Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #10058 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Appoġġ — Persuni taħt Care orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni taħt care order tal-Appoġġ illum u għaliex?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ Care Orders bħalissa maħruga mill-Ministru responsabli tal-Politika Soċjali huwa ta’ 260. 45 minn dawn huma ‘unaccompanied minors’. Ir-raġunijiet li jinħargu l-Care Orders huma diversi fosthom lill-ġenituri jkollhom problema serja tad-drogi, jew saħħa mentali, jew traskuraġni severa fuq il-minuri, jew abbuż fiżiku fuq il-minuri u jew abbuż seswali fuq il-minuri. Jista’ jagħti l-każ li jkun hemm aktar minn abbuż wieħed fuq il-minuri kkonċernati.

Sptar Mater Dei — Sezzjoni fejn jiġu kkurati persuni VIP

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi sezzjoni partikolari fl-Isptar Mater Dei li fiha jiġu trattati l-persuni prominenti u VIPs, liema post kien jeżisti fl-Isptar San Luqa? Jekk tneħħa għaliex tneħħa dan il-post u x'qiegħed isir biex jakkomodaw dawn it-tip ta' persuni li jkunu rikoverati fl-isptar il-ġdid?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar Mater Dei ma teżistix sezzjoni partikolari li fiha jiġu trattati l-persuni prominenti u VIPs. Persuni prominenti li jkunu rikoverati fl-Isptar Mater Dei jistgħu jiġu akkommodati f’waħda mill-ħafna single rooms li jeżistu f’kull speċjalità dejjem jekk il-kundizzjoni tal-pazjent tkun tippermetti.
Leg 11 PQ #10172 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — Employment Aid - Kumpanniji li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7195 u cioè: B’referenza għal paragrafu (ċ) tat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5789, jista’ l-Ministru jgħid il-264 persuna kif kienu ngaġġati xahar xahar u skond il-kumpannija li ngaġġathom?

Response (DALLI, JOHN)

Peress biex tinġabar din l-informazzjoni tirrikjedi ħafna ħin u xogħol, tweġiba għada qed tinġabar.
Leg 11 PQ #10173 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Gozo Employement Aid Scheme — persuni ngaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-264 persuna li kienu ngaġġati taħt il-Gozo Employment Aid Scheme matul l-2008 kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-1 ta’ Jannar tal-istess sena? Kemm mill-264 persuna ngaġġati kienu qed jirreġistraw għax-xogħol xahar qabel ma ġew ingaġġati?

Response (DALLI, JOHN)

Peress biex tinġabar din l-informazzjoni tirrikjedi ħafna ħin u xogħol, tweġiba għada qed tinġabar.
Leg 11 PQ #10184 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Xewkija — Qasam Industrijali - HSBC bank - ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9450 u jgħid kemm kien miftiehem li jħaddem nies l-HSBC Bank fis-services centre tal-qasam industrijali tax-Xewkija meta ngħata l-bini biex jitwaqqaf dan iċ-Ċentru? Kemm kienu jaħdmu nies f’dan iċ-Ċentru fl-aħħar ta’ Jannar 2008 u fl-aħħar ta’ Mejju 2009?

Response (DALLI, JOHN)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba oriġinali.
Leg 11 PQ #9827 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Pawl il-Baħar — nies li jieħdu xi forma ta' għajnuna speċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li jieħdu xi forma ta' għajnuna soċjali (tal-qgħad) u li bħalissa joqogħdu San Pawl il-Baħar (il-lokalità kollha)? Kemm hu n-numru ta' single mothers li joqgħodu f'dawn l-inħawi u li jirċevu children's allowance?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #10019 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Informazzjoni dwar nies li qegħdin fuq xi tip ta' benefiċċju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies minn Paola, Tarxien, Marsa, St.Lucija, Gudja u Għaxaq li huma taħt relief, pensjoni tad-diżabilità, pensjoni tal-mard u supplimentari u boarded out?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Informazzjoni fuq immigranti irregolari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9656, 9259, 8654 u 8381 li oriġinarjament saru lill Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġew riferuti lilu u cioè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6920 jista' l-Ministru jgħid f'liema setturi jaħdmu t-895 immigrant li jħallsu l-bolla u taxxa u jaħdmu bi qliegħ? F'liema setturi jaħdmu ż-żewġ employers li kienu immigranti? Fuq liema kriterji dawn jibqgħu jissejħu immigranti irregolari?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #10034 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba għall-benefiċċju tal-mard

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9927 u l-fatt li l-anzjani in kwestjoni huma morda u anke bedridden, jista' l-Ministru jara li d-dipartiment jikkomunika huwa stess sabiex jiġi rimedjat dan il-bżonn?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ tal-persuna ndikata minnu ma jistax jiġi nvestigat minħabba li d-dettalji tal-persuna kkonċernata ma humiex korretti. Għaldaqstant nitlob l-Onor Membru li jivverifika d-dettalji mogħtija.

