Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12642 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill tan-nurses u medical council — tobba u nurses

Question

Ġaladarba jidher li f'Malta hawn nuqqas ta' tobba u nurses u li kemm il-Gvern kif ukoll il-privat isibuha diffiċli biex isibu dawn il-professjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid għala l-Gvern ma jiftaħx il-possibilità li jiġu tobba u nurses mill-Filippini u l-Indja u li għandhom standard tajjeb ħafna? Għala l-medical council u l-kunsill tan-nurses jagħmlu ostakli kbar għal dawn il-professjonisti? Xi kriterji jintużaw biex jingħataw permessi għal tobba u nurses li ma jiġux mill-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11712 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11494 u 10739 u jgħid jekk f’dawn l-aħħar tliet snin sarux xi talbiet jew rappreżentazzjonijiet mill-Gvern Malti lill-Unjoni Ewropea fejn jidħol it-trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienu dawn u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li kien hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11494.
Leg 11 PQ #11779 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dokument tal-dikjarazzjoni ta' l-Indipendenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11168 u jikkonferma rapporti li dehru fil-media li d-dokument tal-dikjarazzjoni ta' l-Indipendenza ma jistax jinstab? F'każ li jiċħad dawn ir-rapporti, jista' jgħid fejn jinstab dan id-dokument? F'każ li jikkonferma dawn ir-rapporti jista' jgħid x'passi ħa l-Gvern biex dan id-dokument jinstab?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12278.
Leg 11 PQ #11846 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Għarb - Mushroom farm

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar l-applikazzjoni għal mushroom farm fl-Għarb Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda policy speċifika li tirregola biss il-“Mushroom farms”. Dawn huma regolati b’ġabra ta’ policies li japplikaw għall-inħawi li jinsabu ‘l barra miż-żoni indikati għall-iżvillup urban. Hemm ukoll proċeduri ambjentali, bħal ngħidu aħna Environmental Impact Assessments (EIA’s), li jistgħu jkunu rilevanti skond il-merti tal-każ.
Leg 11 PQ #11920 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mediterran — studji dwar traċċi ta' tossiċi

Question

Minħabba rapporti li kien hemm fl-istampa internazzjonali bl-isem ta’ Mediterranean is becoming a dumpsite, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk qattx ġew ikkummissjonati studji lokali jew barranin biex jaraw jekk hemmx xi traċċi tossiċi fl-ibħra ta' madwar gżiritna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12170.
Leg 11 PQ #11928 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Ismijiet tat-Toroq — waħħil ta' isem

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11704 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jordna lid-Dipartiment tal-Ismijiet tat-Toroq biex jitwaħħal l-isem ta' sqaq li ġie approvat bl-isem Sqaq Nru 1, Triq Atlone, Paola?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12183.
Leg 11 PQ #12028 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema tal-IPSL

