Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #4307 Sitting 146 2018-10-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-persuni huma preżentament ingaġġati mal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi: · Steve McCarthy - Commercial and General Consultant, Projects Malta · Dr Salvino Grixti - Advisor Healthcare and Life Sciences PPPs, Projects Malta · Mario Attard - Policy Consultant, Malta Tourism Authority.
Leg 13 PQ #7073 Sitting 146 2018-10-22 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajja tal-Balluta – riġenerazzjoni — spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-esperiment dwar ir-riġenerazzjoni tal-bajja tal-Balluta? Jista' jagħti rendikont dettaljat tal-ispiża u jgħid ukoll min kienu l-kumpaniji privati u l-entitajiet u d-Dipartiment tal-Gvern li wettqu x-xogħlijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li l-esperiment dwar ir-riġenerazzjoni tal-Bajja tal-Balluta ilu jiġu studjat għal snin sħaħ u kien jinvolvi l-ġbir ta’ ramel mill-istess bajja, kif ukoll li dan l-istess ramel jitpoġġa fuq ix-xatt ħalli b’hekk tifforma xtajta ramlija. Dan il-proġett huwa parti mill-viżjoni tal-Gvern sabiex itejjeb il-prodott turistiku u fl-istess ħin iżid in-numru ta’ bajjiet madwar il-pajjiż. Il-proġett ġie mwettaq mill-Awtorita’ tat-Turiżmu u l-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi u ma qabiżx is-somma ta’ mitt elf ewro.
Leg 13 PQ #7074 Sitting 146 2018-10-22 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajja tal-Balluta – studji xjentifiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux studji xjentifiċi b'rabta mal-esperiment dwar ir-riġenerazzjoni tal-bajja tal-Balluta? Jista' jpoġġi kopja ta’ dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra, jgħid minn min saru dawn l-istudji u jgħid ukoll x'kienet in-nefqa għalihom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin, speċjalment wara l-proġett tal-Bajja ta’ San Ġorġ ġewwa San Ġiljan, saru numru ta’ studji minn entitajiet differenti rigward diversi bajjiet madwar il-kosta ta’ Malta u Ġħawdex. Mill-2003 sal-2018 saru 8 studji relatati mal-Bajja tal-Balluta. Tliet rapporti li saru fl-2003, 2005 u 2008 rispettivament mhux magħruf kemm ġew jiswew. Il-ħames rapporti l-oħra li saru bejn 2016 u l-2018 ġew jiswew €8,340.
Leg 13 PQ #7191 Sitting 146 2018-10-22 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Palazz ta’ Selmun

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux ser jikkunsidra li l-Palazz ta' Selmun ikun mogħti lura lill-poplu Malti anke possibbilment b'devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7190.
Leg 13 PQ #7192 Sitting 146 2018-10-22 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Palazz ta’ Selmun – rapporti minn nies tekniċi

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk fl-aħħar sentejn sarux rapporti minn persuni tekniċi, bħal periti dwar l-istat li jinsab fih il-Palazz ta' Selmun u jekk iva jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-istess rapporti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5417.
Leg 13 PQ #6782 Sitting 145 2018-10-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Hotels u akkomodazzjonijiet turistiċi — eco tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilha li ġiet introdotta t-tourist eco-tax fuq kull lejl fil-hotels u akkomodazzjoni turistika oħra kemm inġabret minn din it-taxxa minn hotels u stabbilimenti f'Għawdex sena b'sena sal-lum?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #7187 Sitting 145 2018-10-17 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Mellieħa — Estensjoni tal-Bajja tal-Għadira - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet relatati mal-proġett tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin l-istudji kollha meħtieġa fosthom: · Studji relatati biex jiġġeneraw EIA u studji oħrajn · Physico-Chemical analysis (ongoing) · Chemical analysis · Ornithology studies · Hydrology studies · Statistical studies – kemm nies/karozzi jżuru s-sit · Wave Data · Noise Studies · Geotechnical Studies · Wave Modelling · Ecological Studies · Archeological Studies
Leg 13 PQ #7188 Sitting 145 2018-10-17 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Mellieħa — Estensjoni tal-Bajja tal-Għadira

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-permessi approvati u l-istudji kollha relatati mal-proġett tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7187.
Leg 13 PQ #7189 Sitting 145 2018-10-17 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Mellieħa – Bajja tal-Għadira — parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jindika liema żona jew żoni fl-akkwati tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa li kienu identifikati bħala siti li fuqhom ser isir ix-xogħol sabiex ikunu allokati għal spazju ta' parkeġġ fl-istess żona?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7187.
Leg 13 PQ #7190 Sitting 145 2018-10-17 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Selmun – proċess għall-bejgħ ta’ lukanda

