Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12001 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument fejn saret evalwazzjoni tal-ħidma tal-gwardjani lokali? Ma' min kellu laqgħat il-Gvern fuq dan ir-rigward, ċioe liema huma l-istakeholders li kellu laqgħa magħhom? Jista' jikkonferma jew jiċħad li kellu xi laqgħat ma' xi kunsilli lokali jew ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li saru konsultazzjonijiet mal-entitajiet kollha involuti fl-infurzar lokali, inklużi l-Aġenziji tal-Gwardjani Lokali u l-Unions li jirrapreżentaw lill-istess gwardjani, kif ukoll ic-chairpersons tal-Kumitati Konġunti, l-Uffiċjali Awtorizzati u s-service provider tas-sistema elettronika, tħejja rapport intern mill-Management Efficiency Unit tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dan ir-rapport ser jiġi diskuss mal-entitajiet kollha interessati sabiex wara li jiġi finalizzat hu maħsub li s-sena d-dieħla jsiru l-emendi meħtieġa fis-sistema kollha tal-infurzar lokali. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali hi waħda mill-entitajiet interessati u li qed tkun ikkonsultata.
Leg 11 PQ #12265 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa tal-Gvern bħala reklamar għat-turiżmu lokalment u internazzjonalment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-ammont totali sena b'sena fl-aħħar 15-il sena li l-Gvern nefaq bħala reklami għat-turiżmu lokalment u internazzjonalment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12267 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reklamar lokali u internazzjonali fil-kamp tat-turiżmu mediku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-ammont totali li l-Gvern nefaq f'reklamar lokali u internazzjonali sena b'sena fl-aħħar 15-il sena fil-kamp tat-turiżmu mediku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12387 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat Malta — Pjazza ta' quddiem il-Knisja ta' San Pawl

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kien il-perit tax-xogħol li sar fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ San Pawl, r-Rabat, Malta? Min ipprovda l-materjal? X’materjal intuża? X’rati tħallsu għall-materjal biex inxtraw u tqegħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12388 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Interim From: JOE DEBONO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċimiterju ta' Birkirkara — applikazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni taċ-ċimiterju ta' Birkirkara li ilha ftit taż-żmien li saret? Jista' jgħid x'inhu jżomm li dan il-permess joħroġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12414 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Interim From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pembroke — Triq Pietro Darmanin - Provista ta' dawl

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11619, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jagħti r-raġuni li waslet biex tinqata' l-provista tad-dawl fi Triq Pietro Darmanin, Pembroke? Jaf li din l-azzjoni ilha ġimgħatejn, partikolarment fil-pjazza ta' quddiem il-bini tal-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12415 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mellieħa — Tat-Tomna - permessi mingħand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-applikazzjoni għall-permessi tal-bini għall-area industrijali f'Tat-Tomna, fil-Mellieħa? Kemm qed jiġi propost li jinbnew garaxxijiet f'dawn l-inħawi wara xi bidliet li jista' jkun ġew mitluba mill-istess Awtorità matul ix-xhur li għaddew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12422 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Interim From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Multi u tariffi mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12192 u jgħid kemm inġabru tariffi u multi mill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex, kunsill b'kunsill u ċioe: a) tariffi kull kunsill mill-kuntratturi li jkunu esegwixxew xogħol ta' kostruzzjoni fil-lokalitajiet individwali lokalità lokalità? b) kemm inġabru multi minn wardens li jinsabu joperaw f'kull lokalità? Jista' jagħti din l-informazzjoni għas-sena 2008 u sa Ottubru 2009 ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12447 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

żjara mal-Ammirall Ciampaolo di Paola

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'kien l-iskop taż-żjara ta' l-Ammirall Ciampaolo di Paola f'pajjiżna fil-jiem li għaddew u x'kien diskuss waqt laqgħat li kellu miegħu u mal-Ministru tal-affarijiet Barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12476 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — bini ta' airstrip

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li l-Kabinett jirċievi r-rapport dwar il-possibilità li tinbena airstrip f’Għawdex? Meta kien ġie kkummissjonat dan ir-rapport? Minn min ġie kkummissjonat? Minn min qed jitħejja? X’inhuma t-terms of reference għat-tħejjija ta’ dan ir-rapport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12513 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuna li taħdem part-time mal-gvern — leave u sick leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk persuna li tkun qed taħdem fuq bażi part-time mal-Gvern u li taħdem 20 siegħa fil-ġimgħa, hix intitolata għal-leave/sick leave?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12528 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — fondi għall-bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid sad-data tal-għeluq għal fondi għal bżonnijiet speċjali, kemm-il applikazzjoni kien hemm mill-Kunsilli Lokali? Minn liema kunsilli lokali saru dawn l-applikazzjonijiet? Għalxiex kull kunsill lokali applika li jingħata fondi speċjali u kemm ingħata fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12529 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — devoluzzjonijiet ta' proprjetà

