Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — policies
Question
Jista' l-Prim Ministru jispjega l-fatt li meta suppost ir-riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha qed tiġi diskussa u finalizzata qabel titressaq fil-Parlament għall-approvazzjoni tal-Kamra u diversi policies tal-Awtorità, għadhom qed jiġu reviewed minn kummissjoni maħtura apposta nhar it-2 ta' Ottubru 2009, liema xogħol mistenni jitlesta sa tmiem is-sena, il-Gvern, permezz tal-Awtorità diġà qed jimplimenta mingħajr ebda konsultazzjoni partijiet mill-istess riforma fejn fost l-oħrajn qed joħorġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għal kull min jixtieq iservi full-time fuq boards tad-Development Control Commission mingħajr ma biss nafu jekk dawn l-istrutturi humiex ser jinbidlu jew le bir-riforma? Jista' jgħid ukoll għal dawk li jistgħu jkunu interessati li jservu fuq il-Planning Appeals Board?
Investigazzjoni interna dwar il-kostruzzjoni ta' supermarket
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport intern li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għamlet dwar l-investigazzjonijiet interni tagħha dwar il-kostruzzjoni tas-supermarket LIDL ġewwa Ħal-Luqa? Jista' jgħid meta ġie kkummissjonat u meta tlesta dan ir-rapport?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tal-MEPA bord ta’ inkjesta interna twaqqaf fit-23 ta’ Lulju 2009. Dan il-Bord kellu jlesti r-rapport tiegħu sa l-aħħar ta’ Ottubru 2009 u minħabba li ma tlestix ix-xogħol li kellu jagħmel talab estensjoni sa l-aħħar ta’ Novembru 2009.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — kummissjoni għar-reviżjoni tal-policies
Question
Peress li ftit ġimgħat ilu l-Prim Ministru waqqaf kummissjoni għar-reviżjoni tal-policies tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, billi huwa għażel li jinnomina għadd ta’ persuni li qed jirrappreżentaw lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inkunx korrett jekk nifhem li l-Users Committees tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u anke għaqdiet ambjentali mhux governattivi, issa għandhom l-obbligu li jaġġornaw regolarment lill-entitajiet li qegħdin jirrapreżentaw dwar l-andament tal-laqgħat li qed ikollhom bħala rappreżentanti tagħhom?
Commuted Parking Payment Scheme — ammont ta' flus miġbura
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu fil-preżent l-ammont ta' flus li nġabar permezz tal-CPPS f'Malta u f'Għawdex lokalità b'lokalità? Jista' jagħti tagħrif fejn fil-fatt minn dawn il-lokalitajiet kien hemm applikazzjonijiet mill-kunsilli lokali rispettivi, li permezz ta' dawn l-applikazzjonijiet qed jitolbu li jinbnew parkeġġi?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6177 u 5761 u jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhu maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 33 – Tourism Zone Upgrade with landscaped urban spaces and other facilities?
Kunsilli Lokali — delega għal-librerija lokali u reġjonali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għandhom delega għal-librerija lokali jew reġjonali fil-belt jew raħal tagħhom? Fiex tikkonsisti kull delega li daħlu għaliha? B’din id-delega għalxiex kull kunsill lokali qed jagħmel tajjeb s’issa u x’kienet l-ispiża għat-twettiq ta’ tali delega? X’kien is-self ta’ kotba minn kull librerija lokali jew reġjonali qabel saret id-delega u llum? Jikkonsidrax sistema ta’ informatika biex kull ċittadin ikollu aċċess għal-libreriji fil-belt jew raħal tiegħu mid-dar?