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fil-bidu meta twaqqfet l-IPSL? Kemm hemm illum u fejn huma assenjati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-kumpanija IPSL bdiet topera fil-31 ta’ Ottubru, 2003 b’902 ħaddiem li kienu ġew minn maż-żewġ tarznari li minnhom 419 ħaddiem ħadu l-opportunità li jirriżenjaw minn mal-kumpanija b’riżultat ta’ skema ta’ rtirar kmieni mix-xogħol offruta lilhom mill-Gvern. Preżentament il-kumpanija għandha fuq il-kotba tagħha 471, magħmulin minn 427 ex-ħaddiema tat-tarznari li ilhom fuq il-kotba tagħha sa mill-bidu tat-twaqqif tal-IPSL u 44 ħaddiem ieħor li ġew assorbiti mal-IPSL minn entitajiet oħra matul is-snin sal-lum. Ma’ dawn l-IPSL qed ukoll tiġġestixxi numru ta’ ħaddiema (109) li qabel kienu ‘detailed’ mal-Korporazzjoni tas-Servizzi ta’ l-Ilma wara li dawn ġew dikjarati bħala żejda għall-bżonnijiet ta’ l-istess Korporazzjoni. Dawn huma mifruxa fid-dipartimenti tal-Gvern, Kunsilli Lokali kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, entitajiet governattivi, awtoritajiet u korporazzjonijiet tal-Gvern u entitajiet privati.
Leg 11 PQ #12029 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment għall-Gvern Lokali — skemi u inizjattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi li għandu d-Dipartiment għall-Gvern Lokali u s-Segretarjat għal Djalogu Pubbliku u Informazzjoni ? Meta daħlu fis-seħħ? Minn huma dawk il-persuni li jagħrblu u jivvalutaw kull skema\inizjattiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għas-sena finanzjarju 2009 il-Kunsilli Lokali ngħataw żieda diretta fl-allokazzjoni ta’ sbatax fil-mija (17%). Barra iż-żieda diretta fl-allokazzjoni l-Kunsilli Lokali setgħu ukoll japplikaw għal fondi oħra minn diversi skemi ta’ fondi speċjali li ġew mnedija matul din is-sena:- Dawn l-iskemi kienu:- 1. Fondi għall-Attivitajiet Kulturali-Data tal-Memo 3/12/08- Closing date 09/01/09 2. Fondi għall-Attivitajiet u inizjattivi sportivi-Data tal-Memo 22/01/09- Closing date 20/02/09 3. Fondi għall-Ħolqien ta’ enerġija Nadifa-Data tal-Memo 16/12/08 4. Fondi għall-Lokalitajiet bi bżonnijiet partikulari-Data tal-Memo 21/04/09- Closing date 29/05/09 5. Fondi għal proġett speċjali-Data tal-Memo 18/08/09- Closing date 15/09/09 6. Skema għal Lokalitajiet Indaf-Data tal-Memo 05/08/09- Closing date 10/08/09 7. Local Green Challenge Award -Data tal-Memo 29/04/09- Closing date 31/07/09 8. Local Enterprise Award -Data tal-Memo 29/04/09- Closing date 31/07/09 9. Għajnuna biex isir studju dwar lokalitajiet sostenibbli-Data tal-Memo 19/02/09- Closing date 27/03/09 Fil-każ tal-fondi għall-attivitajiet kulturali u dawk sportivi reġgħu nħarġu l-applikazzjonijiet għall-2010 u bħalissa qed jiġu evalwati. F’kull każ il-grupp ta’ persuni li jevalwaw l-applikazzjonijiet ikunu immexxija mid-Direttur tad-Dipartiment għal Gvern Lokali.
Leg 11 PQ #12030 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — abbużi

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-investigazzjonijiet li saru fuq abbużi li għamlu xi kunsilli lokali? Liema huma dawn il-kunsilli lokali ? X'kienu l-allegazzjonijiet ta'abbużi ? X'passi ttieħdu mid-dipartiment għall-Gvern Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12031 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — ksur ta' regolament finanzjarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li kisru regolamenti finanzjarji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12032 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

