Fl-isfond tal-każ tal-Ministru Tonio Fenech u l-mistoqsijiet kollha li qamu dwaru; fl-isfond tal-fatt li l-kodiċi ta' etikà ta' Ministru tipprojbixxi l-aċċettazzjoni ta' rigali jew servizzi; fl-isfond ukoll tal-fatt li għandu jiġi kkontestat jekk il-Prim Ministru bħalu primum inter pares huwiex il-persuna jew aħjar l-uffiċjal idoneju biex jieħu passi dixxiplinarji fuq sħabu tal-kabinett li jkunu kisru l-kodiċi ta' etika għal raġunijiet ovvji li għandhom x'jaqsmu ma' konsiderazzjonijet ta' natura politika partiġġjana; jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iħossx li tali dixxiplina tkun amministrata aħjar jekk jinħoloq uffiċċju ta' Commissioner for Standards kif hemm f''parlamenti oħra, fosthom dak ta' Westminister? Jaħseb il-Prim Ministru li din il-kariga għandha tiġi diskussa mill-aktar fis possibbli biex naslu għall-ħolqien ta' dan l-uffiċċju ta' Commissioner for Standards?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern huwa miftuħ għal kull suġġeriment li jippromwovi l-ogħla livell ta’ mġieba fil-ħajja pubblika.
Nixtieq nirrimarka li l-
Commissioner for Standards
ta’ Westminster, li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, jirregola l-imġieba tal-Membri Parlamentari u mhux tal-membri tal-Kabinett.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11611 u 11348 u ċioe: mingħajr ma nidħol fil-merti tal-proġett ta’ Renzo Piano, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk il-ġurnalisti u membri tal-NGOs jew NGO partikulari, li xi ftit xhur ilu ġew mistiedna biex imorru Pariġi sabiex jiltaqgħu ma’ Renzo Piano?
Għalkemm il-Gvern qed jirrifjuta li jippubblika l-kuntratt konċernat ma’ Renzo Piano minħabba dawk li qed jissejħu raġunijiet ta’ natura kummerċjali, ma jħossx li f’ġieħ it-trasparenza dan għandu jiġi ppubblikat minnufih, aktar u aktar billi kull kuntratt kummerċjali suppost li huwa suġġett għar-regolamenti tal-
public procurement?
Fil-fehma tiegħi dan kollu għandu jsir pubbliku minnufih mingħajr ma fl-ebda mod jippreġudika l-proġett jew jidħol fil-merti tiegħu.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12047.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta huwa mistenni li l-Kabinett jirċievi r-rapport dwar il-possibilità li tinbena airstrip f’Għawdex? Meta kien ġie kkummissjonat dan ir-rapport? Minn min ġie kkummissjonat? Minn min qed jitħejja? X’inhuma t-terms of reference għat-tħejjija ta’ dan ir-rapport?
Fgura, Paola, Tarxien — rapporti dwar it-trab iswed
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11810 u ċioe: B'referenza għall-każ tat-trab iswed fiż-żona tal-Fgura/Paola/Tarxien u postijiet oħrajn, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li kien sar minn AEA Technology Ltd dwar dan it-trab iswed? Minn mindu sar dan ir-rapport, saru xi rapporti oħrajn? Jista' jqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra occorrendo dawn ir-rapporti? X'se jagħmel il-Gvern biex din il-problema tissolva darba għal dejjem?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija f’Mistoqsija Parlamentari Numru 12048.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11771 u jgħid jekk hemmx każi quddiem l-Uffiċċju ta' l-Ombudsman li ilhom pendenti għal aktar minn (a) 3 xhur (b) 6 xhur? Jekk iva, kemm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għaddiet direttament għand l-Onor Interpellant mingħand l-Ombudsman.
B’referenza għall-mistoqsijiet supplimentari li saru in konnessjoni mal-allegazzjoni dwar ilmijiet imniġġsa fil-Kalanka, limiti ta' Delimara, possibilment minħabba fish farming fil-viċin, jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) Meta saru l-aħħar
tests
mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li fuqhom ibbaża t-tweġiba tiegħu?
b) Jista' jpoġġi dawn it-
tests
fuq il-Mejda tal-Kamra?
