Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern vis-a-vis il-ħaddiema tal-IPSL?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12025, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Industrial Projects and Services Ltd (IPSL) twaqqfet fit-2003 biex, skond il-ftehim li kien sar bejn il-Gvern u l-General Workers Union f’Novembru 2003, “tassorbi lil dawk il-ħaddiema li ma ntgħażlux biex ikomplu jaħdmu fix-xogħol ta’ tiswija tal-vapuri u x-xogħol ta’ l-azzar wara r-ristrutturazzjoni tat-tarznari, bl-iskop li jiġu salvagwardati l-impjiegi ta’ dawn il-ħaddiema.
Skond l-istess ftehim, il-Gvern kien iggarantixxa li jsib xogħol alternattiv u addattat għal kull wieħed mill-ħaddiema li jintbagħtu mal-IPSL. Dan ix-xogħol kellu jinstab jew mal-Gvern stess u entitajiet pubbliċi jew PPP’s jew anke mal-privat basta b’mod volontarju. Kien ġie maqbul ukoll li l-ħaddiema involuti kellhom iġorru magħhom il-pagi bażiċi li kienu jgawdu qabel tpoġġew fl-IPSL u dan fuq bażi personali.
Il-politika tal-Gvern vis-à-vis l-IPSL ma nbidlitx u l-Gvern dejjem mexa skond dan il-ftehim. Fil-fatt il-ħaddiema kollha ġew
deployed
fis-Servizz Pubbliku fuq xogħol produttiv dejjem skond il-provedimenti tal-ftehim imsemmi.”
Xejn ma jeskludi li dal-mudell ma jerġax jintuża jekk ikun fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħhom.
Apparti hekk l-IPSL illum qed tintuża wkoll biex tgħin lil l-MPO biex tiġġestixxi ħaddiema li jsirilhom
revocation of detailing
minn ċertu entitajiet. B’dan il-proċess li jinkludi wkoll
re-skilling
fejn meħtieġ qed jiġu mgħejjuna, fost l-oħrajn, il-Kunsilli Lokali billi dawn il-ħaddiema jiġu
deployed
biex jagħmlu xogħol siewi fil-lokalitajiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi ħsieb għandu l-Gvern fejn jidħlu ħaddiema tal-IPSL mal-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern qed jagħti għajnuna lill-Kunsilli Lokali permezz ta’ numru ta’ ħaddiema. Dawn qed jitħallsu direttament mill-gvern u jaħdmu mal-Kunsilli Lokali. (135 f’Malta u 40 f’Għawdex). Riċentement daħħalna skema oħra – Community Work Scheme – li permezz tagħha 100 persuna li kienu ilhom jirreġistraw aktar minn 5 snin qed jaħdmu fil-lokalitajiet mal-Kunsilli Lokali. Il-gvern beħsiebu jkompli jgħin lill-Kunsilli Lokali b’riżorsi umani kull fejn ikun possibbli.
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta twaqqfet il-IPSL kemm spiċċaw ħaddiema? Għal liema raġuni spiċċaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-kumpanija IPSL bdiet topera b’902 ħaddiem li ġew miż-żewġ tarnari. Minn dawn id-902, 419-il ħaddiem ħadu l-opportunità ta’ skema ta’ irtirar kmieni u irriżenjaw.
Minn dak inhar sal-lum itterminaw l-impjieg tagħhom minn mal-kumpanija IPSL 56 ħaddiem u r-raġunijiet kienu ta’ riżenji, rtirar bil-61 sena u mwiet.
Awtorità ta' Malta dwar Ambjent u l-Ippjanar — Enforcement Unit - impjegati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri fl-Enforcement Unit tal-Awtorità ta' Malta dwar Ambjent u l-Ippjanar bħalissa?
Jista' jagħti rendikont tal-ħidma tagħhom minn Jannar din is-sena 'l hawn? Kif inhuma
deployed
?
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma d-data li fiha il-Kabinett approva l-iffirmar tal-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara?
Meta ġie ffirmat? Jikkonferma li l-kumpanija Hutney-Bateman kienet kitbitlu dwar allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet fl-aġġudikazzjoni xahar qabel ma dehret in-notifika tad-Dipartiment tal-Kuntratti fuq in-
notice board
fit-3 ta' April 2009? X’passi ħa wara l-kontroversja li qamet biex jiżgura li d-Dipartiment tal-Kuntratti onora klawżola 1.19 rigward
instructions to bidders
fejn jintqal li
"all bidders will receive notification about the success or otherwise of their bid
…".
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-kumpanija Hutney Bateman ġiet mgħarrfa dwar dan, billi dawn insistew diversi drabi li qatt ma rċevew notifika simili, tant li allegatament ġew mgħarrfa biss fl-4 ta' Mejju, 2009 fejn ġew riferuti għan-notice board tad-Dipartiment tal-Kuntratti u fejn qalulhom li l-għaxart ijiem tal-appell kienu skadew?