Funding Unit fi ħdan MEUSAC — għajnuna lill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif f’Novembru 2008 tal-Funding Unit fi ħdan il-MEUSAC lil liema kunsilli lokali u NGOs ġiet offruta għajnuna teknika biex jagħżlu programmi tal-Unjoni Ewropea u biex jimlew applikazzjonijiet għal fondi taħt programmi tal-Unjoni Ewropea? X’kienu l-programmi li applikaw għalihom u jekk dawn kienu milqugħa, x’kienet l-għajnuna mgħotija mill-Unjoni Ewropea u għalxiex intużat?
shooting ranges f'Malta u Għawdex — applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12276 u 11830 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges f'Malta u Għawdex? X'inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar ix-shooting ranges?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12175 u jgħid fl-aħħar 12-il xahar, kemm kien hemm applikazzjonijiet fl-iskema ta' darba għar-restawr tal-faċċati ta' binjiet residenzjali li nbnew qabel l-1950, bi preferenza għal dawk skedati, fil-qalba tal-ibliet u l-irħula? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet kienu aċċettati? Kemm hija s-somma ta' flus minfuqa s'issa fuq din l-iskema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-iskema li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant mhix fis-seħħ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-proġetti msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 512 tat-23 ta' Mejju 2008, jigifieri li:
a) Il-proġetti turistiċi li hemm maħsuba mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għall-inħawi tal-Qawra, Salina, Buġibba u San Pawl il-Baħar tlestewx? Jekk ma tlestewx, meta se jitlestew, jiġifieri x'
deadline
għandu l-Gvern biex dawn il-proġetti jitlestew?
b) Jista' jgħid lestiex it-tisbiħ tat-triq tul il-baħar f'San Pawl il-Baħar, f'titjib tal-bankini u l-promenade li kellu jibda minn ħdejn il-kappella ta’ San Pawl, ikompli minn maġenb il-Menqa, is-Sirens u t-Torri ta’ Wignacourt u jispiċċa qrib l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar?
ċ) Jista' jgħid tlestietx il-faċilità edukattiva, ġnien promenade fil-Qawra li kellu jinkludi ġnien b’landscaping u b’seating biex joħloq spazju miftuħ ta’ ċertu kobor minn fejn il-pubbliku jista’ igawdi veduti tal-baħar, u li kellu jipprovdi ukoll żewġ attrazzjonijiet li ser ikunu akwarju u mużew ta’ l-arkeoloġija marittima, u faċilitajiet oħra li kellhom jipprovdu teatru Grieg u ċentru għall-iskejjel tad-diving?
d) Jista' jgħid xi żvilupp u x'titjib sar tal-bajja fil-Qawra, liema proġett kellu jinvolvi fit-tkabbir tal-bajja bir-ramel u interventi oħra mal-kosta?
e) Jista' jgħid x'budget kien hemm u hemm għal dawn il-proġetti minn fondi pubbliċi, apparti xi fondi mill-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita’ tat-Turiżmu (MTA) ssottomettiet 2 proġetti għall- konsiderazzjoni tal-Planning and Priorities Coordination Division (PPCD). Il-komponenti individwali tal-proġetti huwa kif ġej:
Proġett ta’ tisbiħ kostali f’żewġ żoni turistiċi u li jinkludi tisbiħ (
upgrading
) fiż-żona ta’ Fond Għadir u l-
Exiles
ġewwa tas-Sliema; tisbiħ (
upgrading
) ġewwa l-Ponta tal-Qawra u li jinkludi wkoll il-krejazzjoni ta’ bajja ramlija ġdida.
It-tieni proġett, Tisbiħ (
upgrading
) ta’ Żoni Turistiċi b’emfażi fuq spazji urbani u faċilitajijet oħra, jinkludi l-bini ta’ attrazzjoni turistika (akkwarju pubbliku) fil-Ponta tal-Qawra; tisbiħ (
upgrading
) ta’ żona kostali (
promenade
) bejn l-iskola Primarja ta’ San Pawl u l-Menqa; u tisbiħ ta’ żona preżentament abbandunata ġewwa Pembroke u li jinkludi wkoll proġett ta’
cycle trail
minn dan il-ġnien sa t-Torri tal-Madliena.
Il-proċess ta’ kull proġett jinvolvi permessi tal-iżvilupp, preparar ta’ disinni u
tenders
. Fil-preżent, l-Awtorità tat-Turiżmu diġa ħarġet xi
tenders
u qegħda fl-aħħar preparamenti sabiex toħroġ il-kumplament tad-dokumenti.
