Għawdex – Sptar Ġenerali – tqassim ta’ deżerta mal-ikel
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi r-raġuni li d-deżerta mal-ikel mhux qed tingħata dejjem lill-pazjenti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-meal plan tal-pazjenti individwali tista' tkun skont kif indikat mill-professjonisti kliniċi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex fil-każ ta’ IVF, il-blood test ‘Hepatits B core antibody’ ma jistax isir wara li jkun ġie ffriżat l-embrijun ġaladarba dan it-test, jekk ikun pożittiv, jibqa’ pożittiv għal dejjem?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill Onor. Interpellant li t-testijiet kollha fir-rigward ta’ ċelloli riproduttivi (Ii jintużaw fl-IVF) jsiru kif mitlub mir- Regolamenti dwar il-Kwalità u s-Sigurezza tat-Tessut u ċ-Ċelloli Leġiżlazzjoni Sussidjarja 483.01.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il pazjent ġie trattat għall-IVF u jekk saritx il-proċedura tal-PGT minn meta ddaħħlet fil-liġi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn mindu twaqfet l-Awtorità tal-Protezzjoni tal-Embrijun fl-2013 u bdew jinzammu r-reġistri kif mitlub mill-Liġi, saru total ta’ 2678 procedura tal-IVF. Rigward il-PGT Testing, waqt li l-liġi daħlet fis-seħħ fid-29 ta’ Lulju 2022, qed isiru l-arranġamenti neċessarji biex jitwaqqaf laboratorju ġdid sabiex dawn isiru f’Malta.
Egg donors u embrijuni li nġibu minn barra minn Malta
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk inġibux egg donors jew embrijuni minn barra minn Malta f’dawn l-aħħar tliet xhur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-lum l-ebda klinika Maltija ma għandha liċenzja biex tgħamel distribuzzjoni jew importazzjoni ta’ Oocytes ta’ donaturi terzi.
Raħal Ġdid – Ftuħ ta’ Dipartiment tal-Emerġenza ġdid – ingaġġ ta’ infermiera
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega x’inhu l-pjan biex jingaġġa infermiera biex jiftaħ emerġenza ġdida f’Raħal Ġdid, meta hemm problema ta’ infermiera diġà fl-emerġenza eżistenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa ppjanat li wħud mill-Infermiera li bħalissa qegħdin fil-Kura tas-Saħħa Primarja jiġu offruti taħriġ fil-kura ta’ emerġenza matul ix-xhur li ġejjin.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3759, peress li l-kelma "rispettivament" intużat għaliex din il-mistoqsija parlamentari ntbagħtet lil kull Ministru, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tas-Saħħa hi 7 ta’ April 2022.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar x'tip ta' mediċini qed jingħataw mill-POYC lil persuni li jbatu mill-Fibromyalgia? Hemm pjan li dawn il-persuni jiġu mogħtija kupuni fix-xahar bħala għajnuna biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-ispiża li jkollhom bżonn apparti l-mediċina, fosthom pixxina, fiżjoterapija u chiropractor, għax mhux dejjem ikun vijabbli li jużaw is-servizz tal-Gvern minħabba li l-appuntamenti mhux dejjem ikunu kemm hemm bżonn u dan minħabba l-lista twila ta' persuni li qed ibatu minn din il-kondizzjoni dejjem tikber?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għall-Fibromylagia, qed jingħataw tlett tipi ta mediċini – Amitriptyline, Tramadol u Pregabalin. Jekk persuni li jbatu mil-Fibromyalgia ikollhom bzonn fiżjoterapija din tingħata b’xejn miss-servizzi tas-saħħa.
Anzjan li nħareġ mill-Isptar Mater Dei bil-pulizija
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti dettalji dwar każ ta' pazjent ta' aktar minn 80 sena li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li nhar it-3 ta' Novembru li għadda nħareġ mill-Isptar Mater Dei bil-Pulizija? Jista' jgħid għaliex dan l-anzjan twassal id-dar tiegħu bil-Pulizija? Jista' jgħid jekk il-familjari ġewx infurmati b'din id-deċiżjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għal-raġunijiet tal-protezzjoni tad-data, informazzjoni medika ta’ pazjenti individwali ma tingħatax.
Pazjenti li ma jkunux iridu joħorġu mill-Isptar wara l-ordni tar-rilaxx
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'jiġri meta jkollok pazjent li ma jkunx irid joħroġ mill-Isptar Mater Dei minkejja l-ordni għar-rilaxx mit-tabib/konsulent? Jista' jgħid jekk jiġux ikkuntattjati l-familjari bid-deċiżjoni u bl-oġġezzjoni tal-pazjent li joħroġ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi meta l-professjonist kliniku li jkun qed jieħu ħsieb il-pazjent jiddeċiedi li l-pazjent ikun tajjeb biex jintbagħat id-dar, id-discharge liason team jagħmel l-arranġamenti necessarji kollha. F’każ fejn ikun hemm bżonn tidħol ukoll social worker sabiex tassigura li l-ambjent tad-dar tal-pazjent ikun wieħed adegwat.