Fid-deliberazzjonijiet fil-Kabinett ittieħed in konsiderazzjoni l-fatt li l-użu tal-gass naturali kien wieħed mir-rakkmandazzjonijiet tar-rapport dwar l-enerġija li ħejja il-Ministeru tar-Riżorsi kif wkoll l-abbozz oriġinali tal-Kumitat dwar it-Tibdil tal-Klima? Ittieħdu in konsiderazzjoni ir-running costs bejn impjant b’gass naturali fuq medda ta’ snin b’paragun mal-alternattivi l-oħra konsidrati? Kemm ġew ikkonsultati environmental experts tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar l-element ta’ toxic waste li l-impjant il-ġdid se jkun qed jarmi kuljum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant id-diskussjonijiet fil-Kabinett m’humiex materja fid-dominju pubbliku.
Nonostante dan infakkar l-Onorevoli Interpellant li bi qbil mal-Kabinett dil-materja ġiet riferuta lill-Kumitat għall-Verifika tal-Kontijiet Pubbliċi liema Kumitat talab l-intervent tal-Awditur Ġenerali.
Infakkar ukoll li wara li jitlesta r-rapport tal-Awditur Ġenerali dan is-suġġett ser ikun ukoll diskuss f’dan il-Parlament.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12184, 11929 u 11718 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jara li jsir bus shelter fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta, fi Triq il-Knisja ma' Triq iż-Żejtun, Tarxien li ilu mwiegħed snin? L-Awtorità dwar it-Trasport fl-2007 kienet ressqet pjanta quddiem il-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien ta' kif kien sejjer jitwaqqaf dan il-bus shelter u issa sentejn wara reġgħet waslet xitwa oħra u din il-bus shelter għadha ma saritx.
Għawdex — Industrial Projects and Services Ltd - informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid l-għoxrin impjegat li ġew trasferiti għall-Industrial Projects and Services Ltd f’Għawdex fejn kienu jaħdmu qabel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-impjegati li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma uffiċjali pubbliċi li kienu detailed mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u li ntbagħtu lura fis-Servizz Pubbliku wara li ġie revokat lilhom id-detailing mal-Korporazzjoni. Bħalissa jinsabu amministrati mill-IPSL fuq xogħolijiet f’Għawdex.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — spezzjoni ta' post
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12246 u 11945 u jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan li qed jitlob lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tagħmel inspection tal-post, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li dan l-anzjan iħoss li huwa ta' periklu?
Awtorità Maltija tat-Turiżmu — proġetti għall-Qawra, Buġibba, Salina u San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta ħaditx il-konferma mill-Planning and Priorities Coordination Division biex tibda l-proġetti maħsuba għall-Qawra, Buġibba, Salina u San Pawl il-Baħar?
Jekk iva, kemm huma dawn il-fondi strutturali mill-Unjoni Ewropea?
Jista' jgħid jekk apparti dawn il-fondi hux se jkun hemm fondi oħra ivvotati għal dawn il-progetti minn fondi pubbliċi? Jekk iva, kemm?
Jista' jgħid xi tħejjijiet s'issa għamlet l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta dwar dawn il-proġetti, u dan b'referenza għat-tweġiba parlamentari li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 512 tat-23 ta' Mejju 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorità tat-Turiżmu (MTA) ssottomettiet żewġ (2) proġetti għal konsiderazzjoni tal-Planning and Priorities Coordination Division (PPCD), wieħed dwar tisbiħ ta’ żewġ żoni turistiċi jiġifieri tas-Sliema u l-Qawra u li jinkludi l-krejazzjoni ta’ bajja ġdida ġewwa l-Qawra u l-ieħor li jinkludi l-bini ta’ Akwarjum fil-Qawra, bini ta’ ġnien u tisbiħ f’Pembroke inkluż cycle trail, u tisbiħ max-xatt (promenade) f’San Pawl il-Baħar.
Dawn iż-żewġ proġetti ġew approvati mill-
PPCD
u l-MTA ser tingħata flus (taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2007-2013) biex timplimenta dawn il-proġetti. Il-fondi jammontaw għal madwar €4,500,000 u madwar €12,351,000 rispettivament – mingħajr il-komponent tal-
VAT
. Parti minn dawn il-fondi huma pubbliċi peress li l-proċess ta’ ko-finanzjament jammonta għal 85% (fondi Ewropej) u 15% (fondi lokali). L-Awtorità tat-Turiżmu se tkun mitluba tinvesti finanzi oħra sabiex tkopri dawk il-komponenti tal-proġetti li m’humiex eliġġibbli, pero’ dan l-ammont għadu ma jistax jiġi determinat b’eżattezza.
