Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #18439 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

rikorsi għall-ħruġ ta’ mandat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għas-snin 2008, 2009 u 2010 kemm ġew deċiżi rikorsi għall-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni u min kienu l-imħallfin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #18440 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

proċeduri għad-disprezz lejn l-Awtorità tal-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għas-snin 2008, 2009 u 2010 kemm ġew inizjati proċeduri għad-disprezz lejn l-Awtorità tal-Qorti quddiem il-Qrati Ċivili? Kemm ġew deċiżi u x’kien l-eżitu ta’ dawk deċiżi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin indikati ġew ippreżentati dawn il-proċeduri kif indikat fit-tabella t'hawn taħt:-

Eżamijiet tas-surġenti tal-pulizija

Question

Peress li r-riżultat tal-eżami għal surġent fil-Pulizija ilhom aktar minn tlett xhur li ħarġu, jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata l-appointment lil dawk li għaddew? F'kwalunkwe każijiet, il-ħlasijiet dovuti lilhom isir minn liema data?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi dawn il-ħatriet isiru meta u skont il-ħtieġa in ġenerali tal-Korp tal-Pulizija. Infurmat ukoll illi s-salarju jkun marbut mad-data tal-promozzjoni, skont kif jipprovdu r-regolamenti.
Leg 11 PQ #18539 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — splussivi miżmuma

Question

Rigward il-containers tal-isplussiv li kienu qed jinżammu fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Humanitarian Aid Marsa, jista' l-Ministru jgħid: 1. Kemm damu hemm u jekk dawn ħallsux xi flus; 2. Jekk ħallsu kemm kien l-ammont u lil min tħallsu jekk hux lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jew jekk il-flus marrux revenue ; u 3. Kemm jintefqu flus fil- fuel li jintuża mill-iskwadra tal- Marine Protezzjoni Ċivili u jekk jinżammux records tal- fuel li jintuża?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi dawn iż-żewġ punti qegħdin jiġu kkunsidrati fil-kuntest tal-inkjesta interna li kienet twaqfet fit-13 ta' Mejju 2010.
Leg 11 PQ #18545 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti tal-Appelli Kriminali Inferjuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għall-Qorti tal-Appelli Kriminali Inferjuri fl-aħħar sena: a) kemm ġew deċiżi kawżi; b) f'kemm mill-kawżi deċiżi s-sentenza ġiet varjata; ċ) f'kemm il-kawża, is-sentenza tal-qorti tal-maġistrat ġiet konfermata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2009 mill-Qorti ta' l-Appell Kriminali (Inferjuri) ġew deċiżi 519-il appell. Minn dawn, 233 appell ġew varjati, waqt li 197 appell ġew konfermati. Infurmat ukoll li kien hemm 89 appell li ġew abbandunati, ċeduti jew mibgħuta sine die. Fil-kaz ta' dawk l-appelli li ġew abbandunati jew ċeduti, is-sentenza tal-ewwel Qorti ġiet awtomatikament konfermata.
Leg 11 PQ #18546 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Każijiet ta' korruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa persuni fl-aħħar tlett snin akkużati bir-reat ta' korruzzjoni ta' minorenni u f'kemm minn dawn il-każijiet l-allegati vittimi kienu għalqu s-16-il sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Leg 11 PQ #18548 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Projbizzjoni għall-membri bil-professjoni legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix projbizzjoni għall-mentor* bil-professjoni legali li jirreklamaw is-servizzi tagħhom u allura l-avukati huma preklużi milli jirreklamaw? Jekk iva, din minn fejn tirriżulta? Jista' jgħid din il-pożizzjoni kif titqabbel ma' pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea? (*Il-kelma ‘‘mentor’’ kellha tiġi ‘‘membri’’ – Ara Seduta Nru. 240 tat-Tnejn, 21 ta’ Ġunju, 2010)

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-avukati huma prekluzi milli jirreklamaw is-servizzi taghhom permezz tar-Regola 2 tat-Tieni Taqsima Kapitolu I tal-Kodici ta’ Etika u Mgieba Ghall-Avukati li fil-parti relevanti tagħha tipprovdi li “L-avukat ma ghandux ifittex li jirreklama lilu nnifsu jew li jħalli lil ħaddieħor jagħmel dan għalih jew fl-interess tiegħu.” M'inhix f’qagħda li ngħid dan kif jikkompara ma’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.
Leg 11 PQ #18559 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti ta' Għawdex — każijiet ta' kaċċa u nsib

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu każijiet ta' kaċċa u nsib fil-Qorti ta' Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin 2008 u 2009 il-Pulizija ressqet 26 u 35 persuna rispettivament quddiem il-Qorti fuq ksur tar-regolamenti tal-kaċċa u nsib f'Għawdex.
Leg 11 PQ #18560 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għawdex — vetturi tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-vetturi kollha tal-pulizija f'Għawdex u jgħid kemm-il sena għandhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' vetturi li għandha l-Pulizija f'Għawdex huwa ta' 21, bl-eqdem waħda ilha mill-1980. Qed inqiegħed lista tal-għamla ta' vetturi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #18561 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għawdex — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' serq f'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-2008 u l-2009 il-Pulizija kellha 284 u 255 rapport ta' serq f'Għawdex.

każijiet ta' vendikazzjonijiet u vandaliżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' vendikazzjonijiet u vandaliżmu matul is-sena 2009? Jista jgħid kemm minn dawn il-każijiet ta' vandaliżmu saru fuq siġar u msaġar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2009 il-Pulizija kellha 1,840 rapport ta' ħsara volontarja, 21 minnhom kienu fuq siġar.