Huwa maħsub li dawn il-proġetti kollha jiġu kompletati sa l-aħħar tal-2011.
Nirreferi għar-risposta li ser nagħti għall-mistoqsija numru 7038 għal
budgets
tal-proġetti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’passi konkreti ħadet l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fit-Triq il-Pont li 18-il xahar ilu cediet f’Santa Maria Estate fil-Mellieha u nħarget Enforcement Order ECF00021/08 u r-residenti gew imwegħda li minbarra li tissewwa l-ħsara kollha mehtiega, il-wied jerġa’ jiġi għal li kien bit-tħawwil tas-siġar mitlufa, il-bini tal-ħitan li waqgħu u t-tneħħija tal-ħaxix ħazin? L-awtorità meta se tara li jittieħdu l-passi mwegħda peress li minkejja li għadda ħafna zmien s-sit għadu maqlugh u ikrah?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’rappreżentazzjonijiet saru mis-Segretarjat tat-Turizmu mal-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika biex jinbidel il-metodu ta’ kif jiġu mkejla kemm iqattgħu ljieli fostna t-turisti? Għaliex intalbet din il-bidla? X’differenza se tagħmel fl-istatistika? Minn meta se tibda sseħħ din il-bidla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-Segretarjat Parlamentari għat-turiżmu ma għamel l-ebda rappreżentazzjonijiet mal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika sabiex jinbidel il-metodu ta’ kif jitkejlu l-iljieli li jqattgħu fostna t-turisti.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8338 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hija l-ispiża fis-sena, u kemm kienet l-ispiża fis-sena 2008, biex issir il-manutenzjoni tat-toroq sekondarji kollha ta' Malta u Għawdex? Jista' jingħata rendikont ta' din l-ispiża lokal lokal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8904, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-ispiża li saret minn kull Kunsill Lokali fuq il-manutenzjoni tat-toroq għas-snin finanzjarji 2007-2008 u 2008-2009. Kif jista’ jara l-Onorevoli Interpellant, l-ispiża tvarja minn sena għal sena u minn Kunsill għall-Kunsill.
Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex ikollha l-permess tgħaddi d-dawl u l-ilma fl-appartament tagħha, però wara tliet xhur għad m'għandhiex dan il-permess? Jista' jgħid x'qed iżomm milli jingħata dan il-permess daqshekk sempliċi? Għalfejn ċittadini bħal din qed jiġu esasperati għal xi ħaġa daqshekk bażika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skont l-informazzjoni li għandi mill-MEPA ma naħsibx li l-Onorevoli Interpellant huwa korrett fil-kritika tiegħu.
Jirriżulta li l-applikant u l-Perit nkarigat ġew ikkuntatjati mill-MEPA fejn ġie spjegat lilhom xi punti/problemi li qed iżomm dan iċ-ċertifikat milli joħroġ.
Nissuġerixxi li l-Onorevoli Interpellant jitlob lil applikant sabiex jagħmel kuntatt mal-Awtorità sabiex dawn il-punti jiġu riżolti.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret mill-green wardens f'pajjiżna s'issa? Kemm għandna green wardens? Xi training għandhom? Kemm tressqu nies il-Qorti fuq rapporti li saru mill-green wardens? Fuq liema tipi ta' reati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12040.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — kirjiet ta' għamara u pitturi u pjanti
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11659 u jgħid jekk sarux xi kirjiet ta' għamara u/jew pitturi u/jew pjanti mill-uffiċċju tiegħu u dekasteri oħra li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jinfurmani fid-dettall xi flejjes qed jitħallsu għal dawn il-kirjiet separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteru tiegħu ma sarux kirjiet ta’ għamara, pitturi u pjanti.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema abbażi ta’ kuntratt
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11668 u jgħid kemm huwa numru ta' ħaddiema u/jew uffiċjali li fil-preżent jaħdmu abbażi ta’ kuntratt fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.