kerċem, Kirkop, Lija, Luqa, Marsaskala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Mqabba, Msida, Nadur, Naxxar, Paola, Pembroke, Qala, Qrendi, Rabat (M), Safi, San Ġwann, San Lawrenz, Sannat, Santa Venera, Sliema, Ta’ Xbiex, Tarxien, Xagħra, Xewkija, Xgħajra, Żebbuġ (Għawdex) u Żurrieq. Kull Kunsill ħa voucher ta’ € 100. Il-Kunsill ta’ Ħal-Qormi ħa żewġ vouchers billi għandu żewġ libreriji – waħda lokali u waħda reġjonali. Barra minn hekk, dawn il-Kunsilli ingħataw fondi biex jintużaw għal xiri ta’ kotba. Ta’ min isemmi li fl-allokazzjoni finanzjara, il-Gvern jalloka € 466 għall-kull librerija lokali u € 582 għal dik reġjonali. Il-fondi li ngħataw fl-4 ta’ Awwissu 2009 kien ammont fl-ekwivalenti ta’ dak allokat fil-bidu tas-sena u dan peress li l-Gvern iddeċieda li jirdoppja l-ammont. Il-flus imqassma kienu kif gej: Isla,Bormla, Żebbuġ (Malta), Żabbar, Siġġiewi, Żejtun, Attard, Dingli, Fgura, Gudja, Gżira, Għajnsielem, Għarb, Għargħur, Għasri, Għaxaq, Ħamrun, Kalkara, Kerċem, Lija, Marsaskala, Mellieħa, Mġarr, Mqabba, Nadur, Naxxar, Pembroke, Qala, Qrendi, Safi, San Ġwann, San Lawrenz, Sannat, Santa Venera, Sliema, Tarxien, Xagħra, Xewkija, Żebbuġ (Għawdex) u Żurrieq – ingħataw € 466 kull wieħed (Dawn il-Kunsilli diġa kienu ngħataw € 466 kull wieħed permezz ta’ l-allokazzjoni finanzjarja 2009-10) Birgu, Birkirkara, Luqa u Rabat (Malta) – ingħataw € 582 kull wieħed billi għandhom librerija reġjonali (Dawn il-Kunsilli kienu diġa ngħataw € 582 kull wieħed permezz ta’ l-allokazzjoni finanzjarja 2009-10) Ħal Qormi – ingħata € 1,048 billi għandu kemm librerija lokali kif ukoll reġjonali (Dan il-Kunsill kien diġa ngħata € 1048 permezz ta’ l-allokazzjoni finanzjarja 2009-10) Kirkop, Marsaxlokk, Msida, Ta’ Xbiex u Xgħajra ħadu € 932 kull wieħed (Dawn kienu għadhom qatt ma ħadu fondi permezz ta’ l-allokazzjoni finanzjarja) Paola – ħa € 1164 peress li għandu Librerija reġjonali u kien għadu qatt ma ħa fondi permezz ta’ l-allokazzjoni finanzjarja.