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu d-devoluzzjonijiet kollha li saru ta’ proprjetà lill-kunsilli lokali? Meta saru? X’użu kien isir (jekk kien isir) minn din il-proprjetà qabel u x’użu qed isir minnha issa? Hemm xi talbiet pendenti? Jekk iva, minn liema kunsilli lokali, xi proprjetà qed jitolbu, għalxiex qed tintuża llum u x’se jagħmlu biha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11826 Sitting 158 2009-11-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali li mhumiex jiftħu s-Sibt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li s-Sibt mhumiex jiftħu kif mitlub mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali? Dawk li fetħu kif operaw f'dawk li huma ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali għamlu spezzjoni mingħajr pre-avviż fil-Kunsill Lokali kollha f’Malta u Għawdex. Dawn l-ispezzjonijiet saru f’żewġ sibtijiet differenti. Waqt dawn l-ispezzjonijiet instabu magħluqin tliet uffiċċji amministrattivi, dak tal-Mtarfa li skont l-ispjega li ta l-Aġent Segretarju Eżekuttiv, fil-ħin li saret l-ispezzjoni, il-persuna inkarigata kienet qed taqdi klijent fil-librerija lokali, dak tal-Qala u dak ta’ Ħal Tarxien. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Tarxien għadda riżoluzzjoni li tmur kontra d-direttiva tal-ftuħ tal-uffiċju amministrattiv nhar ta’ Sibt u dan il-Kunsill se jinkorri penali kif kienu ġew avżati l-Kunsilli Lokali kollha. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jikkonsidra ir-raġuni li ta l-Kunsill Lokali tal-Mtarfa biex jara jekk din kienetx ġustifikata filwaqt li qed jistenna spjega mingħand il-Kunsill Lokali tal-Qala. Jekk l-ispjega ta’ dawn iż-żewġ Kunsilli Lokali ma tkunx ġustifikata, dawn jirrikoru penali bħal dik ta’ Ħal Tarxien.
Leg 11 PQ #11849 Sitting 158 2009-11-11 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — impjegati assoċjati fuq Proġetti Ewropej

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li magħhom għandhom impjegati assoċjati direttament fuq Proġetti Ewropej? Taħt liema skema ddaħħlu dawn l-impjegati? Meta daħlu u min huma ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11850 Sitting 158 2009-11-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — miżura ġdida

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fid-dawl li issa ddaħħlet il-miżura l-ġdida fl-att dwar il-kunsilli lokali biex kull reġjun ikollu uffiċini amministrattivi, f'kull uffiċċju kemm se jkun hemm impjegati? Kemm hu l-budget għal kull reġjun? Kif inhu imqassam? Kemm hu l-ammont li għandu iħallas l-uffiċċju amministrattiv fejn tidħol kera fis-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent qed jiġi mħejji qafas ta’ regolamenti dwar is-set-up, inkluż ir-riżorsi umani u riżorsi oħra (bħal sede għall-uffiċċju, finanzjament eċċ) li dan għad irid jiġi diskuss mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Għaldaqstant id-deċiżjonijiet finali għad iridu jittieħdu.
Leg 11 PQ #11851 Sitting 158 2009-11-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm iddaħħlu impjegati ġodda fil-kunsilli lokali minn April 2008 sal-lum? F'liema kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11948 Sitting 158 2009-11-11 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enforcement notices

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu enforcement notices matul din is-sena? Meta toħroġ notice bħal din x’isir iktar? Għaliex hemm enforcement notices li ilhom li nħarġu s-snin u xorta qisu ma ġara xejn għax il-bini u/jew l-iżvilupp baqa' jsir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11949 Sitting 158 2009-11-11 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — bini mwaqqa'

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm twaqqa’ bini u f’liema nħawi mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar wara li jkun inħareġ enforcement notice u dan mill-2005 'l hawn, sena b’sena? X’tip ta’ bini tneħħa jew twaqqa’?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.