Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11358 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu — lukandi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-lukandi li infurmaw lill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta li ser jagħlqu għax-xhur tax-xitwa fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm lukandi oħra li fil-fatt għalqu f'dawn l-istess inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Stqarrija Numru 1751 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni datata 12 ta’ Ottubru 2009, li fiha l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #11366 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

esperti barranin — studju fuq passa tal-gamiem u summien

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-esperti barranin li qed imexxu l-istudju xjentifiku dwar il-passa tal-gamiem u s-summien f'pajjiżna? Jista' jgħid ukoll kemm dawn tħallsu s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-espert barrani li qed imexxi l-istudju dwar il-passa tas-summien u gamiem f’pajjiżna hu l-Professur Christos Thomaidis (BSc – University of Texas) (MA Wildlife Management – New Mexico State University) (MA Biological Science – Univeristy of Texas) (Phd Wildlife Management – Aristotle University of Thessaloniki). L-istudju beda fir-Rebbiegħa tal-2007 u dan jintemm fil-Ħarifa tal-2009. Is-somma miftehma bħala ħlas għal dan ix-xogħol hi ta’ 25,500 Ewro li tinkludi l-ispejjeż taż-żjarat li hu marbut li jagħmel l-espert fi gżiritna matul il-perjodu ta’ l-istudju.
Leg 11 PQ #11559 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Ġiljan — il-Balluta - pjazza u wied

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi tip ta żvilupp fil-pjazza tal-Balluta, San Ġiljan, li ilha hemm u li ġiet upgraded xi snin ilu? Jista' jgħid jekk hemmx xi applikazzjonijiet, kemm fil-pjazza kif ukoll fil-wied biswitu? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi fondi tal-Unjoni Ewropea? Kien hemm xi konvolġiment tal-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern m’għandu l-ebda pjan għal parkeġġ taħt il-pjazza tal-Balluta. Biss, ninsab infurmat li hemm applikazzjoni mill-Kunsill Lokali (Nru 2358/09) sabiex isir terminus żgħir għal electric bus biex jaqdi l-bżonnijiet tar-residenti.
Leg 11 PQ #11587 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — informazzjoni dwar impjegati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati f’Għawdex fis-Servizz Pubbliku u fis-Settur Pubbliku rispettivament fl-aħħar ta’ Marzu tal-2008 u fl-aħħar ta’Settembru ta’ din is-sena? Jista’jagħti t-tagħrif mitlub, dipartiment dipartiment u entità entità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar ta’ Marzu, 2008 u fl-aħħar ta’ Settembru, 2009, in-numru ta’ impjegati f’Għawdex fis-Servizz Pubbliku u fis-Settur Pubbliku kien kif jidher hawn taħt: 31 ta’ Marzu, 2008 30 ta’ Settembru, 2009 Servizz Pubbliku 3059 2995 Settur Pubbliku 583 564 Total 3642 3559 Dettalji tad-Dipartimenti u l-entitajiet li kienu qed iservu fihom dawn l-impjegati jinsabu fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11600 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turizmu ta' Malta — titjiriet lejn u mil-Lussemburgu

Question

No question text.

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-għan ewlieni ta’ l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu hu li jattira l-barranin lejn Malta. Is-suq tal-Lussemburgu hu diġà moqdi adekwatament minn titjiriet charter.
Leg 11 PQ #11827 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fgura — trab iswed - rapport

