Legislature:
Category:
Reset
Active:

Public Service Expo 2024

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm sejħiet pubbliċi għas-servizzi li ntużaw biex ittellgħet il-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll liema servizzi saru permezz ta’ direct orders, kemm kien il-valur ta’ dawn id-direct orders u għalfejn ma’ saritx sejħa pubblika?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Public Service Expo 2024 – Persuni lebsin t-shirts bil-logo tal-Partit Laburista

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk waqt il-Public Service Expo 2024, kienx hemm persuni lebsin t-shirts bil-logo bid-dettalji li dwarhom qed jingħataw separatament, iduru man-nies u jistaqsu lil dawk preżenti jekk għandhomx “bżonn xi ħaġa”?

Response (ABELA, ROBERT)

Infurmat li kien hemm persuni bi flokkijiet bil-kuluri burgundy, blu skur, blu ċar u abjad u bil-logo tas-servizz pubbliku li bdew jagħtu informazzjoni dwar l-istess EXPO, li kienet miftuħa għal kulħadd.

Pubblikazzjoni “The People of Malta” — Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-pubblikazzjoni “The People of Malta” u kif kienet imqassma n-nefqa? Jista’ jgħid ukoll kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ sejħa pubblika u kemm kienet permezz ta’ direct order?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-pubblikazzjoni The People of Malta ġiet tiswa €1,900 fi stampar fl-istamperija tal-Gvern u ritratti mingħand The People of Malta. Il-ktieb li għall-eżattezza jismu "Dan hu s-Servizz Pubbliku" fih 75 intervista ma' uffiċjali pubbliċi u ntlaqa' tajjeb ħafna minnhom u mill-pubbliku inġenerali.

Vidjo — Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-vidjo “Miegħek f’kull ħin” maħruġ mis-Servizz Pubbliku u kif kienet imqassma n-nefqa? Jista’ jgħid ukoll kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ sejħa pubblika u kemm kienet permezz ta’ direct order?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li dan il-filmat li fuq il-paġna tal-Facebook tas-Servizz Pubbliku rawh mill-inqas 300,000 persuna u kellu wkoll madwar 8,000 interazzjoni. L-istess filmat li xxandar waqt il-konferenzi annwali u fuq l-istazzjon nazzjonali, ġie jiswa €19,550. L-ispiża kienet maqsuma hekk: €4,500 Atturi ,€5,000 Filming, €4,800 Post Production , u spejjeż varji oħra. Il-produzzjoni ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-impjegati tal-amministrazzjoni pubblika. Il-kumpaniji li ħadmuh intgħażlu fuq meriti artistiċi.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2023?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W150.

Sejħiet interni u esterni f’kull Ministeru

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu sejħiet interni u esterni f’kull Ministeru biex jimtlew postijiet (vacancies) fis-settur pubbliku matul April, Mejju u Ġunju 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom imtlew?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Public Service Expo 2024 — Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-Public Service Expo 2024 li saret bejn il-15 u d-19 ta’ Mejju 2024? Jista’ jgħid ukoll kif tqassmet din in-nefqa?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-ispiża hija ta’ €680,840.38. Din kienet tikkonsisti €490,781.04 fl-istands u merchandise , €95,071.93 f’reklamar, €78,219.65 f'ospitalità, €13,508.76 f’servizzi tal-uffiċċju u €3,259 f’assikurazzjoni, saħħa u sigurtà.

Uffiċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2023?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W150.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W150.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Reklami fuq online portals - Nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali — Reklami fuq online portals - Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Kuntratti ma’ kumpanija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-kumpanija msemmija ma għandha l-ebda kuntratt mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew xi entità fi ħdanu.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali – Kuntratti ma’ kumpanija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-kumpanija msemmija għandha kuntratt ta’ €9,000 VAT eskluża mad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem għal perjodu sakemm jigi komplut rapport. L-għan ta’ dan ir-rapport huwa li jevalwa l-liġijiet ta’ pajjiżna u jirrakkomanda bidliet fejn ikun hemm inugwaljanza bejn il-ġeneri.