post għall-għadd tal-voti

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-għadd tal-voti għall-elezzjoniet ġenerali, għall-kunsilli lokali u għall-Membri tal-Parlamentari Ewropew mhux se jibqgħu jsiru n-Naxxar? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għaliex u fejn se jibda jsir l-għadd tal-voti ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12217 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hexagon House — irwejjaħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11957 u ċioe: B'referenza għall-Hexagon House li bħalissa tinsab okkupata mill-ħaddiema tal-EPD tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li: a) il- measuring intruments li hemm biex jagħmlu monitoraġġ tal- hydrogen sulphide mhumiex kapaċi jagħmlu detection anke tal-aktar livelli baxxi? b) ix-xogħlijiet konnessi maċ-ċirkolazzjoni tal-arja u l-filtration iwasslu biex l-arja tidħol ġol-bini minflok viċi versa bil-konsegwenza li r-riħa tidħol aktar 'il ġewwa fil-bini nnifsu? ċ) dan kollu diġà ġie sostanzjat minn engineer ikkummissjonat mill-awtorità nnifisha? d) kien hemm ċirkostanzi fejn membri tal-istaff intbagħtu d-dar minħabba r-riħa li kien hemm u ġieli qalulhom li jekk qed iħossuhom skomdi setgħu jmorru d-dar u jagħmlu x-xogħol minn hemm? e) waħda mill-kawżi ewlenin għall-irwejjaħ fl-akwati hija bad practice min-naħa ta' kumpanija li tuża waste oils b'mod li bih qed tagħmel connectivity illegali mas-sewers u anke tagħmel discharging illegali permezz ta' sewers kif ukoll tal-culverts fil-qrib? f) din il-kumpanija ġiet identifikata, iżda ma tteħditx azzjoni kontriha minħabba pressjoni politika li setgħet saret biex jieqaf kollox?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li: a) Il- measuring instruments li hemm installati Hexagon House huma ddizinjati b' detection level ta' 100 ppb ( parts per billion ). Dawn huma livelli ta' detection baxxi biżżejjed biex ikejjlu livelli li jistgħu jikkawżaw ħsara lis-saħħa tal-bniedem. b u c) Is-sistema tal-ventilazzjoni li ilha tintuża għal snin sħaħ minn meta kien hemm l-HSBC, taħdem fuq il-prinċipju li kull arja li tidħol fil-bini tiġi ffiltrata u tgħaddi minn sistema ta' charcoal filters li tneħħi ammont ta' arja kkontaminata minn barra. Din is-sistema dejjem ħadmet tajjeb ħlief għal ftit ġranet fil-bidu ta' meta beda jintuża l-bini mill-MEPA minħabba li s-sistema ma kienitx ibbilanċjata sew. Il- management ħa ħsieb li jinstalla ukoll sistema ta' double doors b ’ purtieri tal-arja. Dawn l-inizzjattivi għenu biex infiltrazzjoni ta' irwejjaħ minn barra ma jidħlux ġewwa. L-awtorità ma għandhiex ir-rapport oriġinali meta ġiet ikkummisjonata s-sistema, imma din is-sena saru rapporti sew fuq is-sistema ta' ċirkulazzjoni kif ukoll analiżi ta' l-arja interna. L-Awtorità għamlet xogħolijiet oħra biex tkompli tameljora l-ambjent intern. d) Kien hemm okkażżjoni waħda meta l-MEPA ordnat evakwazzjoni tal- istaff tagħha minn Hexagon House. Dan kien l-inċident meta daħal fil-bini hydrogen sulphide gas mis-sistema tad-drenaġġ. Matul l-aħħar sena kien hemm xi tlett okkażżjonijiet meta l- management informa lill-ħaddiema li min kien qed iħossu skomdu seta jaħdem mid-dar jew jantiċipa l- break . Kienu biss numru żgħir ta' ħaddiema li fil-fatt għażlu li jitilqu. Dan għaliex dawn it-tlett każijiet, li kienu kkawżati minn ħatt ta' fuel minn fuq vapuri fil-Menqa, damu biss għal ħin qasir u l-irwejjaħ telqu wara ftit. Dawn il-każijiet kienu ta' inkonvenjent iżda ma kienux ta' periklu għall-haddiema. e) Il-MEPA qabdet operatur illi kellu discharge illegal għas-sistema tad-drenaġġ. f) Il-MEPA bagħtet l'evidenza lill-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma sabiex tieħu il-passi bil-liġi, billi din hija l-aġenzija illi għandha awtorità legali fuq il-kwalità ta’ discharges fid-drenaġġ. g) F’dan l-istadju, il-MEPA ikkonċentrat fuq il-bini li huwa responsabbilità diretta tagħha.
Leg 11 PQ #12247 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tarxien — Triq il-Pelikani - lampa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11942, li oriġinarjament saret lill-Ministur għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jara li terġa' titwaħħal mill-ġdid lampa li nqalgħet minn Triq il-Pelikani, Tarxien sakemm inbena post, peress li għadha ma twaħħlitx b'dannu għar-residenti li jinsabu fi dlam ċappa meta ninsabu fis-sena 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Din hija responsabbilità tal-Kunsill Lokali Tarxien u d-Dipartiment ikkonċernat se jgħaddi din it-talba lil Kunsill Lokali.
Leg 11 PQ #12497 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tarxien — Triq il-Pelikani - lampa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12247 u 11942, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jara li terġa' titwaħħal mill-ġdid lampa li nqalgħet minn Triq il-Pelikani, Tarxien sakemm inbena post, peress li għadha ma twaħħlitx b'dannu għar-residenti li jinsabu fi dlam ċappa meta ninsabu fis-sena 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12247.
Leg 11 PQ #12513 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuna li taħdem part-time mal-gvern — leave u sick leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk persuna li tkun qed taħdem fuq bażi part-time mal-Gvern u li taħdem 20 siegħa fil-ġimgħa, hix intitolata għal-leave/sick leave?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Persuna li tkun qed taħdem fuq bażi part-time mal-Gvern u li taħdem 20 siegħa fil-ġimgħa hija ntitolata għal leave u sick leave pro-rata, li jiġi ikkalkulat abbażi tas-siegħat li jaħdmu l-kollegi tagħha li huma full-timers.
Leg 11 PQ #10822 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu — benefiċjarji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu l-iskemi t’għajnuna tal-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-2004 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benefiċjarji (lukandi, vilel, eċċ) ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu fondi Ewropej?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11979.
Leg 11 PQ #11496 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fgura — Triq Kampanella - xogħlijiet ta' drenaġġ - generator