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ġara mir-rapport li kien ġie kkummisjonat mill-Ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor. Francis Zammit Dimech, dwar it-trab iswed fl-inħawi tal-Fgura u l-madwar, madwar għaxar snin ilu? Jista' jgħid ukoll x'azzjoni ttieħdet fuq dan l-istess rapport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12048.
Leg 11 PQ #11979 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — Skemi ta' għajnuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10822 u jgħid x’kienu l-iskemi t’għajnuna tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, għal Malta u għal Għawdex separatament, kull sena mill-2004 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benefiċjarji (lukandi, vilel, eċċ) ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu fondi Ewropej?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li minn l-2004 sal-lum l-MTA ħarġet erba’ skemi li tnejn minnhom huma ffinanzjati minn fondi strutturali tal-UE, u tnejn l-oħra huma ffinanzjati minn fondi nazzjonali. Fondi Stutturali 2004 – 2006 Din l-iskema ġiet implementata mis-sena 2004 sa s-sena 2008. Il-proġett kellu buġet ta’ 2.5 miljun ewro. 60% kienu fondi pubbliċi li minnhom 75% ġew iffinanzjati mill-UE. L-iskema kella 54 benefiċċjari. Fondi Strutturali 2007-2013 Fis-sena 2009 l-Uffiċċju għat-Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu nieda l-ewwel sejħa għall-proġetti taħt l-iskema Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects by Enterprises . 30 proġett ġew allokati fondi pubbliċi li jammontaw għal total ta’ € 2,007,896 li minnhom 85% huma finanzjati mill-UE. Dawn il-fondi għandhom jintefqu sas-sena 2011. It-totalita’ tal-fondi taħt din l-iskema jammontaw għal 10 miljun ewro. Fondi Nazzjonali It-tielet skema li jisimha National Subsidy Scheme tissussidja 1.5% ta’ l-imgħax fuq self għall-proġetti ta’ ristrutturar, u 1% ta’ l-imgħaxx fuq self għall-proġetti ta’ estenzjoni. L-iskema hija miftuħa għall-akkomodazjoni ta’ kull kategorija u ristoranti. In-nefqa tal-Gvern taħt din l-iskema hija ta’ 3,000,000 ewro fuq perjodu ta’ 10 snin. Kien hemm żewġ applikazzjonijiet għal din l-iskema, li wieħed minnhom huwa diġà kkonfermat. Il-benefiċċjarju kkonfermat huwa stabbiliment ta’ akkomodazzjoni li fl-għaxar snin li ġejjin ser ikun ibbenefika mis-somma ta’ € 75,000. Ma kien hemm ħadd minn Għawdex li applika taħt din l-iskema. Ir-raba’ skema hija ntiża żżid ir-reklamar għall-pajjizna. L-Awtorità tipprovdi amount ta’ flus ekwivalenti għal dak li jkun bi ħsiebu jonfoq l-operatur privat f’reklamar ġdid ossia inkrimentali. S’issa kien hemm operatur wieħed minn Għawdex li ħa vantaġġ minn din l-iskema u disa’ operaturi minn Malta. Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #11980 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Data dwar it-tniggis tal-arja f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11546 li orġinarjament saret lill-Ministru tal-Infrastruttra,Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid f’liema lokalitajiet u toroq f’Għawdex inġabret data dwar it-tniġġis tal-arja mill-benzina, mid-diossidu tan-nitroġenu u minn materja partikulata? X’kienu l-livelli ta’ dawn l-inkwinanti fil-lokalitajiet u t-toroq li sar moniteraġġ tagħhom mill-2004 sal-2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-data dwar it-tniġġis ta’ l-arja tinġabar minn 44 lokalità bejn Malta u Għawdex. Kull lokalità, bejn wieħed u ieħor għandha tnejn jew tlett punti fejn jittieħed kampjun. Il-kampjuni jittieħdu kull xahar permezz ta’ diffusion tubes li wara li jiġi analizzat, jindika l-livell ta’ tniġġis f’dik il-lokalità partikolari. Permezz ta dawn it-tubi, li jammontaw għal madwar 133 tubu, livelli ta benzin u diossidu tan-nitroġenu (fost l-oħrajn) jingħataw fuq żmien ta’ xagħar. It-tubi f’Għawdex jinstabu installati fit-toroq imsemmija f’tabella A li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Is-sezzjonijiet li ġejjin jitrattaw il-livelli ta’ tniġġiz fil-lokalitajiet rispettivi bejn l-2004 u l-2008 għas-sustanzi ta’ tniġġiż imsemmija f’din il-Mistoqsija Parlamentari. Fil-każ ta’ l-2004, id-data inġabret minn Marzu sa Diċembru 2004. Fil-każ ta’ ARB 3, dan is-sit ta’ monitoraġġ huwa l-istess sit fejn issir monitoraġġ attiv li beda fl-aħħar ta’ l-2007. B’hekk id- data qed tiġi pprovduta għas-sena 2008 biss. Benzin Il-Benzin fl-arja huwa riżultat ta’ ħruq tal-petrol mill-karozzi. Il-limitu stipulat mill-Unjoni Ewropeja fuq medja ta’ sena huwa ta 5µg/m3 . F’Għawdex l-ebda sit ma qabeż dan il-limitu bejn l- 2004 u l-2008. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella B li tagħti aktar dettalji. Diossidu tan-nitrogenu (NO2) Id-diossidu tan-nitroġenu jiġi ġġenerat mit-traffiku fit-toroq, power stations u impjanti industrijali oħra. Il-livell massimu fuq medja ta’ sena stipulat minn l-Unjoni Ewropeja huwa ta’ 40µg/m3 . F’Għawdex l-ebda sit ma qabeż dan il-limitu bejn l-2004 u l-2008. Trab fin (PM10) F’Għawdex it-trab fin huwa mkejjel b’mod attiv, fost sustanzi ta’ tniġġiż oħrajn f’San Dimitri l-Għarb. Dan l-istazzjon ta’ monitoraġġ huwa wieħed mill-ħames stazzjonijiet li l-MEPA timmaniġja u d- data ħierġa minn dan l-istazzjon hija available fuq is- website tal-MEPA (www.mepa.org.mt) u wkoll irrapurtata lill-Unjoni Ewropeja. L-apparat użat għall-monitoraġġ tal-PM10 huwa hekk kif mitlub mid-Direttivi ta’ l-Unjoni Ewropeja. Dan is-sit huwa maqtugħ mis-sorsi prinċipali ta’ tniġġiż biex b’hekk ikun jista’ jistudja l-effetti ta’ tniġġiż naturali u dawk impurtati minn pajjiżi oħra. In-numru ta’ exceedances tal-livelli ta’ PM10 (hekk kif stipulat fid-Direttiva 1999/30/EC) ma qabiżx l-ammont rikjest mid-Direttiva. Barra minn hekk, minn studji illi saru, wieħed jista’ jikkonkludi li ħafna mill- exceedances huma riżultat ta’ sorsi naturali bħal trab tas-Sahara u tniġġiż impurtat u dak ġenerat minn attivitajiet oħra bħal tniġġiż mill-vapuri.

