Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija – persuni li tressqu l-Qorti dwar prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li żammet jew eżerċitat jew kellha sehem ma' oħrajn fl-eżerċizzju ta' burdell jew ta' dar, ħanut jew lok ieħor għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali bi ksur tal-artikolu 8(1) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti? Jista' jgħid f'liema lokalità kienu jinsabu d-djar, ħwienet jew lok ieħor?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2013 u s-sena 2022 il-persuni li tressqu il-Qorti akkużati li żammew jew eżerċitaw jew kellhom sehem ma' oħrajn fl-eżerċizzju ta' burdell jew ta' dar, ħanut jew lok ieħor għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali bi ksur tal-artikolu 8(1) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta) kien kif jidher fit tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dettalji oħra mitluba ġew inkluzi fl-istess lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, fejn dan kien possibli.

Pulizija – persuni li tressqu l-Qorti dwar prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li tat b'kiri jew ippermettiet l-użu jew ħadet sehem mill-qligħ ta' vettura użata għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali bi ksur tal-artikolu 8(2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi min verifiki li saru, min naħa tal-Pulizija ma jidhirx illi fil-perjodu indikat mill-Onorevoli Membru kien hemm każi fejn persuni ġew akkużati li taw b'kiri jew ippermettew l-użu jew ħadu sehem mill-qliegħ ta' vetturi użati għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali bi ksur tal-artikolu 8(2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta).

Armata – Raba’ Bord tal-Inġustizzja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-Raba’ Bord tal-Inġustizzja li sar fi ħdan l-Armata ġiex konkluż? Meta beda dan u jekk mhux konkluż meta mistenni jiġi ffinalizzat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Gvern huwa kommess li jkompli jsewwi inġustizzji ta' Gvern preċedenti. Ġew magħluqa tlett bordijiet ta' inġustizzji, u meta jkun konkluż ir-raba’ bord kulħadd ikun infurmat.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 3 - screening fuq membri tal-Korp tal-pulizija

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 3) kien li ser jibda jsir "screening" kontinwu fuq kull membru fil-MPF (Malta Police Force) partikolarment fuq senior staff li huma inkarigati fuq investigazzjonijiet delikati, jista’ l-Ministru jgħid kif qed isir dan l-iscreening u minn min isir jekk isir?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3968.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 3 - whistle blower policy

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 3) kien li ser tibda titħaddem il-whistleblower policy biex il-Korp jissaħħaħ u li jkun hemm "zero tolerance" għal kull forma ta’ korruzzjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk din il-policy saritx u jekk iva jpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3969.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 3 - screening kontra d-droga

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 3) kien li ser jibda jkun hemm ‘screening’ kontra d-droga fuq kull membru fil-Korp, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet ta’ użu ta’ droga minn membri fil-Korp minn meta ddaħħal dan l-iscreening u x’tip ta’ droga nstabet kif ukoll x’passi ttieħdu kontra dawn il-pulizija u "staff" fi ħdan il-Korp?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3970.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 4 - sistema kompjuterizzata ta' case management

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li waħda mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 4) kien li ser tinxtara sistema kompjuterizzata ta’ case management biex din titħaddem f’kull sezzjoni tal-Korp minflok l-użu tal-karti waqt il-qadi tal-investigazzjonijiet, jista’ l-Ministru jgħid jekk inxtratx din is-sistema u jekk iva, meta u kif qed titħaddem f’kull sezzjoni tal-Malta Police Force?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3971.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 4 - sistema ta' work flow management

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 4) kien li ser tinxtara sistema ta’ "work flow management" fejn ix-xogħol amministrattiv se jiġi wkoll kompjuterizzat, jista’ l-Ministru jgħid jekk din l-għodda nxtratx u jekk iva, meta u xi nxtara u kif u fejn qed tintuża?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3972.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 4 - sistema kompjuterizzata ta HR management

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 4) kien li ser jinxtara sistema kompjuterizzata ta’ "HR management" biex l-aċċess ta’ data personali ta’ kull membru fil-Malta Police Force (MPF) ikun iktar faċli minflok is-sistema manwali, jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sistema nxtratx u jekk iva, meta u xi nxtara u kif qed jintuża?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3973.

