Jista' l-Ministru jikkonferma li ċertu xogħol li qabel kien isir mill-uffiċċju legali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma issa qed isir minn uffiċċju legali privat? Jekk fl-affermattiv, jista' jispeċifika x'inhu x-xogħol li qed jagħmlu? Kif ġie magħżul dan l-uffiċċju legali u kemm qed jitħallas għax xogħol li qed jagħmel? X'sar mill-uffiċċu legali li kien hemm fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara d-domanda tiegħu.
Jista' l- Ministru jgħid għaliex it-tender maħruġ minn Ministeru tas-Saħħa għall-proviżjoni ta 2.7 miljun tablets 500mg Paracetemol bi skadenza ta' tliet snin ma ngħatatx lill-offerent li kellu l-orħos bidu li kellu l-offerta tiegħu tirrispetta fedelment il-kriterji kollha stabiliti fi tender document ?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mis-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata r-refund tal-micro credit lil SMEs għas-sena 2010 Year of Assessment 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-kreditu ta’ taxxa għall-SMEs kwalifikanti ma jingħatax f’rifuzzjoni ta’ taxxa iżda dan iservi sabiex jitnaqqas kontra t-taxxa dovuta. Jekk ma jkunx hemm taxxa biżżejjed f’sena, id-differenża tiġi brought forward biex tintuża fis-sena suċċessiva.
Jista' l-Ministru jagħti lil din il-Kamra il-pożizzjoni attwali fl-aħħar ta' Marzu 2012 dwar il-fondi tal-Unjoni Ewropea attwalment kontratti u maħruġa (disbursed) skont il-priority axis taħt l-Operational Programmes 1 and 2, allokati lil pajjiżna?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 33634, jista' l-Ministru jikkonferma li b`dan il-prezz tat-tender huwa prezz li bih tista' titħallas il-paga minima nazzjonali u l-ispejjeż kollha ancillary tagħha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Xemxija — San Pawl il-Baħar - Trejqet Għar Berbaħ u Triq is-Simar - xogħlijiet fuq mains tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'inhuma x-xogħlijiet li għandhom isiru fi Trejqet Għar Berbaħ u Triq is-Simar, Xemxija, San Pawl il-Baħar għal dak li jirrigwarda x-xogħol fuq mains tal-ilma fl-istess triq? Meta hu mistenni li x-xogħol kollu meħtieġ mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ikun finalizzati?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi x-xogħlijiet fi Trejqet Għar Berbaħ jinkludu main tad-drenaġġ u tibdil tas-servizzi ta’ l-ilma.
Ix-xogħol fi Triq is-Simar jinkludi main tad-drenaġġ.
Ix-xogħol f’din it-triq beda fis-26 t’ April 2012 u jrid jingħaqad ma xogħol ieħor fi Triq is-Simar stess. Ix-xogħol għandu jitlesta sas-Sajf.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija 26732 u jgħid x’sar mill-Project Board dwar id-dħul tas-sistema tal-accrual accounting fis-Servizz Pubbliku, ix-xogħol ta’ liema bord kemm-il darba rrefera għalih meta wieġeb mistoqsijiet dwar meta se tidħol din is-sistema? Jista’ jagħti d-dati tal-laqgħat tal-bord minn meta ġie ffurmat s’issa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26732.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26732 u 27482 u jgħid x’sar mill-Project Board dwar id-dħul tas-sistema tal-accrual accounting fis-Servizz Pubbliku, ix-xogħol ta’ liema bord kemm-il darba rrefera għalih meta wieġeb mistoqsijiet dwar meta se tidħol din is-sistema? Jista’ jagħti d-dati tal-laqgħat tal-bord minn meta ġie ffurmat s’issa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26732.
Enemalta — kumpanija Sargas - proposta għall-bini ta' impjant li jiġġenera l-elettriku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il studju sar s'issa mill-Korporazzjoni Enemalta fuq il-proposta għall-bini ta’ impjant li jiġġenera l-elettriku f’pajjiżna mill-kumpanija Sargas? Jista' jgħid x’aspetti kienu jkopru dawn l-istudji? Jista' jgħid min wettaq dawn l-istudji u x’kienet l-ispiża marbuta ma’ kull studju?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi wara l-verifiki interni li saru mill-Korporazzjoni Enemalta dwar il-pre-feasibility study ta’ Sargas, fejn kienu identifikati numru ta’ kwistjonijiet ta’ tħassib, ġie deċiż li dan it-tħassib kif ukoll l-assunzjonijiet li saru mill-iżviluppatur tal-proġett jiġu evalwati permezz ta’ eżerċizzju analatiku.