Servizz Pubbliku — posts/positions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bejn is-sena 2004 u 2007, ġewx aboliti xi posts/positions fis-Servizz Pubbliku? Jekk iva, liema kienu dawn il-posts/positions? F'liema Ministeru u f'liema sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li, bejn l-2004 u l-2007, il-posts elenkati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ġew definittivament aboliti skont id-dettalji mogħtija. Rigward il- positions , dawn jinħolqu għall-perjodu definit, skont il-provvedimenti tal-AL 51/2007 intitolat “Kuntratti ta’ Servizz għal terminu ta’ żmien fiss” kif emendat bl-AL 239/2008 sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku minn żmien għal żmien.
Leg 11 PQ #12033 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ — allegazzjonijiet fuq is-Sindku

Question

B’referenza għal dak li deher f’sezzjoni tal-media fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet rigward il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn qed jigi allegat li s-Sindku ta’ l-istess kunsill lokali abbuża mill-poter tiegħu, jista' l-Prim Ministru jgħid: 1. Jekk id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali hux infurmat b’dawn l-allegazzjonijiet? 2. Jekk fl-affermattiv, x’tip ta’ informazzjoni daħlet lid-Dipartiment? 3. X’qed jagħmel id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali rigward dawn l-allegazzjonijiet? 4. X’inhi l-pożizzjoni tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali fuq din il-kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapport dwar l-allegati abbużi mill-ħaddiema tal- Industrial Projects Services Ltd (IPSL) assenjati mal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ sar direttament lill-IPSL u mhux lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Malli dawn l-allegazzjonijiet ġew verifikati bħala fondati, ittieħdu passi immedjati biex it-tliet ħaddiema li kienu assenjati mal-istess Kunsill jitneħħew minn miegħu u jintbgħatu ma’ Kunsilli oħrajn. Id-Dipartiment qed jiġbor l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha relatati mal-każ. L-allegat abbuż qed jiġi investigat mill-Pulizija. Malli jiġu konklużi l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, id-Dipartiment ikun f’pożizzjoni jiddeċiedi jekk ikunx hemm lok ta’ xi azzjoni ulterjuri.
Leg 11 PQ #12047 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' Renzo Piano — pubblikar tal-kuntratt

