Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imġedda permessi ta’ residenza lil persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi (TCN) matul is-sena 2024, maqsuma xahar b'xahar?
Persuni mill-Unjoni Ewropea — Permessi ta’ residenza ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ta’ residenza għall-ewwel darba, lil persuni li ġew mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2024, maqsuma xahar b'xahar?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda mal-Aġenzija Identità matul is-sena 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsabi nfurmat li matul l-2024 kienu ngaġġati total ta’ 58 impjegat li kienu meħtieġa kemm biex jagħmlu tajjeb għall-impjegati li mxew għal karrieri oħra, kif ukoll minħabba t-tisħiħ ta’ ċertu servizzi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi s’issa għall-faċilitajiet għall-kultivazzjoni tal-kannabis għad-distribuzzjoni mill-assoċjazzjonijiet relatati, maqsuma lokalità b’lokalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24388 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders kollha li huwa awtorizza matul is-snin 2022, 2023 u 2024? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-proċeduri ta’ akkwisti spjegati fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku għaliex l-awtorizzazzjoni tad-direct orders mhux fir-responsabbilità tal-Ministru.
Għaldaqstant il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull xiri li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti dwar każijiet fejn persuna/i ġew attakkati fil-pubbliku f'postijiet pubbliċi u li fihom intervjeniet il-Pulizija matul is-sena 2024? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni separatament għal kull lokalità ġewwa Malta u Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru totali ta’ rapporti, fejn ir-rapport kien jinkludi attakk fuq persuna, it-tagħrif ma jagħmilx distinzjoni jekk dan kienx fil-pubbliku jew le.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti dwar każijiet fejn persuna/i ġew attakkati fil-pubbliku f'postijiet pubbliċi u li fihom intervjeniet il-Pulizija matul is-sena 2025 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jaqsam din l-informazzjoni separatament għal kull lokalità ġewwa Malta u Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li t-tagħrif hu skont it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra li jinkludi n-numru ta’ rapporti totali, fejn ir-rapport lill-pulizija kien jinkludi attakk fuq persuna, it-tagħrif ma jagħmilx distinzjoni jekk dan kienx fil-pubbliku jew le.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti dwar każijiet ta’ ġlied f'postijiet pubbliċi li fihom intervjeniet il-Pulizija matul is-sena 2024? Jista' jaqsam din l-informazzjoni separatament għal kull lokalità ġewwa Malta u Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant jinżamm fil-forma li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hekk kif rapporti tal-ġlied jistgħu jikkonsistu f’diversi forom u l-pulizija tintervjeni kull meta tirċievi rapport.
Ħal Qormi — Triq l-Imdina - Speed cameras - Ċitazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22634 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet relatati mal-ispeed camera fi Triq l-Imdina, f’Ħal Qormi bejn Jannar 2020 u Ottubru 2024, maqsuma xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta' taħrikiet relatati ma’ Speed cameras li ngħataw fi Triq l-Imdina, f’Ħal Qormi, bejn Jannar 2020 u Ottubru 2024, maqsuma xahar b'xahar, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt.
Sena/ Xahar
Triq l-Imdina (QRM3 - to Żebbuġ)
Triq l-Imdina (QRM4 - to Marsa)
2020
Jannar
216
121
Frar
179
126
Marzu
229
108
April
255
187
Mejju
232
164
Ġunju
205
143
Lulju
220
158
Awwissu
158
168
Settembru
212
97
Ottubru
154
-
Novembru
56
104
Diċembru
115
115
2021
Jannar
149
110
Frar
159
86
Marzu
155
98
April
106
90
Mejju
23
105
Ġunju
66
107
Lulju
103
104
Awwissu
97
69
Settembru
40
102
Ottubru
76
73
Novembru
55
86
Diċembru
95
60
2022
Jannar
85
84
Frar
78
90
Marzu
103
78
April
120
116
Mejju
106
75
Ġunju
83
48
Lulju
127
46
Awwissu
134
56
Settembru
176
49
Ottubru
178
25
Novembru
154
61
Diċembru
50
52
2023
Jannar
128
50
Frar
108
34
Marzu
113
31
April
101
111
Mejju
54
90
Ġunju
-
91
Lulju
81
106
Awwissu
13
56
Settembru
78
35
Ottubru
92
17
Novembru
101
28
Diċembru
133
59
2024
Jannar
118
68
Frar
96
55
Marzu
119
80
April
118
86
Mejju
152
89
Ġunju
152
83
Lulju
182
100
Awwissu
185
100
Settmbru
175
23
Ottubru
230
4
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22633 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet relatati mal-ispeed camera fil-bypass tas-Siġġiewi bejn Jannar 2020 u Ottubru 2024, maqsuma xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ taħrikiet relatati mal-ispeed camera li ngħataw fil-bypass tas-Siġġiewi bejn Jannar 2020 u Ottubru 2024, maqsuma xahar b'xahar, kienu kif indikat fit-tabella t’hawn taħt.
