Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12085 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — applikazzjonijiet

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10565, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi it-tifsira ta' kull programm: Europe for Citizens, Youths in Action, MED, Youth in Action-EVS, Youth in Action-Youth Initiative, ERDF, ERDF-Education, Rural Funds Measure 313, Rural Funds Measure 323? Jista' jgħid x'benefiċċju għandu kull programm u fejn waslet it-talba li għamlu l-kunsilli lokali għall-applikazzjoni biex jibbenefikaw minn wieħed jew aktar minn dawn il-programmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12121 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — parteċipazzjoni sportiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fid-dawl li l-kunsilli lokali qed jiġu mħeġġa biex jagħtu s-sehem tagħhom biex iwessgħu l-parteċipazzjoni sportiva fost il-komunitajiet tagħhom, x'qed jagħmel il-Gvern għal dan il-għan ? X'inizjattivi ħadu l-kunsilli lokali s'issa ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Jannar 2009 twaqqfet Skema dwar Inizzjattivi Sportivi fejn il-Kunsilli Lokali kollha ġew imħeġġa japplikaw għall-fondi taħt din l-iskema (Memo 5/2009). Minn 46 Kunsill applikant, ġew aċċettati 24 Kunsill li bejniethom imgħataw jew se jingħataw is-somma ta’ € 60,000. Ta’ min isemmi li ġiet imnedija skema oħra għas-sena 2010 li għadha kemm għalqet. L-inizjattivi li saru s’issa kienu jinkludu attivitajiet sportivi għall-kommunità, diskussjonijiet dwar saħħa u l-importanza tal-isports, aerobic sessions għal kulħadd, ġiri u attivitajiet oħra li jinkoraġixxu l-parteċipazzjoni sħiħa tal-kommunita.
Leg 11 PQ #12555 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — uffiċċju tal-awditur - top management

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk f'kemm ilu mwaqqaf l-uffiċċju tal-awditur fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qattx inħarġu struzzjonijiet minn membri fit-top management tal-Awtorità lill-istaff tad-direttorati sabiex ma jirreferux każijiet għall-investigazzjoni tal-awditur mingħajr ma jkunu għaddew mingħand l-istess membri tat-top management? Jekk iva, jista' jgħid jekk din l-ordni għadhiex fis-seħħ? Jekk iva, jħoss li tmur kontra l-kunċett u l-ispirtu tal-whistleblowing?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12556 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Summit dwar it-tibdil tal-klima f'Copenhagen

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma l-attendenza tiegħu għas-summit dwar it-tibdil tal-klima f'Copenhagen?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-intenzjoni hija li nattendi għas-Summit dwar il-Bidla fil-Klima f’Copenhagen li ser jinżamm ix-xahar id-dieħel.
Leg 11 PQ #12585 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Air Monitoring Units

Question

Billi qed ikun hemm diversi waqtiet li fihom iż-Żejtun/Msida Air Monitoring Units mħaddmin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mhux dejjem joffru data online li mbagħad aktar tard titfaċċa, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk din id-data meta titfaċċa, tkunx qed tidher in real time jew hix qed tiġi fed minn terzi fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar stess fi stadju ulterjuri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba raġunijiet tekniċi fl-ipproċessar tad-data li tinġabar in real time u tiġi pproċesata mis-server fil-Floriana, r-riżultati murija mill-Monitoring Units msemmija ma jkunux mmedjati iżda dipendenti mill-update tad-data li ssir kuljum fit-3:00am. Ċirkustanzi oħra li jwasslu għal dewmien jinkludu ħsarat fl-appart jew qtugħ fil-provista tad-dawl. Ta' min isemmi li ma jkun hemm l-ebda interventi minn terzi fil-ġbir u fl-ipproċessar tad-data.
Leg 11 PQ #12763 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

surveys dwar materji ta' interess pubbliku u statali

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma jekk il-Gvern minn xi ministeru jew ministeri tiegħu, jew permezz ta’ xi korp ieħor li jikkontrolla, riċentement ikkumissjonax jew hux qed jikkummissjona surveys tal-opinjoni pubblika dwar materji ta’ interess pubbliku u statali? Jekk iva, liema surveys ta’ dan it-tip ġew organizzati minn April 2008 'l hawn? Liema organizzazzjonijiet ikkummisjonawhom, mingħand min ikkummissjonawhom u fuq liema suġġetti? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti ta’ dawn is-surveys? Jista’ jgħid kemm kien il-ħlas li sar għalihom, jekk sar, f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12773 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħa mas-Sindku ta' Taormina