Għawdex — spetturi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3239, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jkun hemm it-tielet spettur f’Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kif dejjem sar kull żieda jew tqassim ieħor ta’ membri fil-Korp f’kull rank, jiġi determinat u jsir skond l-esiġenzi u n-neccessitajiet fl-aħjar interess tal-komunità u tal-Korp.

Pulizija – persuni li tressqu l-Qorti dwar reati ta’ tlajjar għall-prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm tressqu persuni l-Qorti dwar reati ta' tlajjar għall-prostituzzjoni? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna, f'liema lokalità twettaq ir-reat u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Sal-ħin li ġie provdut biex niprovdi tweġiba, l-informazzjoni ma kinietx kompluta kollha. Għalhekk l-informazzjoni ser tkun provduta fl-iqsar żmien possibli f’seduta oħra.

Pulizija – persuni li tressqu l-Qorti dwar prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li ġiegħlet persuna li għalqet l-età ta' 21 sena biex titlaq minn Malta jew biex tiġi Malta għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 2 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Sal-ħin li ġie provdut biex niprovdi tweġiba, l-informazzjoni ma kinietx kompluta kollha. Għalhekk l-informazzjoni ser tkun provduta fl-iqsar żmien possibli f’seduta oħra.

Pulizija – persuni li tressqu l-Qorti dwar prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li ġiegħlet persuna taħt l-età ta' 21 sena biex titlaq minn Malta jew biex tiġi Malta għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 3 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Sal-ħin li ġie provdut biex niprovdi tweġiba, l-informazzjoni ma kinietx kompluta kollha. Għalhekk l-informazzjoni ser tkun provduta fl-iqsar żmien possibli f’seduta oħra.

Pulizija – persuni li tressqu l-Qorti dwar prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li żammet persuna kontra r-rieda tagħha f'burdell jew f'lokal ieħor użat bi drawwa għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 5 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna, f'liema lokalità kien jinsab il-burdell jew lokal ieħor u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Sal-ħin li ġie provdut biex niprovdi tweġiba, l-informazzjoni ma kinietx kompluta kollha. Għalhekk l-informazzjoni ser tkun provduta fl-iqsar żmien possibli f’seduta oħra.

Pulizija – għoti ta’ mandati ta' tfittxija fuq persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il mandat ġie mogħti mill-Kummissarju tal-Pulizija lil uffiċjali tal-Pulizija li permezz tiegħu awtorizzahom ifittxu persuna li kontra r-rieda tagħha ġiet miżmuma minn persuna oħra għal skopijiet immorali u dan skont dak li jipprovdi l-artikolu 6(1) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jindika s-sess u l-età tal-persuna li għaliha ġiet ordnata t-tfittxija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Sal-ħin li ġie provdut biex niprovdi tweġiba, l-informazzjoni ma kinietx kompluta kollha. Għalhekk l-informazzjoni ser tkun provduta fl-iqsar żmien possibli f’seduta oħra.

Birżebbuġa, Żurrieq u Ħal Safi – rapporti ta’ vandaliżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' vandaliżmu fuq il-bibien u faċċati ta' residenzi privati f'Birżebbuġa, fiż-Żurrieq u f'Ħal Safi mill-1 ta' Diċembru 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid f'liema stadju tinsab l-investigazzjoni u jekk tressqux xi nies il-Qorti? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx innotati xi tendenzi partikolari u x'azzjonijiet qed jittieħdu min-naħa tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li mill-1 ta' Diċembru 2022 sat-22 ta’Jannar 2023, kien hemm rapport wieħed dwar vandaliżmu, fuq bieb ta' residenza privata fiż-Żurrieq. Ma kienx hemm rapporti aktar ta' vandaliżmu fuq il-bibien u faċċati ta' residenzi privati f’dan il perjodu fil-lokalitajiet msemmija mill-Onorevoli Membru. L-investigazzjonijiet qed ikomplu mill-Korp.

Mellieħa, Mġarr, Naxxar u San Pawl il-Baħar – tneħħija ta’ karozzi abbandunati

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5196, jista’ l-Ministru jgħid mil-liema toroq tneħħew is-sitt karozzi abbandunati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi verifiki saru fuq tlett vetturi li tneħħew mill-Pulizija għax kienu abbandunati u ttieħdu fil-kumpless tagħhom f’ta’Kandja. Dawn tneħħew minn Triq l-Ibħra, San Pawl il-Baħar, minn Triq il-Kappella ta’ Sta Marija in-Naxxar u minn Triq in-Naħal il-Mellieħa. L-ohrajn tneħħew min aġenzija oħra. Nitlob lill-Onorevoli Membru illi jekk għandha jew trid aktar tagħrif fuq dan is-suġġett li jista’ jgħin lill-Pulizija, tgħaddihuli bi kwalunkwe mod anke kunfidenzjali.