PQ 23046 - Speed Camera Tickets maħruġa minn Jannar 2020 sa 31 ta’ Ottubru 2024 – Siġġiewi bypass
SIĠĠIEWI
Sena / Xahar
Triq Mons Mikiel Azzopardi
2020
Jannar
319
Frar
314
Marzu
264
April
185
Mejju
189
Gunju
249
Lulju
331
Awwissu
324
Settembru
158
Ottubru
72
Novembru
110
Dicembru
148
2021
Jannar
124
Frar
134
Marzu
209
April
187
May
237
Gunju
202
Lulju
184
Awwissu
179
Settembru
175
Ottubru
197
Novembru
162
Dicembru
244
2022
Jannar
157
Frar
108
Marzu
160
April
173
Mejju
118
Gunju
141
Lulju
189
Awwissu
229
Settembru
170
Ottubru
206
Novembru
81
Dicembru
164
2023
Jannar
131
Frar
112
Marzu
84
April
126
Mejju
108
Gunju
51
Lulju
12
Awwissu
0
Settembru
29
Ottubru
46
Novembru
49
Dicembru
7
2024
Jannar
11
Frar
70
Marzu
120
April
93
Mejju
139
Gunju
180
Lulju
86
Awwissu
190
Settembru
147
Ottubru
112
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni (traffic fine) weħel il-Ministeru tiegħu minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fuq liema karozza ħarġet tali ċitazzjoni, min kien qed isuq il-karozza u x'pożizzjoni għandu fil-Ministeru tiegħu, kemm ammontaw fi flus u minn min tħallsu dawn iċ-ċitazzjonijiet; jekk hux mill-persuna li għamlet il-kontravenzjoni jew minn fondi pubbliċi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures li diġà tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Dan il-manwal jagħti linji gwida dwar kif għandhom jiġu trattati iċ-ċitazzjonijiet tat-traffiku relatati ma' karozzi tal-Gvern, inkluż il-ħlas taċ-ċitazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel biex jara li tiżdied is-sigurtà fl-inħawi tal-Kunċizzjoni, il-Ħamrun, fid-dawl ta' reati li seħħew dan l-aħħar li jistgħu jpoġġu f'periklu lir-residenti li jgħixu f'dawk l-inħawi, speċjalment anzjani?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Anke każ wieħed huwa ta’ nkwiet u għalhekk ma’ nistgħu qatt nieqfu nsaħħu l-ħidma għal iktar sigurtà. Għalhekk nappella lill-Onorevoli Interpellant li bħala persuna pubblika tibba¿a l-kummenti tagħha fuq il-fatti.
Ninsab infurmat li l-ammont totali ta’ rapporti ta’ reati li saru fil-Ħamrun fis-sena 2024, kien ta’ 23% inqas minn dawk fis-sena 2023.
Ninsab infurmat li numri ta’ reati kommessi fit-toroq fil-Ħamrun juru, li l-ammont ta’ serq kien lanqas irrapuratat mis-sena 1998. Kien hemm ukoll l-inqas numru ta’ ħsara irrapportati fl-istess perjodu u ċioe’ mis-sena 1998 u kien hemm it-tieni l-inqas ammont ta’ reati relatati ma’ offiżi fiżiċi fuq il-persuni rrapportati, għal darba oħra mis-sena 1998.