ċ) Dawn it-
tests
saru
in house
jew minn xi esperti tekniċi mqabbdin minn barra l-Awtorità?
d) Dawn saru f’Malta jew barra minn Malta?
e) Fejn eżattament saru u liema metodi ntużaw?
f) La kienu se jsiru dawn it-
tests
għaliex fil-bidu ta’ Ottubru l-Fisheries Control Division qalu li kienu bdew jinvestigaw il-każ huma wkoll u li ttieħdu l-kampjuni u kienu qed jistennew ir-rapporti tal-laboratorju?
g) Liema
tests
saru l-ewwel tal-Fisheries Control Division jew tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
ġ) Jekk mit-
tests
allegatament ma ġiex stabbilit li dan kien ikkawżat mil-lega bajda tal-
fishfarms
, x’kienet ir-raġuni li wasslet biex ikun hemm lega bajda fil-baħar?
h) Ġiet ikkwantifikata l-ħsara potenzjali li setgħet saret lill-
poseidonia
, speċi protetta ta'
seaweed
essenzjali għall-eko sistema Mediterranja marittima?
ħ) Il-Gvern kellu rapporti bħalma kellha il-
media
lokali li dak li deher f’Kalanka deher ukoll f'San Pawl il-Baħar u anke qrib il-kosta tal-Qawra?
i) Il-konsultazzjoni saret direttament jew
tramite
l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mal-esperti barranin li ilhom jgħidu li dan huwa
by product
inevitabbli tat-
tuna
ranching industry
nnifisha għax il-
blue fin
tuna
minnha nnifisha toħloq wkoll ċertu xaħam?
j) Il-Gvern jaqbel ma' dak li ilhom jgħidu bosta esperti lokali u barranin li dan l-aktar li jiġri huwa meta t-
tuna
tkun konċentrata f’numri kbar fi spazji relattivament limitati?
k) Qatt ġie kkunsidrat x’effett negattiv jistgħu jħallu
tuna ranches
li f’ħafna każi jistgħu jkunu wisq qrib il-kosta nnifisha?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11920 u ċioe: Minħabba rapporti li kien hemm fl-istampa internazzjonali bl-isem ta’ Mediterranean is becoming a dumpsite, jista' jgħid jekk qattx ġew ikkummissjonati studji lokali jew barranin biex jaraw jekk hemmx xi traċċi tossiċi fl-ibħra ta' madwar gżiritna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F'Malta ġew ikkummisjonati numru ta' studji biex janalizzaw il-kwalita tal-ibħra viċin ix-xtut, mis-snin disgħin ’l hawn. Dawn l-istudji kienu saru prinċiparjament fil-portijiet, marinas u f'postijiet fejn jista' jkun hemm sorsi ta' tniġġiż bħal sorsi ta' drenaġġ u viċin il-power stations. Dawn l-istudji jħarsu lejn diversi parametri fosthom heavy metals. Ħafna mir-rapporti ta' dawn l-istudji qegħdin fuq is-sit elettroniku tal-MEPA. Ta' min jgħid illi taħt l-obbligu tad-direttivi rigward l-ħarsien tar-riżors tal-ilma (Water Framework Directive u Priority Substances Directive), Malta hi fid-dmir li timplementa program ta' monitoraġġ li speċifikament iħares ukoll lejn elementi tossiċi, msemmija bħal priority substances, minbarra parametri oħrajn.
MEPA webpage:
http://www.mepa.org.mt/topics-water-monitoring
Minn l-aħħar tas-sena 2007, l-Awtorità’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar bdiet timplimenta ukoll l-ewwel programm nazzjonali ta’ monitoraġġ radjuattiv f’Malta. Parti minn dan il-pjan jikkonsisti fil-monitoraġġ tal-partiċelli radjuattivi f’arja, fil-ħamrija u f’ibħra territorjali Maltin. Kif hu meħtieġ minn dan il-pjan, il-partiċelli li għandhom jiġu identifikati huma Caesium-137 u Potassium-40. Kampjuni ta’ l-ilma baħar inġabru fi tliet postijiet ibħra madwar Malta u Għawdex.