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10200 u jgħid għaliex fi Triq Kampanella, l-Fgura bħala parti mix-xogħlijiet tad-drenaġġ li qed isiru fl-inħawi ta' Smart City qed jitħalla generator jaħdem lejl u nhar bi tniġġiż kontinwu u rwejjaħ ta' diesel b'dannu ghar-residenti ta' din it-triq? Jista' jgħid jekk dan il-generator għandux jitħalla jniġġes bil-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u jekk l-ufficjali tal-awtorità marrux jinvestigaw l-ilmenti tal-familji li hemm fl-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11711.
Leg 11 PQ #11965 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali Ħal-Għargħur — Dipartiment tal-Artijiet - xogħlijiet estensivi

Question

Nirreferi għal sit fil-Qasam tad-Djar tax-Xwieki f'Ħal-Għargħur li għal dawn l-aħħar 15-il sena kien qed jiġi amministrat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal-Għargħur wara li dan kien għamel xogħol estensiv ta' tindif u investiment sabiex is-sit jiġi mdawwar b' fence ħalli jkun jista' jintuża bħala area rikreattiva. Jidher li dan is-sit gie mgħoddi mid-Dipartiment ta' l-Artijiet lill-Kunsill Malti għall-Isport u issa nbeda l-proċess sabiex dan is-sit jgħaddi għand għaqda sportiva. Jista' l-Prim Ministru jispjega kif saru dawn it-trasferimenti mingħajr ma ġie kkonsultat l-Kunsill Lokali ta' Ħal-Għargħur kif titlob il-Liġi dwar il-Kunsilli Lokali, speċjalment meta d-Dipartiment ta' l-Artijiet kien konxju tax-xewqa li dan is-sit jiġi devolut lill-Kunsill Lokali tant li fil-passat kien ukoll appoġġja applikazzjoni li l-Kunsill Lokali kien għamel sabiex jigi żviluppat Ġnien Ġubbliku fl-istess sit? Jista' jispjega għaliex il-Kunsill Malti għall-Isport kompla għaddej bil-proċess tal-għoti tas-sit lill-għaqda sportiva meta kien infurmat mill-Kunsill Lokali bl-oġġezzjoni tiegħu għal dan it-trasferiment? Jista' jgħid jekk il-Kunsill Lokali hux ser jingħata xi kumpens ta' l-investiment li sar matul is-snin u li tali investiment kien sar bil-barka tad-dipartment tal-Gvern responsabbli minn dan is-sit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12218.
Leg 11 PQ #12022 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera — ittra ta' twissija mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk il-kunsilliera li rċevew ittra ta' twissija mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali minħabba aġir irresponsabbli? X'inhu l-aġir ta' kull wieħed/waħda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li d-Dipartiment joħroġ numru kbir ta’ twissijiet dwar aġir irresponsabbli, l-Onorevoli Interpellant hu ġentilment mitlub jindika dwar x’tip ta’ aġir irresponsabbli qed jirreferi għalih.
Leg 11 PQ #12023 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema għall-community workers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-iskema/inizjattiva għal-community workers li jibdew jaħdmu fil-kunsilli lokali bdietx jew le? Jekk iva, kemm għandu minn dawn il-ħaddiema kull kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema għall-Community Workers bdiet uffiċjalment fil-31 ta’ Lulju 2009 u l-ewwel ħaddiema bdew jaħdmu f’din l-iskema f’nofs Awwissu 2009. Dawn bdew jiġu assenjati mal-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex. Illum hemm 96 minn dawn il-ħaddiema. Ta’ min isemmi li l-iskema għada waħda pilota. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tabella li turi dawn il-ħaddiema kif inhuma mqassmin mal-Kunsilli Lokali.