Ħamrun u Santa Venera — bereġ magħluqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9412 u jgħid għaliex kienu magħluqa l-bereġ tal-Ħamrun u Santa Venera matul il-ġimgħa li għaddiet? Min ħa din id-deċizjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul il-ġimgħa li għaddiet il-bereġ tal-Ħamrun u Santa Venera ma kienux magħluqa.

Ċentri tas-saħħa — podoloġisti - apparat għal qtugħ ta' difrejn

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9411 u jgħid kemm ilu nieqes apparat meħtieġ biex podoloġisti fiċ-ċentri tas-saħħa jkunu jistgħu jaqtgħu difrejn il-pazjenti?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li qatt ma kien hemm nuqqas ta’ apparat li għalih qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant. Minħabba użu kontinwu u domanda qawwija għal dan is-servizz, irriżulta “wear and tear” sostanzjali f‘ħafna minn dan l-apparat. Inbeda process ta’ tibdil gradwali ta’ dan l-apparat li ser jinvolvi investiment totali ta’ ‘l fuq minn €30,000.

Sptar Mater Dei — MRSA

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9408 u jgħid kemm-il każ ta' MRSA (Methicillin-Resistant Staphylococcus Aureus) ġie stabbilit mill-ftuħ tal-Isptar Mater Dei 'l hawn?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li ġew rapurtati 398 isolamenti ta' mikrobi tal-MRSA mis-swali ta’ Sptar Mater Dei mindu fetaħ sa Mejju 2009 kif gej: Dic 07 21 Jan 08 14 Frar 08 23 Mar 08 19 Apr 08 17 Mej 08 28 Gun 08 17 Lul 08 22 Aww 08 18 Sett 08 24 Ott 08 37 Nov 08 22 Dic 08 26 Jan 09 20 Frar 09 20 Mar 09 26 Apr 09 22 Mej 09 22

Sptar Mater Dei — ilmenti fuq servizz ħażin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9407 u jgħid kemm-il inkjesta saret dwar ilmenti minn pazjenti jew qrabathom minħabba servizz ħażin mill-ftuħ tal-Isptar Mater Dei 'l hawn?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jinżammx reġistru ta' inkjesta dwar ilmenti minn pazjenti jew il-qraba tagħhom. Bordijiet ta' inkjesti jiġu appuntati skond il-ħtieġa.
Leg 11 PQ #10040 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ ta' sinjura — trasport u assistenza

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tas-Sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u din qed titlob li jkollha t-trasport u assistenza biex tmur u tiġi x-xogħol kif dejjem kellha għal dan l-aħħar 25 sena u issa dan is-servizz waqaf?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħti iktar informazzjoni dwar il-persuna konċernata u f'liema dipartiment taħdem.
Leg 11 PQ #10048 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tobba li ggradwaw u baqgħu Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm laħqu tobba kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawn għadhom Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li t-tobba li jiggradwaw ma jiġux impjegati kollha mad-Divizjoni tas-Saħħa, mhuxiew possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #10051 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Infermiera — kwalifiki u xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn infermiera llum? Kemm minn dawn huma barranin? Fejn qed jaħdmu? Kemm hu maħsub li hawn persuni li għandhom kwalifiki ta' infermiera li m'humiex jaħdmu fuq xogħol relatat mal-kwalifiki tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #10052 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nisa tad-dar — età

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nisa tad-dar, jiġifieri nisa li m'humiex jaħdmu llum? X'età għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #10059 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politka Soċjali — sorsi alternattivi ta' enerġija

Question

Jista' l-Ministru jagħti s-segwenti informazzjoni: 1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw alternative sources of energy fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament? 2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi? 3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order? 4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order? 5) Lil liema kumpannija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order? Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.