L-Awtorità diġà nediet numru ta’
tenders
relatati ma’ dawn il-proġetti u qed taħdem fuq
tenders
oħra li għandhom jiġu mnedija aktar tard din is-sena. L-Awtorità applikat ukoll għal numru ta’ permessi tal-MEPA u dawn ġew approvati. Ix-xogħol fuq is-siti għandu jibda tard din is-sena.
Proġetti turstiċi — upgrade tal-infrastruttura u ambjent
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti turistiċi u oħrajn għal upgrade tal-infrastruttura u ambjent, hemm maħsuba partikolarment għall-area ta' Buġibba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorità tat-Turiżmu (MTA) qed taħdem fuq żewġ (2) proġetti prinċipali għaż-żona ta’ Buġibba / Qawra / San Pawl il-Baħar u li ser jiġu ko-finanzjati mill-fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea.
Wieħed minn dawn il-proġetti jinkludi tisbiħ tal-kosta tal-Qawra u li jinkludi wkoll il-kreazzjoni ta’ bajja ġdida; il-bini ta’ attrazzjoni turistika li tinkludi Akwarju Pubbliku, ukoll fil-Ponta tal-Qawra; u tisbiħ (
upgrading
) tal-
promenade
max-xatt mill-Menqa sa l-iskola primarja, f’San Pawl il-Baħar.
Nirreferi għar-risposti 7038 u 7040 għal aktar dettalji.
Ħal Tarxien — tempji neolitiċi - viżitaturi/turisti
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11401, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk għall-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, il-lokalità ta' Ħal Tarxien hijiex meqjusa bħala lokalità/żona turistika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lokalità ta’ Ħal Tarxien għal raġunijiet ta’ ħlas ta’ liċenzji u kontribuzzjonijiet lill-Awtorità tat-Turiżmu m’hix meqjusa bħala lokalità turistika. Dan joħroġ mit-Tieni Skeda ta’ l-Avviż Legali Nru. 87 ta’ l-2005 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Drittijiet għat-Turiżmu ta’ l-2002. (Fees Regulations)
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — żvilupp fil-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'applikazzjonijiet hemm pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u oħrajn li ngħataw għal żvilupp fil-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li hemm diversi applikazzjonijiet pendenti u deċiżi fl-inħawi u fuq il-Bajja ta’ San Ġorġ, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed titlob li fil-mistoqsija jiġi speċifikat x’tip ta’ żvilupp qed issir refenza għalih.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu t-time frame li fih għandha tingħata risposta, imqar b'acknowledgement, lill-emails li jintbagħtu lill-uffiċjali fil-Ministeru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'inhi r-raġuni għaliex xi emails iridu jgħaddu ħafna ġranet sabiex tingħatalhom risposta jew acknowledgement?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħala regola, iż-żmien stipulat biex tintbagħat acknowledgement għal xi korrispondenza, inklużi e-mails jew kommunikazzjoni mill-websites, huwa ta’ ġurnata minn meta din tasal. Risposta definittiva jew xi forma ta’ risposta temporanja tingħata fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol.
Ta’ min japprezza li
e-mails
li jkunu indirizzati dirett fuq l-
e-mail
ta’ xi uffiċjal partikolari jistgħu jinfetħu biss mill-uffiċjal konċernat. Għalhekk jista’ jagħti l-każ li, jekk l-uffiċjal ikun indispost jew ikun assenti mix-xogħol għal xi raġuni oħra, l-
e-mails
ma jinfetħux mill-ewwel.
Fuq kollox, ta’ min iżid li, għalkemm l-uffiċjali pubbliċi huma mistennija jagħmlu l-almu tagħhom biex jipproċessaw korrispondenza fit-
time frames
stipulati, ikun hemm ċirkostanzi fejn din tkun ta’ natura aktar komplessa u tkun tirrikjedi aktar żmien biex tiġi investigata u tingħata risposta aktar komprensiva.
Kunsilli Lokali — Segretarji eżekuttivi - liġi ġdida
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid issa li daħlet il-liġi ġdida tal-kunsilli lokali, kemm hemm persuni fuq il-lista tal-pool tas-segretarji eżekuttivi li qed jistennew biex jibdew iħaddmu bħala segretarji eżekuttiv f'xi wieħed mill-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għadha kemm ħarġet ċirkulari MPO 106/2009 li titlob applikazzjonijiet minn dawk l-uffiċjali pubbliċi li jixtiequ jiġu kkunsidrati biex jifformaw il-‘pool’ tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali. Din is-sejħa tagħlaq nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Novembru 2009. Wara li jidħlu l-applikazzjonijiet ikun irid isir kors biex jintgħażlu dawk li ser jiffurmaw il-‘pool’.