Irrid inrodd ħajr lill-ħaddiema kollha tal-Korp tal-Pulizija għall-ħidma li qed jagħmlu fil-Ħamrun, fejn ninsab infurmat li jsiru rondi u spezzjonijiet inkluż fl-inħawi tal-Kunċizzjoni, il-Ħamrun li għamlet referenza għalihom. Dawn isiru kemm mill-Pulizija tad-distrett kif ukoll dawk tat-taqsima tal-Pulizija Komunità, kif ukoll mill-Pulizija mit-Taqsima tar-Rapid Intervention Unit. Tlabt li anke dawn ikunu msaħħa.
Domandi bħal tal-Onorevoli Interpellant jimmarkaw ukoll kemm hu importanti li jkollna iktar pulizija fit-toroq b’mod proattiv, u mhux biss xogħol reattiv. Din hi l-istrateġija ta’ dan il-Gvern.
Filwaqt li l-istatistika turi illi l-miżuri dwar il-prevenzjoni ta’ kriminalità, li bħalissa huma fis-seħħ, qed jagħtu riżultati sinifikanti, il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol ikompli jagħti r-riżorsi lill-Korp tal-Pulizija biex jittieħdu iktar inizjattivi bil-għan li kulħadd josserva l-liġi kif mistenni, filwaqt li l-ħidma ta’ prevenzjoni tibqa’ ssir b’koperazzjoni mal-komunità, li nħeġġiġha dejjem tersaq ‘il quddiem u tkun parti minn din il-ħidma li rridu nagħmlu flimkien.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu d-diretturi tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi d-Diretturi tal-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin u/jew l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi kienu kif ġej;
Abraham Zammit: Direttur – Ġunju 2011- April 2013, Raymond Zammit: Aġent Direttur – April 2013- Aġent Direttur – Ottubru 2013 – Mejju 2015 - Amministratur – Mejju 2015-Novembru 2015, Emanuel Camilleri: Aġent Direttur – Mejju 2013-Ottubru 2013, Paul DeBattista: Direttur – Jannar 2016 – Settembru 2017, Mariella Cassar Camilleri: Amministratur – Settembru 2017- Ġunju 2018, Alexander Dalli: Direttur /Direttur Ġenerali/Uffiċjal Kap Eżekuttiv – Ġunju 2018 -Novembru 2021, Mr Robert Brincau: Uffiċjal Kap Eżekuttiv – Diċembru 2021 – Jannar 2023, Mr Christopher Siegersma: Uffiċjal Kap Eżekuttiv – Jannar 2023 - kurrenti
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji bejn Ottubru u Diċembru 2024? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom u jekk kienx hemm minnhom li kienu persuni barranin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bejn Ottubru u Diċembru 2024 kien hemm seba’ (7) suwiċidji kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Suwiċidji bejn Ottubru u Diċembru 2024
XaharNumru ta’ każiDettalji oħra
Ottubru 20243Persuna Maltija maskili ta’ 72 sena
Persuna barranija femminili ta’ 34 sena
Persuna barranija maskili ta’ 56 sena
Novembru 20243Persuna Maltija maskili ta’ 20 sena
Persuna barranija maskili ta’ 43 sena
Persuna barranija maskili ta’ 47 sena
Diċembru 20241Persuna Maltija maskili ta’ 77 sena
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm divorzji matul l-2024? Jista’ jgħid ukoll:
a. Kemm kienu minn barranin?
b. Kemm kienu minn koppji tal-istess sess?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li kien hemm 505 divorzju rreġistrat mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta fil-perjodu tal-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024 skont kif tiprovdi l-liġi. Minn dawn ħamsa (5) ta’ koppji tal-istess sess. Ir-Reġistru Pubbliku jirreġistra divorzju ta’ żwieġ irreġistrati Malta.
Armi tan-Nar – Aċċidenti minn individwi li għandhom liċenzja
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24678 u jgħid kemm saru inċidenti relatati ma’ armi tan-nar mill-istess individwi li għandhom liċenzja għall-istess arma tan-nar?
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu work permits lil ċittadini barranin u ta' pajjiżi terzi minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-informazzjoni ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.