Question

Jista' l-Prim Ministru jiċħad jew jikkonferma storja li dehret f'gazzetta lokali dwar kif Ministru partikolari tal-Gvern tiegħu talab laqgħa mas-Sindku ta' Taormina? Jekk huwa minnu li saret din it-tajba, jista' jgħid jekk huwa kienx informat minn qabel u jekk din it-talba saritx b'mod uffiċjali jew le? Jekk ma kienx informat b'din it-talba, jista' jgħd jekk tkellimx mal-Ministri kollha tiegħu dwar din l-istorja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-waqt li niġbed l-attenzjoni li mhijiex il-funzjoni tiegħi li niċħad jew nikkonferma l-istejjer li jiġu pubblikati fil-gazzetti, madankollu niddikjara li jiena m’inhix infurmat b’xi talba li saret kif rappurtat.
Leg 11 PQ #11643 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Sindki u Viċi Sindki

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn kienu s-sindki u l-viċi sindki li servew kemm ilhom li ġew imwaqqfa l-kunsilli lokali, lokal b'lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11644 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — rendikont tas-sena finanzjarja

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti r-rendikont finanzjarju għal kull sena, lokal b'lokal, kemm ilhom imwaqqfin il-kunsilli lokali u jgħid jekk dawn ikunux spiċċaw is-sena bi kreditu jew b'deficit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi kif spiċċaw finanzjarjament sena b’sena, il-Kunsill Lokali, mit-twaqqif tagħhom sallum.
Leg 11 PQ #11645 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — ġemelaġġi ma' postijiet barra minn Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti, lokal b'lokal, il-ġemelaġġi li l-istess kunsilli lokali għandhom ma' postijiet barra minn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-approvazzjoni tat-talbiet kollha għal ġemellaġġi kif ukoll l-istatus ta’ kull talba approvata.
Leg 11 PQ #12063 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — Funding Unit

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10566 u jgħid minn min hu kompost il-Funding Unit tal-MEUSAC?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Funding Unit tal-MEUSAC huwa ffurmat minn dawn l-uffiċjali: (1) Maria Schembri - Kap tat-Taqsima (2) James Buhagiar - Funding Support Executive (3) Alison Camilleri - Funding Support Executive (4) Sharon Farrugia - Funding Support Executive
Leg 11 PQ #12064 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Unjoni Ewropea — Programmi għal kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10564 u jgħid liema huma l-programmi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea li fil-preżent qed jibbenefikaw minnhom l-kunsilli lokali? X'inhu l-budget ta' kull programm? X'inhu l-iskop ta' kull programm? Liema huma l-kunsilli lokali li qed jagħmlu użu minn kull programm? X'inhu l-perjodu ta' użu għal kull programm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12066 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — programmi li bbenefikaw minnhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10567 u jgħid minn meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn xi programm tal-Unjoni Ewropea? Liema hu l-programm? Kemm kien l-ammont fi flus li ibbenefika minnhom kull kunsill? Kemm kien intitolat li jista' jibbenefika minn dan il-programm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12067 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Urban Improvement Fund

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 10543, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħa flus kull kunsill lokali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Leg 11 PQ #12069 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Informazzjoni dwar ċitazzjonijiet minn wardens

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet minn wardens kontra dawk li għamlu kontravenzjoni din is-sena, sal-lum? X'tip ta' kontravenzjoni kienu? F'liema lokalità ħarġet iċ-ċitazzjoni ? Kemm kien l-ammont fi flus li ġew mitluba biex jitħallsu u kemm tħallsu s'issa ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tlett listi li juru l-informazzjoni mitluba u ċioe’: Lista A – l-ammont ta’ flus li ġew mitluba biex jitħallsu u kemm tħallsu s’issa xahar b’xahar Lista B – L-aktar għaxar ċitazzjonijiet frekwenti f’Malta u Għawdex. Lista C – L-ammont ta’ ċitazzjonijiet validi li nħarġu mill-1 ta’ Jannar sat-8 ta’ Novembru 2009 f’kull lokalita’ f’Malta u Għawdex.
Leg 11 PQ #12071 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environmental Initiatives Partnership Programme — fondi miġbura

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn marru l-flus mill-fondi li nġabru sal-31 ta' Lulju 2009 mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Environmental Initiatives Partnership Programme li kien jammonta għall-€2,952.901? B'liema mod il-lokalitajiet ta' pajjiżna bbenefikaw minn dan il-fond ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12488 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Money for Parking scheme