L-Enemalta qed twettaq b’mod serju l-evalwazzjoni teknika ta’ din il-proposta, u dan kien ikkonfermat fil-mezzi tax-xandir lokali mill-Kap Eżekuttiv ta’ din il-kumpanija Henrik Fleisher f'intervista li ta f'ġurnal lokali fejn qal li “Enemalta has shown great interest in the project and we have also presented the proposal to the Government.” Jgħid ukoll, “They asked us several questions and we are delighted with their feedback, the questions and the seminars. They really looked at it from all angles”.
Minn dak li diġà ntqal, l-impjant mhuwiex renewable energy iżda impjant ta' enerġija konvenzjonali li juża biopaste (taħlita ta’ żejt, faħam u biomass), b’sistema elaborata jiġbor l-emissjonijiet, u jiddisponi minnhom.
Bħalissa għaddej studju wkoll minn KPMG dwar din il-proposta.
WSC — applikanti għall-post ta' Multi skilled fitters
Question
Jista l-Ministru jgħid x'inhu l-breakdown tal-marki tar-riżultat ta' kull applikant għall-post ta' multiskilled fitters 4 fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, liema riżultat ġie ppubblikat madwar xahar ilu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba ġiet pubblikata fuq in-noticeboard tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Qed ngħaddi separatament il-lista għall-attenzjoni tal-Onor. Interpellant.
kwestjoni dwar kuntratt tal-community care workers
Question
Peress li ġew iffirmati l-kuntratti tal-community care workers iżda minkejja dan dawn il-care workers għadhom ma bdewx jaħdmu u peress li jidher li l-proċess waqaf għaliex hemm xi kumplikazzjonijiet konnessi ma' finanzi u allura huwa repsonsabbli l-Ministeru tal-Finanzi, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għal dan kollu u jgħid meta din il-problema se tiġi riżolta biex appuntu dawn il-care workers jibdew jaħdmu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant tindika għal-liema community care workers qed tirreferi.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31160, 30944 u 30624 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32168.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31505, 31160, 30944 u 30624 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32168.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista kollha ta' toroq u xogħlijiet oħra li ngħataw lill-kumpaniji li isimhom qed jintbagħtu separatament mill-2003 sal-lum?
Jista' jagħti l-valur li kien stmat li se jkun ix-xogħol u kemm fil-fatt tħallas finalment? F' kull każ, jista' jispeċifika jekk kenitx
tender
jew
d
irect order
?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32388.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Ingaġġ ta' persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'diżabilità fil-Ministeru, jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar tliet xhur u f'liema grad?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi f’dawn l-aħħar tliet xhur ma ġewx ingaġġati tali persuni.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-policy tal-Ministeru dwar ingaġġ ta' persuni b’kuntratt full-time jew anki part-time ma' entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ministeru meta dawn ikunu diġà laħqu l-età tal-irtirar il-ġdida? Kien hemm każijiet fejn ġew ingaġġati persuni simili wara li laħqu din l-eta u jekk iva kemm ġew ingaġġati u f’liema gradi sar dan f’dawn l-aħħar snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi tali estenzjonijiet jiġu kkunsidrati skont il-ħtieġa tal-Ministeru jew dipartiment u entità rispettiva tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kif ġie deċiż minn fejn se jitnaqqsu l-flus biex b'kollox jitnaqsu €40 miljun mill-budget għal din is-sena? Huwa l-Ministru tal-Finanzi li ddeċieda li jnaqqas dawn il-flus? Kull ministru u segretarju parlamentari tnaqqaslu ammont mill-budget tiegħu jew kienu l-istess ministri u segretarji parlamentari li għamlu t-tnaqqis mill-budget tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru tal-Finanzi jagħmel aġġustamenti għall-budget, skont il-ħtieġa, b’mod regolari. Ir-responsabbiltà tal-immaniġġjar tal-finanzi pubbliċi hekk titlob.
B’refereza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32199, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-volum ta’ drenaġġ iġġenerat kull sena f’Malta u f’Għawdex separatament mill-2000 sal-2011 peress li hu naqas li jagħti l-volumi għal Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mill-2007 'il quddiem qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Bħalma għidt fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32199, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m’għandhiex informazzjoni qabel dawn id-dati.
estensjoni tal-power station — makkinarju trasferit
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta l-makkinarju akwistat għall-estensjoni tal-power station se jiġi trasferit minn fuq d-Daniżi f'isem il-Gvern Malti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond il-kuntratt mall-BWSC, l-impjant se jiġi trasferit lil Enemalta wara li jinħareġ iċ-ċertifikat formali ‘Taking Over Certificate’. Dan iċ-ċertifikat jinħareġ la darba jibda jaħdem l-impjant u jkunu saru testijiet apposta li Enemalta tkun sodisfatta bihom. Huwa ppjanat li t-trasferiment isir sas-17 ta’ Settembru 2012 jew qabel.