Operazzjoni tal-hip replacement – każ ta’ individwu
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tingħata data għall-operazzjoni tal-hip replacement u dan peress li ilha tistenna tliet snin sħaħ biex issirilha din l-operazzjoni u jeħtieġ li ssirilha mingħajr aktar dewmien?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ nisa tqal matul l-2021 li waqt it-tqala kellhom kumplikazzjonijiet gravi ta’ saħħa (life threatening)? Kemm minn dawn tilfu ħajjithom kif ukoll dik tat-tarbija? Kemm minn dawn tilfu t-tarbija tagħhom? F’kemm minn dawn il-każijiet salvat biss it-tarbija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li ma tinżammx statistika dwar komplikazzjonijiet fi tqala li ma jkunux wasslu għal mewt, l-aħħar mewta ta' omm tqila f’Malta kien fl-2010.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ nisa tqal minn Jannar sa Ottubru 2022 li waqt it-tqala kellhom kumplikazzjonijiet gravi ta’ saħħa (life threatening)? Kemm minn dawn tilfu ħajjithom kif ukoll dik tat-tarbija? Kemm minn dawn in-nisa tilfu t-tarbija tagħhom? F’kemm minn dawn il-każijiet salvat biss it-tarbija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 4141.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każi ta’ nisa tqal matul l-2021 li kellhom kumplikazzjonijiet gravi ta’ saħħa (life threatening) fl-ewwel tliet xhur tat-tqala? Kemm minn dawn in-nisa tilfu ħajjithom kif ukoll dik tat-tarbija? Kemm minn dawn in-nisa tilfu t-tarbija taghhom? F’kemm minn dawn il-każi salvat biss it-tarbija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 4141.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każi ta’ nisa tqal matul l-2021 li kellhom kumplikazzjonijiet gravi ta’ saħħa (life threatening) fit-tieni trimestru tat-tqala? Kemm minn dawn in-nisa tilfu ħajjithom kif ukoll dik tat-tarbija? Kemm minn dawn in-nisa tilfu t-tarbija tagħhom? F’kemm minn dawn il-każi salvat biss it-tarbija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 4141.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ nisa tqal matul l-2021 li kellhom kumplikazzjonijiet gravi ta’ saħħa (life threatening) fit-tielet/l-aħħar trimestru tat-tqala? Kemm minn dawn in-nisa tilfu ħajjithom kif ukoll dik tat-tarbija? Kemm minn dawn in-nisa tilfu t-tarbija taghhom? F’kemm minn dawn il-każi salvat biss it-tarbija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 4141.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx barranin jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk iva, kemm hemm?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ħaddiema barranin li jaħdmu fid-dekasteru tiegħi huwa skont it-tabella hawn taħt annessa.
GGC (Gozo General Hospital) 9
RHK (Rehabilitation Hospital Karen Grech) 38
SPH ( Superintendence of Public Health) 3
MCH (Mount Carmel Hospital) 75
PHC (Primary HealthCare) 11
MD ( Mater Dei Hospital) 375
SAMOC (Sir Anthony Mamo Oncology Centre) 18
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar xi żviluppi kien hemm rigward iċ-ċentru tas-saħħa tat-tramuntana ta' Malta, li ser ikun qed isir fiż-żona tal-Qawra, San Pawl il-Baħar? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq dan l-istess ċentru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-art u l-proċess ta’ disinn għal dan il-proġett tressqu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u qed jiġu evalwati.
Billi riċentement kien hemm dikjarazzjoni li fi żmien qasir ser tinfetaħ berġa fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar meta ser tinfetaħ, fejn ser tkun qiegħda tinfetaħ, x'servizzi ser ikunu offruti u min ser ikun jista' juża dawn is-servizzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjan huwa li l-Kinika tal-Komunità fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar tkun lesta fl-2023.
Pazjenti b’nuqqas ta’ Saħħa Mentali — Tobba li jagħtu servizz f’residenzi privati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qiegħed isir sabiex aktar tobba jibdew jinvistaw pazjenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali fid-djar tagħhom billi bħalissa jidher li hemm tabib wieħed biss f’din l-iskema?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Jannar ta’ din is-sena beda servizz ġdid ta’ CIHT . Fl-aħħar għaxar xhur is-CIHT (Crisis Intervention Home Team) raw total ta' 246 pazjenti barra minn Monte Carmeli - Il-Ministru għas-Saħħa huwa kommess illi dan is-servizz jibqa jingħata.