Question

Nixtieq ġentilment nirreferi lill-Prim Ministru għall-iskema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar 'Money for Parking' li permezz tagħha żvilupp ġdid irid ikun marbut mal-ħruġ ta’ permess fejn biex jiżdiedu l-għadd ta’ dwellings jew inkella jinbnew oħrajn irid bilfors jinħoloq parkeġġ jew garaxxijiet għas-sidien ta’ dawn l-appartamenti. Meta jirriżulta li xi propjetarji jew żviluppaturi ma jkunux jistgħu jagħmlu dan jew ma jkunux iridu jibnu garaxxijiet, nifhem li hija l-prassi li jħallsu somma flus lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex ipattu għal dan in-nuqqas ta’ parking space. Nifhem ukoll li dawn il-flus suppost imorru ġo fond biex permezz tagħhom ikunu jistgħu jiġu ndirizzati l-problemi tal-karozzi u tal-parking. Jikkonferma l-Prim Ministru li dawn il-flus minflok intużaw għall-iskop oriġinali tagħhom, parti minnhom intużaw biex tinxtara Hexagon House għat-taqsima ambjentali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm inġabru flus taħt din l-iskema madwar Malta u Għawdex kemm ilha teżisti l-iskema sena b’sena? Kemm minnhom inġabru minn tas-Sliema biss? Kemm mis-somma miġbura marret fuq ix-xiri ta’ Hexagon House?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12491 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Media Consulta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12254 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat ma’ Media Consulta u jgħid x’kien il-maximum coverage tiegħu? Billi jidher li din id-ditta tħallset biss madwar €4 miljuni meta l-kuntratt suppost jagħlaq fi żmien ftit xhur biss, jista’ jgħid jekk xogħol li għalih kienet oriġinarjament qed tiġi kkunsidrata kuntrattwalment ġiex allokat lil kumpanija/i oħrajn fil-qasam tal-public relations u reklamar? Kemm kien hemm kumpaniji short listed qabel ma saret l-għażla aħħarija li allegatament damet 16-il xahar? Liema kienu? Liema kienu l-kumpaniji li ħadu x-xogħol oriġinarjament maħsub li kellu jsir minn Media Consulta? Minn min sar is-selection process u min kienu l-membri tal-bord konċernat? Kemm kien hemm proġetti li fih il-Media Consulta użat l-expertise f’funding tal-Unjoni Ewropea fejn ippruvat iġġib funding għal proġetti ko-finanzjati mal-Gvern Malti lejn pajjiżna? Din il-kumpanija setgħet b’xi mod ġiet rrakkmandata minn xi gvern jew partit politiku barrani? Apparti minn xi xogħol għall-Balearic Islands, kemm kien hemm destinazzjonijiet turistiċi oħrajn fejn il-Media Consulta kellha kuntratti simili fuq skala nazzjonali jew reġjonali? Kif jispjega l-fatt li f’laqgħa tal-Public Accounts Committee f’Ġunju 2007, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tat-Turizmu ta’ dak iż-żmien qal li €10 miljuni minn dan il-kuntratt kellhom joħorġu minn fondi tal-Unjoni Ewropea b’rabta ma’ diversi applikazzjonijiet li kellha taghmel Media Consulta f’isem l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta? Jikkonferma dak li ġie spjegat fl-istess laqgħa li l-ħlas tagħhom kien kopert fil-baġit tal-Ministeru fejn kien hemm item taħt European Union Funds li kien jismu Branding? Il-Gvern għandu xi ħsieb li meta jiskadi l-kuntratt jeżerċita l-option li saħansitra jestendi l-kuntratt b’sena oħra? Jikkonferma li skond media release li ħareġ il-Gvern stess kien intqal mal-iffirmar tal-kuntratt li Media Consulta kienet responsabbli għal €7 miljun annual account li jkopri l-media, advertising, selected public relation services, events u sales promotion activities tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta? Minn dak iż-żmien ‘l hawn l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta għadha taqbel mad-dikjarazzjoni li kien għamel iċ-Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta is-Sur Sam Mifsud appena nħatru Media Consulta bhala International Communications Partners tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta li ‘it’s more evident that these people have what it takes…and more importantly, have the vision and the know how to significantly enhance Malta’s image and presence internationally’? Taqbel mad-dikjarazzjoni li kien għamel dak inhar il-Ministru tat-Turizmu l-Onor. Zammit Dimech li dan l-iżvilupp kien se jwassal biex l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta jkollha ‘a higher return for the money invested in its marketing”? Jekk il-Media Consulta ma jidhirx li għamlet ix-xogħol kollu mistenni minnha ta’ reklamar, kif tista’ tirrikonċilja dan kollu mad-dikjarazzjoni tal-ex Ministru Zammit Dimech li ‘having one agency representing our tourism interests in all core markets should ensure a co-ordinated and clear message of what product Malta is all about”? Id-due diligence dwar l-għażla finali min għamlu? Ma' Media Consulta Malta hemm jaħdmu xi uffiċjali għoljin li setgħu kienu mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta fil-ġimgħat ta’ qabel ma saret l-għażla finali? Kemm kien hemm dipartimenti governattivi u jew aġenziji tal-Gvern li għamlu xogħol ieħor ma’ Media Consulta? Meta sar l-aħħar independent audit mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta biex jiġu skrutinizzati l-effettività tal-media campaigns u public relations assignments tal-Media Consulta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12493 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hexagon House — irwejjaħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12217 u 11957 u ċioe: B'referenza għall-Hexagon House li bħalissa tinsab okkupata mill-ħaddiema tal-EPD tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li: a) il- measuring intruments li hemm biex jagħmlu monitoraġġ tal- hydrogen sulphide mhumiex kapaċi jagħmlu detection anke tal-aktar livelli baxxi? b) ix-xogħlijiet konnessi maċ-ċirkolazzjoni tal-arja u l-filtration iwasslu biex l-arja tidħol ġol-bini minflok viċi versa bil-konsegwenza li r-riħa tidħol aktar 'il ġewwa fil-bini nnifsu? ċ) dan kollu diġà ġie sostanzjat minn engineer ikkummissjonat mill-awtorità nnifisha? d) kien hemm ċirkostanzi fejn membri tal-istaff intbagħtu d-dar minħabba r-riħa li kien hemm u ġieli qalulhom li jekk qed iħossuhom skomdi setgħu jmorru d-dar u jagħmlu x-xogħol minn hemm? e) waħda mill-kawżi ewlenin għall-irwejjaħ fl-akwati hija bad practice min-naħa ta' kumpanija li tuża waste oils b'mod li bih qed tagħmel connectivity illegali mas-sewers u anke tagħmel discharging illegali permezz ta' sewers kif ukoll tal-culverts fil-qrib? f) din il-kumpanija ġiet identifikata, iżda ma tteħditx azzjoni kontriha minħabba pressjoni politika li setgħet saret biex jieqaf kollox?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12217.
Leg 11 PQ #12494 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — compliance certificates - self regulatory