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proċess għall-bejgħ ta' dik li qabel kienet lukanda fiż-żona ta' Selmun?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għadu qed jevalwa l-aħjar użu possibbli għal dan is-sit.
Leg 13 PQ #7248 Sitting 145 2018-10-17 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Eco-tax tat-Turiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li daħlu mill-eco-tax tat-turiżmu? Jista' jagħti break down tal-lokalitajiet minn fejn inġabret din it-taxxa u l-ammont li nġabar minn kull lokalità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #7250 Sitting 145 2018-10-17 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Titjiriet għal Lourdes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-titjiriet għal Lourdes użati l-iżjed mill-Maltin, żdiedux, naqsux jew baqgħux l-istess? Jekk żdiedu, meta u kif? Jekk naqsu, x’kienet ir-raġuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjiriet għal Lourdes żdiedu b’mod konsiderevoli. Dan is-sajf l-operat tat-titjiriet għal din id-destinazzjoni kien bi skeda, għal kuntrarju ta’ snin ta’ qabel fejn kien jitħaddem b’charter. Ġew operati 21 titjira bejn Malta u Lourdes – tnejn fil-ġimgħa. Dan ifisser 6 titjiriet aktar mill-istess perjodu s-sena l-oħra.
Leg 13 PQ #7100 Sitting 142 2018-10-09 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — avukati u ditti legali – ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Il-lista qiegħdha f’ordni numerika li tirrifletti l-ordini tal-persuni/kumpaniji kif ingħatat mill-istess Onor. Interpellant.
Leg 13 PQ #3938 Sitting 140 2018-10-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — car leasing

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa’ taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b’sena? F’kull każ jista’ jgħid liema kienu b’direct order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2014 ’l hawn intefqu medja ta’ €6,787 (sitt elef, seba’ mija, sebgħa u tmenin Ewro) fix-xahar f’kiri ta’ vetturi minn 8 entitajiet fi ħdan il-Ministeru.
Leg 13 PQ #6600 Sitting 140 2018-10-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS Għawdex – kors tad-Diploma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kors tad-Diploma fl-ITS Għawdex mhux ser isir fis-sena skolastika 2018/2019 u dan minkejja li hemm 9 studenti Għawdxin li applikaw għal dan il-kors li għadhom kemm spiċċaw il-kors tas-Certificate fl-istess ITS f'Għawdex u dan peress li dawn l-istudenti rċevew ittra f'dan is-sens?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi jemmen li jkun aktar ta’ benefiċċju għall-istudenti Għawdxin jekk jieħdu exposure ta’ ambjent ikbar u aktar miftuħ u jingħaqdu mal-istudenti Maltin u barranin għal dan il-kors. Din hija sena kruċjali fejn fiha l-istudenti barra li jakkwistaw taħriġ fit-teorija u l-prattika fil-livell 4, jippreparaw ukoll għas-sena obbligatorja ta’ internship internazzjonali li tibda f’Ġunju 2019. Il-korsijiet fil-Foundation u Certificate in Food Preparation and Service isiru fil-kampus ta’ Għawdex.
Leg 13 PQ #6402 Sitting 138 2018-10-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – Titjiriet kanċellati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ikkanċellat titjiriet l-Air Malta mill-1 ta’ Mejju 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? F’kull każ kemm kien in-numru ta’ passiġġiera milquta, jekk ġewx mogħtija xi kumpens minħabba l-kanċellazzjoni u jekk iva, kemm f’kull każ kien il-kumpens?

Response (MIZZI, KONRAD)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6321, ninfurmah li l-kanċellazzjoni riċenti li nqalgħet fl-ajruport Orly ta’ Pariġi saret wara li l-piloti rrapurtaw sick flimkien ma’ dawk li kienu standby. Il-passiġġieri ġew mogħtija titjiriet oħra u anke ġie mikri ajruplan biex jaħdem minn Pariġi l-għada filgħodu.
Leg 13 PQ #3865 Sitting 137 2018-07-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

VGH – membri tal-kumitat tal-evalwazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu, apparti l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, il-membri ta’ kull kumitat ta’ evalwazzjoni u aġġudikazzjoni biex il-Vitals Global Healthcare (VGH) intgħażlu mill-Gvern Malti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt mgħarraf li l-Bord ta’ Evalwazzjoni kien kompost minn persuni maħtura mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tas-Saħħa u l-Enerġija minn fost persuni b’esperjenza fil-qasam tal-proġetti pubbliċi u tas-saħħa, u li għandhom l-indipendenza tal-ġudizzju meħtieġa biex iwettqu dik il-funzjoni, u dan kif dejjem isir. Peress li l-membri tal-Bord jaġixxu fil-mansjoni uffiċjali u mhux personali, u peress li fl-aħħar mill-aħħar huwa l-Gvern li jirrispondi għad-deċiżjonijiet tagħhom, il-Gvern ma jħossx li jkun korrett li d-data personali tal-individwi tiġi mxandra.
Leg 13 PQ #6565 Sitting 135 2018-06-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Airmalta — skeda

Question

B’referenza dwar dak li ġie rraportat online fuq: https://www.reuters.com/article/us-airbus-deliveries-idUSKBN1AK252, nifhem ir-raġuni li dan mhux it-tort tal-Airmalta, imma l-Airmalta ilha taf li mhux ser tinżamm l-iskeda, allura jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn l-Ministeru jitfa’ t-tort dwar hekk, meta seta’ rrimedja f’ħin waqtu? Ma jidhirlux il-Ministru li dan jista’ jkun nuqqas ta’ tmexxija serja?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6321.
Leg 13 PQ #6308 Sitting 133 2018-06-19 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru gat-Turiżmu – persuni b’diżabilità — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #6369 Sitting 133 2018-06-19 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kummissarju tal-Artijiet – konċediment ta’ art tal-ITS

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-att pubbliku bid-data ta' nhar l-1 ta' Frar 2017, flimkien mad-dokumenti u l-pjanti kollha li jinsabu mehmuża mal-istess att u li permezz tiegħu l-Kummissarju tal-Artijiet ikkonċeda b'titolu ta' enfitewsi l-art tal-ITS f'San Ġiljan lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.