Attività ta’ Caesium-137 instabet li hu madwar 1.38mBq/l (units Becquerel per litre) u l’attività ta’ Potassium-40 instabet li hu madwar 15.04 Bq/l. Dawn il-livelli huma normali u mhux ta’ ħsara għall-bniedem.
shooting ranges f'Malta u Għawdex — applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11830 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges f'Malta u Għawdex? X'inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar ix-shooting ranges?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11779 u 11168 u jikkonferma rapporti li dehru fil-media li d-dokument tad-dikjarazzjoni ta' l-Indipendenza ma jistax jinstab? F'każ li jiċħad dawn ir-rapporti, jista' jgħid fejn jinsab dan id-dokument? F'każ li jikkonferma dawn ir-rapporti, jista' jgħid x'passi ħa l-Gvern biex dan id-dokument jinstab?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li dawn id-dokumenti jinsabu fil-Biblioteka Nazzjonali.
1. Il-Warrant Rjali li nħareġ b’ordni tal-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II fit-2 ta’ Settembru 1964 fejn ġew mogħtija u assenjati l-Armorial Ensigns lil Malta.
2. Il-Proklama maħruġa fl-1 ta’ Jannar 1965 mill-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II tawtorizza l-użu uffiċjali tat-titlu “Reġina ta’ Malta”.
Letters patent
tal-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II, iffirmati minnha, tawtorizza lil Prince Philip, id-Duka ta’ Edinburgh, biex jiftaħ l-ewwel Parlament Malti taħt il-Kostituzzjoni tal-Indipendenza.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — shooting ranges
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każi pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dawk li huma shooting ranges f'pajjiżna? Billi l-policy dwar ix-shooting ranges donnha baqgħet qatt ma ġiet konkluża, jista' jara li fil-fatt tiġi fi tmiemha biex dawk l-applikanti li għandhom applikazzjoni pendenti għal shoooting range ikollhom il-każ tagħhom proċessat kemm jista' jkun malajr?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' serer għal skop agrikolu, preżentament? Fejn jinsabu, raħal b'raħal dawn l-applikazzjonijiet?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — passi neċessarji għall-identifikazzjoni ta' open plots
Question
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex is-siti li ġew identifikati bħala open plots f'diversi nħawi ta' Malta, u b'mod partikolari dawk li ġew identifikati mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u għaddew għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jingħalqu matul ix-xhur li ġejjin biex b'hekk ikunu diġà magħluqa qabel ma jibda l-istaġun tas-sajf li ġej?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jerga' jkun hemm sejħa għall-applikazzjonijiet biex żgħażagħ Maltin ikunu jistgħu jingħaqdu mal-Forzi Armati ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Forzi Armati ta’ Malta għandhom l-approvazzjoni tal-Ministeru sabiex jimbarkaw fuq eżerċizzju ieħor ta’ reklutaġġ ta’ Uffiċjal Kadetti, suldati fil-Forza Regolari u suldati fil-Forza ta’ Emerġenza ta’ Riserva ta’ Voluntieri.
Ninsab infurmat li l-preparamenti meħtieġa qegħdin isiru sabiex is-sejħiet għall-applikazzjonijiet joħorġu fi żmien qrib.
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-kunsilli lokali li fil-belt jew raħal tagħhom matul ix-xhur tas-sajf ikollhom popolazzjoni ferm ikbar milli jkollhom matul ix-xhur tax-xitwa, fil-fatt jiġu kumpensati għal dan l-isbilanċ ta' popolazzjoni, meta tiġi maħduma l-formula ta' l-allokazzjoni ta' l-istess postijiet? Jistgħu jiġu stabbiliti kriterji ċari li fuqhom tkun tista' tinħadem xi forma ta' equivalence f'dak li hu numru ta' persuni li joqogħdu f'dawn il-lokalitajiet, proprju biex jiġi assigurat li l-kunsilli lokali rispettivi jirċievu l-allokazzjoni li tixraq skond il-popolazzjoni li tkun toqgħod f'dawn il-lokalitajiet?