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12213 u 11956 u ċioe: Billi s-sistema tal-compliance certificates hija self regulatory b’responsabilità fuq il-perit, jista’ jgħid x’sistema ta’ awditjar teżisti mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex jiġi assigurat li ma jinħarġux dawn iċ-ċertifikati fuq bini li mhuwiex skond il-permess? Kemm mill-24,851 talba msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11610 saret spezzjoni fuqhom mill-enforcement officer qabel ma nħareġ iċ-ċertifikat? Sa l-aħħar ta’ Ottubru 2009, kemm kien hemm talbiet għal compliance certifactes pendenti quddiem l-awtorità? Kemm minn dawn it-talbiet ilhom pendenti aktar minn xaharejn? Kemm minnhom ilhom pendenti aktar minn erba’ xhur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema tal-compliance certificates (CMP) kif imħaddma bħalissa tistrieħ fuq id-dikjarazzjonijiet u l-informazzjoni li jingħataw mill-periti li jissottomettu applikazzjonijiet għal dawn il-Compliance Certificates. Il-periti huma responsabbli għall-informazzjoni li jiddikjaraw fil-formoli apposta li jissottomettu. Hu mifhum li tali nformazzjoni u dikjarazzjonijiet mogħtija mill-periti huma perfettament korretti, eżatti u dan kemm skond l-etika professjonali kif ukoll skond il-ftehim li kien sar mal-Kamra tal-Periti dwar il-ħruġ ta' dawn il-Compliance Certificates mill-Awtorita`. Mill-banda l-oħra, xorta jsiru spezzjonijiet mill-Uffiċjali ta' l-Infurzar tal-MEPA fuq il-każijiet li mhumiex żgħar, fuq il-każi li m’humiex fiż-Żona ta' Żvilupp, jew fejn ikun hemm xi informazzjoni ambigwa jew nieqsa, qabel jinħarġu Compliance Certificates. Normalment, ma jsirux spezzjonijiet biss fuq żvilupp ta' natura meqjusa bħala relattivament iżgħar (u li jinsabu fiż-żona ta' żvilupp) qabel jinħarġu l-compliances certificates. Ma teżistix għodda diġitali li tista` tikkwantifika kemm saru spezzjonijiet mill-Uffiċjali ta' l-Infurzar rigward talbiet għal Compliance Certificates . Pero` wara li jitqies kemm ġew irrifjutati jew irritornati talbiet, u kemm inħarġu ċertifikati skond il-kategorija tan-natura ta' żvilupp, hu kkalkulat li saru spezzjonijiet fuq madwar 75% tal-każijiet - għalkemm din hi figura li għandha tittieħed bħala li hija approssimattiva ħafna. Rigward l-aħħar parti tal-interpellanza, ninforma illi fl-aħħar ta' Ottubru kien hemm 456 talba pendenti għal Compliance Certificates quddiem l-Awtorita` u li qegħdin ikunu ipproċessati. Minnhom 107 ilhom iktar minn erba' xhur, u hemm 21 oħra li ilhom iżjed minn xahrejn (total ta' 128).