Legislature:
Category:
Reset
Active:

Air Malta – Piloti

Question

Jista’ l-Ministru jispjega fid-detall kif inħadmu s-somom li ħadu l-piloti li kienu mal-Air Malta kif ġej: i. dawk li bbenefikaw mill-ERS; ii. dawk li kienu attivi jtiru mal-Air Malta dakinhar li ngħalqet; u iii. dawk it-33 pilota li rrinunzjaw il-kawża fil-Qorti kontra l-Prim Ministru ta’ Malta? Jista’ jgħid ukoll f’kull każ l-ammont globali li ħadu u fuq kemm-il kuntratt inħadmet is-somma?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19063.

Air Malta – Piloti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li kien hemm piloti fuq kuntratt definit mal-Air Malta, li ffirmaw il-kuntratt u ntlaħaq qbil magħhom fuq l-ammonti li għandhom jieħdu qabel ma l-kumpanija waqqfet l-operat tagħha? Jekk dan hu l-każ, jista’ jispjega għalfejn ingħataw il-possibilità ta’ kumpens u jekk dan joħroġx minn xi garanzija li hemm fil-ftehim li kien sar mal-Airline Pilots Association Malta (ALPA)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19063.

Ministeru għall-Finanzi — Artikli u opinjonijiet fuq online portals - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara l-artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn kienu intervisti jew rapporti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tweġiba turi n-nefqa minn Jannar 2024 l’hemm.

Air Malta – Diretturi fil-bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm diretturi fil-bord tal-Air Malta kull sena mis-sena 2014 sal-aħħar ta' Marzu 2024, maqsuma sena b’sena u x’kienet ir-remunerazzjoni ta’ kull wieħed?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f'Malta li matul l-2023 ingħataw ċitazzjonijiet fihom? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta’ ċitazzjonijiet għal kull triq?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f'Malta li matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2024 ingħataw ċitazzjonijiet fihom? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta’ ċitazzjonijiet għal kull triq?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Corporate Financial Management Solution

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa' s-sistema tal-finanzi Corporate Financial Management Solution (CFMS) tal-Gvern?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Taxxa fuq l-overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabret taxxa fuq l-overtime bir-rata ta’ 15% matul is-snin 2022 u 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taxxa fuq l-overtime bir-rata ta’ 15% għas-sena 2022 kienet tammonta għal €17,664,941. L-informazzjoni dwar is-sena 2023 tkun tista’ tingħata lejn l-aħħar ta’ Ġunju meta jitlesta l-proċessar tal-Final Settlement System data għall-2023.

Għoti ta’ kuntratti għall-provvista ta’ servizzi, ħwejjeġ u xogħlijiet lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9545 u 12413 u jgħid kemm-il kuntratt ingħata taħt il-proċedura negozjata għall-provvista ta’ servizzi, ħwejjeġ (goods) u xogħlijiet lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku separatament kull sena minn Jannar 2019 ’il hawn? X’kienu s-servizzi, xogħlijiet eċċ. provduti f’kull każ? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt? Jista’, jekk jogħġbu, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviż (kuntratt taħt il-proċedura negozjata) ippubblikat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-Kummissjoni Ewropea, u hija aċċessibbli liberament għall-pubbliku. L-aħħar rapport ippubblikat ikopri il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Ir-rapport li jmiss li jkopri bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2023, ser jiġi sottomess lill-Kummissjoni Ewropea fil-ġimgħat li ġejjin, u jiġi ppubblikat iktar tard.

Xiri ta’ proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18119 u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18041, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni, u jgħid kemm hemm żgħażagħ bejn it-18 u l-35 sena li xtraw il-proprjetà tagħhom f’dawn l-aħħar għaxar snin maqsumin sena b’sena u skont kull età? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn xtraw il-proprjetà waħedhom jew inkella ma’ xi ħadd?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

NSO — Defiċit 2023

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17768, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istqarrijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li juru d-defiċit ta' pajjiżna, xahar b'xahar, matul is-sena 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’għandi xejn aktar xi nżid mat-tweġiba oriġinali li diġà ngħatatlu.

E-kick scooters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni li jixtru e-kick scooters u jkunu intitolati għall-għotja ta’ €150 għax-xiri ta’ e-kick scooters privati, hux qed jiġu inxurjati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Minisetru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari W93.

Ministeru għall-Finanzi — Programmi tar-radju - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tar-radju li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika wkoll liema minn dawn il-programmi kienu intervisti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Jannar 2024 ma kien hemm ebda nefqa mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet tiegħu fuq programmi tar-radju.

MFSA — Applikazzjonijiet għal liċenzji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal liċenzji ġodda mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll liema tip ta' liċenzji kienu mitluba?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Sector Type Total for Q1 2024 Financial Institutions Financial Institutions 9 Insurance Intermediary 38 Pensions Investment Managers(Exempted) 1 Investment Services Cat 1b 1 Investment Services Cat 2 9 Investment Services Cat 3 1 Investment Services Cat 4a 1 Investment Services Fund Management 1 Funds Alternative Investment Funds 3 Funds Professional Investment Funds 1 Funds Retail - Maltese UCITS Schemes 4 Funds Notified Alternative Investment Funds 5 Company Service Providers Under threshold Class A CSP 1 Virtual Financial Assets VFA Service Provider 2 Total 77

Sigurtà Soċjali – Lista ta’ ammonti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18304 u jippubblika lista bl-ammonti ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (NI) mħallsa, minn dawk li jaqgħu taħt il-parentesi tat-taxxa li ġejjin: a. Single - Ir-rati kollha 0%, 15%, 25%, 35% ; b. Ġenitur - Ir-rati kollha 0%, 15%, 25%, 35% ; ċ. Miżżewweġ - Ir-rati kollha 0%, 15%, 25%, 35%?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni riċevuta għall-finijiet tal-Final Settlement System għas-sena 2022, l-ammonti ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa (employee u employer share) skont il-kategoriji mitluba huma murija fit-tabella ta’ hawn taħt: Rati ta’ Taxxa Miżżewweġ Ġenitur Single Total 0 €5,381,997 €6,320,165 €36,379,409 €48,081,572 15 €12,741,336 €17,134,636 €68,703,270 €98,579,243 25 €35,071,230 €167,119,610 €415,416,470 €617,607,311 35 €8,109,014 €20,900,507 €38,636,420 €67,645,942 Total €61,303,579 €211,474,919 €559,135,570 €831,914,069

Palazz ta’ Selmun

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15393 u 16259 u jgħid x’se jkun qed isir mill-Palazz ta’ Selmun, ġaladarba dan kien restawrat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 16786.

MFSA – Appelli minn deċiżjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena mit-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm saru appelli minn deċiżjonijiet tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) fejn l-MFSA imponiet penali amministrattiva (irrispettivament ta’ kif deskritta) quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji? F’kull każ jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus attwali, u fejn ġew deċiżi, jagħti l-isem tal-każ u d-data tad-deċiżjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kumitat dwar Deċiżjonijiet tal-Infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari ġiex appuntat il-Kumitat dwar Deċiżjonijiet tal-Infurzar imwaqqaf skont l-artikolu 11 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, Kap 330? Jekk le, jista’ jgħid għalfejn ma ġiex appuntat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet mogħtija fil-mistoqsijiet parlamentari numri 10748 u 11098.