Applikazzjonijiet pendenti għal-liċenzji għal spiżeriji
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal licenzja sabiex jinfetħu spiżeriji fl-Imtarfa ? Minn min saru? Jista' jagħti lista dettaljata ta’ kull applikant inkluż id-dati ta l-applikazzjoni? Jista' l-Ministru jgħid lil min imiss fil-prijorità għal għoti ta’ l-istess liċenzja?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet pendenti quddiem il-bordijiet tal-appell
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li bħalissa jinsabu pendenti quddiem il-Bordijiet tal-Appell? Jista' jgħid kemm minn dawn eżawrixxew il-proċess ta' l-appell u qegħdin sempliċiment jistennew id-deċizjoni/sentenza min-naħa tal-Bord tal-Appell? Jista' jagħti rendikont ta’ dawk l-appelli li qed jistennew deċizjoni/sentenza? Kemm-il xahar ilhom jistennew din id-deċizjoni/sentenza?
Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u Malta Union of Teachers — ftehim dwar il-gradi differenti tal-Kindergarten Assistant
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilu l-Management and Personnel Office jipproċessa l-ftehim iffirmat bejn il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u l-Malta Union of Teachers li jinkorpora wkoll il-ftehim dwar il-gradi differenti tal-Kindergarten Assistants? Meta hemm il-ħsieb li jintemm dan l-ipproċessar biex il-ftehim ikun jista’ jidħol fis-seħħ? Hemm xi aspetti problematiċi f’dan il-ftehim? Jekk iva liema huma?
Persuni minn barra l-Unjoni Ewropea li jixtiequ jiġu jitgħallmu l-Ingliż — Visa
Question
Bħala Kap tal-Gvern u li taħtu jaqa’ wkoll il-Ministeru tat-Turizmu, jista' l-Prim Ministru jgħid x’se jagħmel fil-prattika l-uffiċċju tiegħu flimkien mal-Ministeru tal-Intern, tal-Affarijiet Barranin u tal-Edukazzjoni biex itejjeb is-sistema tal-ħruġ tal-visa għall-persuni minn barra l-Unjoni Ewropea li jixtiequ jiġu jitgħallmu l-Ingliż fostna u qed isibuha diffiċli minħabba l-ineffiċjenza tas-sistema lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn l-uffiċċju tiegħi, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, il-Ministeru ta’ l-Intern, is-Segretarjat tat-Turiżmu, l-Awtoritajiet oħra u l-partijiet interessati rigward il-ħruġ tal-visas mhux biss għal dawk il-persuni li jiġu jitgħallmu l-Ingliż iżda b’mod ġenerali.
L-istatistika turi biċ-ċar ukoll, li l-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet għall-visa fil-fatt jiġu approvati. Wieħed irid iżomm f’moħħu però li minbarra l-interessi tat-turiżmu hemm ukoll element importanti ta’ sigurtà nazzjonali li jrid jintlaħaq u għaldaqstant hu essenzjali li dan l-aspett ma jkunx traskurat.
Belt Valletta — tneħħija tal-kompressuri tal-air conditioners li minn mal-faċċata
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li lesta l-eżerċizzju ta' tneħħija tal-kompressuri tal-air conditioners li kienu stallati mal-faċċata tal-binjiet tal-Belt Valletta, għandux ħsieb li jagħmel dan l-eżerċizzju fil-Kottonera jew fil-qalba ta' bliet u rħula oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-suċċess pożittiv miksub mill-eżerċizju tal-Belt wera kemm hu mportanti li tfiehem liċ-ċittadini kemm tali apparat mal-faċċati tal-bini jkerrah u jagħmel ħsara lill-estetika tal-lokal speċjalment f'żoni ta' konservazzjoni urbana. Madanakollu, bħalissa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar m'għandhiex pjanijiet speċifiċi biex jiġi ripetut l-eżerċizzju li sar il-Belt, f'lokalitajiet oħra. Qed jiġi studjat kif dan l-eżerċizzju li kien ta' suċċess fil-Belt Valletta jistax isir f’lokalitajiet oħra.
Triq Hal Warda, Ħ'Attard — ċitazzjonijiet mill-wardens
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-wardens mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Marzu 2009, fi Triq Hal Warda Ħ'Attard, matul il-ġranet tal-iskola?
Jista' jgħid kemm jammontaw fi flus dawn iċ-ċitazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fi Triq Ħal-Warda, f’Ħ’Attard ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u 31 ta’ Marzu 2009 matul il-ġranet ta’ l-iskola:
Xahar Nru ta’ Ċitazzjonijiet Valur ta’ Ċitazzjonijiet
(€)
Jannar 239 11,057
Frar 217 9,893
Marzu 162 7,326
Total 618 28,276