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11897, 11611 u 11348 u ċioe: Mingħajr ma nidħol fil-merti tal-proġett ta’ Renzo Piano, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk il-ġurnalisti u membri tal-NGOs jew NGO partikulari, li xi ftit xhur ilu ġew mistiedna biex imorru Pariġi sabiex jiltaqgħu ma’ Renzo Piano? Għalkemm il-Gvern qed jirrifjuta li jippubblika l-kuntratt konċernat ma’ Renzo Piano minħabba dawk li qed jissejħu raġunijiet ta’ natura kummerċjali, ma jħossx li f’ġieħ it-trasparenza dan għandu jiġi ppubblikat minnufih, aktar u aktar billi kull kuntratt kummerċjali suppost li huwa suġġett għar-regolamenti tal- public procurement? Fil-fehma tiegħi dan kollu għandu jsir pubbliku minnufih mingħajr ma fl-ebda mod jippreġudika l-proġett jew jidħol fil-merti tiegħu.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ġurnalisti u membri tal-NGO’s li ftit xhur ilu ġew mistiedna biex imorru Pariġi sabiex jiltaqgħu ma’ Renzo Piano, kienu: The Times Mark Micallef WE Lou Bondi Charles Ahar Din l-Art Ħelwa Martin Galea Dwar il-parti tal-mistoqsija li qed tirreferi għall-kuntratt ma’ Renzo Piano nixtieq nisħaq li sabiex ingħata dan il-kuntratt fil-fatt ġie segwit il-metodu tan-negotiated procedure kif stabbilit fil-Public Contracts Regulations. Nixtieq ukoll infakkar lill-Onorevoli Interpellant li dawn in-negotiated procedures stabbiliti fir-regolamenti bl-ebda mod ma jesiġu li jkun magħmul pubbliku l-kuntratt finali kif negozjat u dan għaliex jista’ jkun hemm fih informazzjoni ta’ natura kummerċjali u kunfidenzjali li jekk tkun ippublikata tippreġudika l-pożizzjoni tal-partijiet.
Leg 11 PQ #12048 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapport dwar trab iswed