Premju Ħaddiem tas-Sena – Trofew oriġinali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19183 u ċjoè: Peress li l-Premju Ħaddiem tas-Sena jaqa’ fil-portafoll tal-Ministeru immexxi minnu, jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn jinsab it-trofew oriġinali, li kien beda jingħata sa mill-1990 għal kull sena lir-rebbieħ tal-Premju u li huwa xogħol prestiġjuż tal-artist Malti Noel Galea Bason maħdum fil-bronż, injam u rħam? Jista’ jgħid ukoll meta kienet l-aħħar sena li r-rebbieħ tal-Premju Ħaddiem tas-Sena ngħata t-trofew maħdum minn Galea Bason u x’kienet ir-raġuni li ma baqax jingħata dan it-trofew imsemmi? Peress li dan ix-xogħol artistiku huwa parti mill-wirt artistiku Malti jista’ jassigura li din l-opra ser titpoġġa taħt il-kustodja tal-MUŻA u esebita hemmhekk għall-apprezzament tal-pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-aħħar darba li intuża dan it-trofew kien fl-2009, skont ritratti meħuda mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. Fis-sena 2010, il-membru fil-Kabinett ta’ dak iż-żmien ħabbar trofew ġdid. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll ir-ritratti tad-Dipartiment tal-Informazzjoni li juru dan kollu. M’hemmx aktar informazzjoni dwar fejn jinsab it-trofew inkwistjoni, liema trofew ingħata l-aħħar taħt amministrazzjoni preċedenti tal- 2008-2013.

Ministeri u Segretarjati — karozzi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18865 u jipprovdi lista tan-number plates tal-karozzi uffiċjali tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari u jgħid liema Ministeru/Segretarjat jirrappreżentaw?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Sustainable Urban Development Fund

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġu identifikati l-miżuri li ser jiġu implimentati taħt is-Sustainable Urban Development Fund?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li wara t-twaqqif tal-kumitat tal-COCOSUD mill-Ministeru responsabbli mill-Fondi tal-UE, saru b’kollox tliet laqgħat bl-iskop li jiġi diskuss l-iżvilupp urban sostenibbli ta’ Għawdex. Matul dawn il-laqgħat saru diskussjonijiet dwar l-interventi potenzjali li għandhom jiġu kkunsidrati għall-finanzjament fi ħdan il-parametri tal-Prijorità 4 tal-Programm FEŻR. Il-proposti kollha għaddew minn proċess ta’ deliberazzjoni bir-reqqa biex jiġu kkonsolidati, u fit-tielet u l-aħħar laqgħa tal-COCOSUD reġgħu ġew ippreżentati l-għanijiet tal-Prijorità 4 tal-FEŻR flimkien mal-baġit u l-indikaturi tiegħu, segwit minn diskussjonijiet fost il-membri tal-kumitat. Fix-xhur li ġejjin se tinħareġ sejħa għall-applikazzjoni segwita minn sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-proġett mill-benefiċjarju.

Il-Belt Valletta – Triq ir-Repubblika — Scaffolding

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif l-iscaffolding li hemm fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, faċċata ta' Starbucks, ilu hemm snin mingħajr użu? Jista' jagħti informazzjoni fuq x’inhu l-użu ta’ dan l-iscaffolding?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Servizzi minn persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-persuma msemmija ma tat l-ebda servizz lil xi entita fi ħdan l-Uffċċju tal-Prim Ministru.

Passaport Diplomatiku

Question

Fid-dawl li l-akkużi kriminali li ħarġu permezz ta' Kumpilazzjoni 382/24 datati 6 ta' Mejju 2024, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx persuni msemmija f'din il-kumpilazzjoni li għandhom passaport diplomatiku? Jekk iva, min huma u meta se jitneħħielhom tali passaport?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19245.