Każijiet ta' vjolenza fuq annimali rapportati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza fuq l-annimali rapportati matul is-sena 2009 u l-ewwel tliet xhur tas-sena 2010? Jista' jgħid kemm minn dawn il-każjiet ta' vjolenza kienu segwiti bil-mewt tal-istess bhejjem?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Għar-rigward l-ewwel domanda nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 14008 u 17208 rispettivament. Dwar l-aħħar domanda ninsab infurmat illi ma tinżammx tali statistika.
Leg 11 PQ #18106 Sitting 238 2010-06-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Avukati — għajnuna legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fil-preżent każijiet li qed jaħdmu fuqhom l-Avukati (Għajnuna Legali)? Kemm-il sena ilhom dawn il-każijiet pendenti quddiem l-avukati? Min huma l-avukati li fil-preżent qed jagħtu għajnuna legali lill-persuni foqra? Kemm-il siegħa jaħdmu fil-ġimgħa dawn l-avukati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17697. Rigward it-tieni mistoqsija ninsab infurmat illi ma tinżammx tali statistika.

kors ta' taħriġ għal Kuntistabbli — applikazzjoni li tirrikjedi t-tul tal-applikant

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fir-regolamenti għall-applikazzjoni għal dħul fil-kors ta' taħriġ għal Kuntistabbli rġiel u nisa, regolament nru 2 (i) (b) qed jistabbilixxi t-tul tal-persuna? Jista' l-Ministru jgħid jekk fi ħruġ ta' applikazzjonijiet preċedenti dan ir-regolament kienx jeżisti? Jekk le, għaliex daħal issa? Jekk iva, qatt ġie kkunsidrat li regolament bħal dan jaqta' kontra dawk li huma ta' tul anqas, iżda għandhom l-abilità intellettwali biex ikunu kuntistabbli denji għal pajjiżna?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li r-rekwiżit tat-tul għal dħul fil-Korp tal-Pulizija huwa element importanti kemm għad-dehra kif ukoll għan-natura tax-xogħol tal-Pulizija. Fil-fatt it-tul m’huwiex ristrett biss għall-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, iżda jintalab ukoll minn bosta forzi tal-Pulizija ta’ pajjiżi Ewropej. Infurmat ukoll illi r-rekwizit tat-tul kien ukoll inkluż fl-aħħar reklutaġġ li sar is-sena l-oħra.
Leg 11 PQ #18268 Sitting 238 2010-06-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — ħaddiema li qabżu l-61 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li qabżu l-61 sena u baqgħu jaħdmu fil-ministeru tiegħu u/jew fid-dekasteru li jaqa' taħtu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern u fid-dekasteru li jaqa' taħtu hemm 2 persuni li qabżu l-61 sena li baqgħu jaħdmu full-time u 5 konsulenti (1 full-time u 4 part-time), kollha b'kuntratt.
Leg 11 PQ #18330 Sitting 238 2010-06-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Lukandi fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa — każi ta' abbużi fiżiċi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' każi ta' abbużi fiżiċi li ġew rapportati li seħħew fil-lukandi fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa rispettivament, matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

B’żieda mat-tagħrif li jien tajt bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17914, ninsab infurmat illi mis-27 każ ta’ vjolenza rrapurtati li seħħew fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, wieħed ġie rrapurtat li seħħ f’lukanda ġewwa San Pawl il-Baħar.
Leg 11 PQ #18331 Sitting 238 2010-06-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

serq minn lukandi fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm rapporti ta' serq minn lukandi fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa rispettivament, matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 13-il każ ta’ serq minn lukandi fl-iħawi ta’ San Pawl il-Baħar, filwaqt li ma kien hemm ebda rapport ta’ serq minn lukandi fl-inħawi tal-Mellieħa.

Bombi

Question

Jista' l-Ministu jgħid kemm kien hemm każijiet rapportati ta' bombi li splodew u oħrajn li ma splodewx imma tpoġġew wara bibien in-nies jew ma' xi bini pubbliku matul is-snin 1970-1980, 1980-1990, 1990-2000, 2000-2010? Kemm minn dawn il-każijiet ta' bombi ġew solvuti u min bagħat il-bomba inqbad? Kemm għad hemm każijiet minnhom pendenti u li min bagħat jew għamel il-bomba għadu ma nqabadx?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:- Sena Numru ta’ kazi ta’ bombi Kazi solvuti 1970 – 1980 41 2 1981 – 1990 69 3 1991 – 2000 58 5 2001 – 2010 21 2 189 12

każijiet ta' delitti mhux solvuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' delitti li kien għadhom ma ġewx solvuti sa Marzu 2010? Jista' jgħid kemm ilhom dawn il-każijiet? Kemm-il vittma kien hemm involut fihom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Rigward l-ewwel u t-tieni parti tad-domanda nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14756. Ninsab infurmat illi f'dawn il-każijiet kien hemm involuti 44 vittma.

Żviluppi ġodda fil-każ ta' qtil

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi ġodda fil-każ tal-qtil tal-Raymond Caruana matul is-sena 2009? Jista' jgħid jekk f'dan il-każ kenux ġew interrogati nies fil-politika jew le?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Peress li l-investigazzjoni dwar dan il-każ għadha mhix konkluża, ma nħossx li tali tagħrif għandu jiġi ppubblikat.