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11797 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li kien ikkummissjona l-Ministru tal-Ambjent ta' dak iż-żmien, l-Onor. Francis Zammit Dimech, dwar it-trab iswed mingħand grupp ta’ konsulenti Inglizi fis-sena 1999? Jista’ jgħid ukoll x’kien il-pjan ta’ azzjoni li wiegħed il-Ministru ta’ dakinhar u kemm gie implimentat minnu? Meta tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? X'wassal lill-awtoritajiet biex naqsu milli jindirizzaw din il-problema minkejja li għadda dan iż-żmien kollu, aktar u aktar billi l-problema baqgħet tkarkar u tintensifika tul is-snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport ta' l-AEA Technology diga tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra mill-Ministru Zammit Dimech fis-sena 2000. Dan ir-rapport ġie wkoll ippublikat fuq is-sit elettroniku tal-MEPA. Fuq l-istess sit elettroniku tista' ssib rapport ieħor li sar mill-MEPA fis-sena 2008. Il-links għal dawn ir-rapporti huma li ġejjin: Stacey report: http://www.mepa.org.mt/file.aspx?f=3983 MEPA 2008 report: http://www.mepa.org.mt/file.aspx?f=3139 Il-MEPA ntgħarrfet bil-problema fis-sajf tal-2007. F'dak iż-żmien nġabru xi kampjuni mingħand ir-residenti u dawn kienu ġew ikkaraterizzati permezz tal-iscanning electron microscope tal-laboratorju tal-MCR. Din l-analiżi kienet uriet li dan it-trab l-iswed kien kompost minn partiċelli tat-tip cenospheres. L-oriġini ta' dan it-tip ta' partiċella huwa il-ħruq tal-fossil fuels kif ukoll ta' ċertu tip ta' plastik. Ittieħdu ukoll kampjuni tal-bottom ash ta' wieħed mill-boilers tal-power station tal-Marsa, tan-nigrufun ta' karozza b'magna diesel u tal-grit li jintuża’ mill-Malta Shipyards għall-grit blasting. Meta dawn il-kampjuni tqabblu mat-trab l-iswed li nġabar mir-residenzi fil-Fgura u l-madwar, irriżulta li l-għamla (shape) tal-partiċelli mill-grit blasting u mill-magna diesel kienu differenti minn dik tal-partiċelli li nġabru mir-residenzi. Min-naħa l-oħra, il-bottom ash li nġabar mill-power station tal-Marsa kellu għamla (shape) simli. Pero prima facie, ir-range ta' daqsijiet tal-partiċelli huwa ta' bejn 26 u 100 micrometru bil-medja tkun ta' 66 micrometru. Filwaqt li l-partiċelli li nġabru mir-residenzi kienu daqsxejn ikbar, bejn 140 - 186 micrometru. Dan huwa stramb meta wieħed jikkunsidra li l-bottom ash huwa l-ash li jaqa' l-isfel u mhux dak l-ash li effettivament jintefa' fl-atmosfera. Tqabblet ukoll il-komposizzjoni kimika tal-partiċelli mill-bottom ash ma' dawk li nġabru mill-residenzi. Dawn it-testijiet urew li kemm il-partiċelli mill-bottom ash kif ukoll dawk li nġabru mir-residenzi kellhom ammont sustanzjali ta' kubrit (sulphur) għalkemm is-sinjal tal-partiċelli mill-power station kien darbtejn aktar qawwi minn dak tal-partiċelli mir-residenzi, li jista' jiġi interpretat bħala li jfisser li l-partiċelli mill-power station kellhom komposizzjoni għolja ta' kubrit. Ta' min jinnota ukoll li l-partiċelli mill-power station kellhom ukoll il-Vanadju (V), in-Nikil (Ni) li huma komponenti minuri tal-heavy fuel oil kif ukoll ta' Manjesju (Mg) li jiġi miżjud mal-fuel li jinħaraq fil-power station. Fl-ebda kampjun tat-trab iswed li nġabar mir-residenzi ma ġew rrilevati ammonti ta' dawn it-tlett metalli. Il-MEPA ħadet in kunsiderazzjoni li l-kampjuni li nġabru mir-residenzi setgħu kienu kkontaminati b'affarijiet oħra bħall-trab ieħor, ħamrija, etc u għalhekk iddeċiedet li qabel ma' taqta’ għal kollox il-possibilta' li l-power station hija s-sors ta' dan it-trab, tagħmel analiżi aktar dettaljata li tinkludi metodu ta' kampjonament differenti. Iżda meta ġiet biex tagħmel dan il-problema qisa’ waqfet. Fattur ieħor li ried jittieħed in kunsiderazzjoni huwa il-fatt li l-kampjun li ttieħed mill- power station kien bottom ash meta seta’ kien aħjar li jittieħed kampjun tal-flyash. Il-MEPA reġgħet bdiet tisma’ b'din l-issue fis-sajf li għadda u iddeċiediet li tieħu l-kampjuni mir-residenzi u mill-powers station u tibgħathom barra minn Malta għall-analiżi. Tard f'Awissu il-Mepa qiegħdet samplers f'erbgħa lokalitajiet fil-Fgura, iżda minħabba l-fatt li l-problema donnha naqset fl-intesita kif ukoll minħabba t-temp, għadha ma rnexxieliex tiġbor ammont tat-trab biżżejjed biex issir l-analiżi tiegħu skont il-ħtiġiet tal-laboratorju akkreditat. Sal-ġurnata tal-lum il-MEPA għadha għaddejja bi studji li jippruvaw jidentifikaw b'mod konklussiv is-sors ta' dan it-trab iswed.
Leg 11 PQ #12074 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Interim From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ipparkjar ta' vetturi li jġorru materjal perikoluż

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tiddentifikax żoni apposta fejn individwu (jew entità) ikun jista' jissottometti applikazzjoni sabiex jipparkja vetturi li normalment jintużaw sabiex iġorru materjal li jista' jkun perikoluż (bħalma hu l-fuel)? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid dawn iż-żoni liema huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12175 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet fuq skema għar-restawr

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar 12-il xahar, kemm kien hemm applikazzjonijiet fl-iskema ta' darba għar-restawr tal-faċċati ta' binjiet residenzjali li nbnew qabel l-1950, bi preferenza għal dawk skedati, fil-qalba tal-ibliet u l-irħula? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet kienu aċċettati? Kemm hija s-somma ta' flus minfuqa s'issa fuq din l-iskema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12183 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Ismijiet tat-Toroq — kwestjoni dwar isem ta' sqaq