Mellieħa, Mġarr, Naxxar u San Pawl il-Baħar – talbiet għal tneħħija ta’ karozzi abbandunati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija għandhiex talbiet pendenti sabiex jitneħħew karozzi abbandunati fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar separatament għal kull lokalità? Għal kull lokalità fejn jinsabu dawn l-istess karozzi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-proċess ta’ tneħħija ta’ vetturi abbandunati fil-lokalitajiet imsemmija mill Onorevoli Membru huwa kontinwu, bħal ma jsir f’kull parti oħra ta’ dawn il-gżejjer. Dan isir kemm mill-Korp tal-Pulizija u kif ukoll entitajiet oħrajn responsabbli.

Għawdex – għases tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn hemm għases tal-Pulizija fil-lokalitajiet f'Għawdex u kemm minn dawn qegħdin ikunu miftuħin għall-pubbliku u kemm le? Fil-każ tal-għassa tal-Pulizija tan-Nadur li kienet tinsab fi Pjazza San Pietru u San Pawl, jista' l-Ministru jgħid jekk din hux se terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku u jekk le, għaliex? Jista' jgħid jekk il-Korp għaddiex lura l-binja ta' din l-għassa lis-sidien, peress li din kienet fil-kera u jekk iva, fejn hu l-ħsieb li ssir l-għassa ġdida fin-Nadur?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għall-din il-Mistoqsija Parlamentari tingħata f’seduta oħra.

Forzi Armati ta' Malta — Informazzjoni

Question

B'referenza għall-Forzi Armati ta' Malta (AFM), jista' l-Ministru jgħid: a. kemm kien hemm patrol boats jew bastimenti simili li attwalment qed jiġu użati mill-maritime squadron tal-AFM u f’kull każ kemm ilhom fis-servizz; b. jekk l-AFM għandhiex armoured vehicles – jekk iva kemm hemm u jistax jagħti deskrizzjoni ta’ kull vettura; ċ. kemm hemm nisa li huma suldati fi ħdan l-AFM u dan skont ir-rank tagħhom; u d. kemm attwalment hemm avukati impjegati mal-AFM u f’kull każ x’inhu r-rank tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi: a. L-Iskwadra Marittima topera b’numru ta’ laneċ li huma ta’ l-istess klassi, jew klassi simili. Fost dawn insibu: § Melita I u Melita II (Supervittora 800 Class Search & Rescue Launches) – li żdiedu mal-flotta fl-1998, u fl-2011 saritilhom mid-life upgrade; § P51 u P52 (Protector Class) – li żdiedu mal-flotta fl-2002 u fl-2004 rispettivament; § P21, P22, P23 u P24 (Austal Class) – li żdiedu mal-flotta fl-2010; § P02, P03 u P04 (Boomeranger) – li bdew joperaw fl-2012; § P05 u P06 (Defender Class) – li bdew joperaw fl-2014; § P61 – li waslet ġewwa Malta fl-2005 u fil-2016 saritilha upgrade; § P71 – li waslet ġewwa Malta fil-2022 u bħalissa għaddejjin it-tħejjijiet biex tibda topera fil-futur qarib. b. Il-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) m’għandhiex armoured vehicles fi ħdanha; c. Fi ħdan il-FAM hemm mija wieħed u għoxrin (121) mara kif jidhru hawn taħt; Rank Numru ta’ Nisa Corp Lt Col 1 Officer Maj 2 Officer Capt 2 Officer Lieut 9 Officer 2Lt 1 Officer WO1 1 Other Rank WO2 1 Other Rank SSgt 4 Other Rank Sgt 2 Other Rank Bdr 22 Other Rank LBdr 20 Other Rank Gnr 48 Other Rank WO2 3 VRF/FS SSGT 1 VRF/FS BDR 2 VRF/FS LBdr 1 VRF Gnr 1 VRF d. Il-FAM għandha żewġ (2) avukati mpjegati magħha fir-rank li jidher hawn taħt; Rank Numru t’Avukati Corp Lt Col 1 Officer Capt 1 Officer