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11928 u 11704 u jordna lid-Dipartiment tal-Ismijiet tat-Toroq biex jitwaħħal l-isem ta' sqaq li ġie approvat bl-isem Sqaq Nru 1, Triq Atlone, Paola?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali ordna l-plakka tal-isem tat-triq u malli tkun lesta, titwaħħal fil-post.
Leg 11 PQ #12192 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Multi u tariffi mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inġabru tariffi u multi mill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex, kunsill b'kunsill u ċioe: a) tariffi kull kunsill mill-kuntratturi li jkunu esegwixxew xogħol ta' kostruzzjoni fil-lokalitajiet individwali lokalità lokalità? b) kemm inġabru multi minn wardens li jinsabu joperaw f'kull lokalità? Jista' jagħti din l-informazzjoni għas-sena 2008 u sa Ottubru 2009 ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12202 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kurċifissi fil-klassijiet tal-iskola

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-evalwazzjoni tal-Gvern tad-deċizjoni mogħtija mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem rigward iż-żamma ta’ kurċifissi fil-klassijiet tal-iskola fl-Italja? X’se tkun il-pozizzjoni tal-Gvern f’Malti fuq din il-kwistjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern ma jqisx li l-Kurċifiss f’post pubbliku imur kontra d-drittijiet tal-bniedem.
Leg 11 PQ #12216 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Interim From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Kampjuni u testijiet ta' trab iswed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar reġgħet bdiet it-testijiet fuq it-trab iswed li qed jaqa' fuq in-naħa t'isfel ta' Malta? Jekk dawn it-testijiet bdew, jista' jgħid kemm hemm postijiet li minnhom qegħdin jittieħdu kampjuni u liema huma dawn il-lokalitajiet? Jista' jgħid il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni? X'metodoloġija qed tintuża fl-analiżi ta' dawn il-kampjuni? Hemm xi laboratorji barra l-Awtorità li qed jintużaw għall-analiżi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12048. Barra minn dan, ser tintalab l-informazzjoni aktar dettaljata biex tingħata tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet speċifiċi f'din il-mistoqsija.
Leg 11 PQ #7768 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjoni għall-visa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-Ministeru tat-Turiżmu biex il-Gvern lokali ma jibqax jirrifjuta kważi l-applikazzjonijiet kollha ta' visa minn ċittadini mill-Belarus, Ukrajna, Kazakhistan, Armenja u Georgia li jixtiequ jiġu Malta waqt li pajjiżi oħra tax-Schengen bħal Spanja, Ċipru u l-Greċja m'għandhomx problemi jagħtuhom l-visa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu jżommu kuntatt kostanti mall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Pulizija li huma l-awtoritajiet kompetenti mill-ħruġ ta’ visi bil-għan li kemm jista’ jkun jinstab bilanċ bejn l-interessi turistiċi u dawk ta’ sigurtà tal-pajjiż. Is-Segretarjat jirrikonoxxi l-importanza ta’ din l-għodda għas-sigurtà ta’ pajjiżna u joqgħod fuq il-pariri ta’ l-awtoritajiet kompetenti fil-ħruġ jew retenzjoni ta’ dawn il-visi.
Leg 11 PQ #10621 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Baħrija — Wied Rini - turbini tar-riħ fuq l-art

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet konċernati għamlux xi forma ta' kuntatt mal-Kunsill Lokali tar-Rabat rigward il-proposta ta' turbini tar-riħ fuq l-art, f'Wied Rini l-Baħrija, fejn jidher li hemm tħassib minn għadd ta' bdiewa u residenti li jgħixu f'żoni fil-qrib ta' dan il-post li qed jiġi propost?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali għamel sensiela ta’ laqgħat ma’ diversi stakeholders, fosthom il-Kunsil Lokali tar-Rabat. Fil-fatt din il-laqgħa saret fl-4 ta Mejju 2009. Saret ukoll laqgħa mar-residenti ta’ l-inħawi fil-15 ta Mejju ġewwa Project House, Floriana, u oħra fuq il-post f’Wied Rini fit-30 ta’ Mejju.