Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa – Skola Primarja — Containers li ser iservu bħala klassijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi kif approvati mill-Awtoritajiet konċernati ta’ kif u fejn ser ikunu qed jitpoġġew il-containers biex iservu bħala klassijiet fil-Park tal-Familja fil-Mellieħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Skola Primarja — Containers li ser iservu bħala klassijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu kbir kull container li ser ikun qed iservi bħala klassi u jgħid ukoll kull container kemm ser ikollu studenti fih?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Skola Primarja – Post għall-containers li ser iservu bħala klassijiet – Studji u rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji (Studji / rapporti dwar is-Saħħa u s-Sigurtà (inklużi dawk sanitarji) fl-interess tat-tfal, l-għalliema u l-ħaddiema kollha li ser ikunu qed iwettqu l-ħidma tagħhom fiż-żona fejn ser jitpoġġew il-containers u l-impatt tat-traffiku li jkun hemm fiż-żona ta’ Braġ u l-Kortin) kollha li saru relatati mal-għażla tal-post (Park tal-Familja) ta’ fejn ser ikunu qed jitpoġġew il-containers biex iservu bħala klassijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Skola Primarja – Żieda fil-popolazzjoni tal-istudenti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li juru kemm ser tkun qed tiżdied il-popolazzjoni tal-istudenti fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa għall-10 snin li ġejjin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Skola Primarja – Xogħol ta’ twaqqigħ u bini mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol tat-twaqqigħ tal-bini tal-Iskola Primarja eżistenti fil-Mellieħa u allura meta mistenni li jitlesta l-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Selmun Palace Hotel – Rapport

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-rapport tal-periti fejn indikaw li l-lukanda Selmun Palace ma tistax tiġi rranġata biex tintuża temporanjament bħala skola sakemm jitlesta x-xogħol tat-twaqqigħ u l-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

L-Università ta' Malta — Studenti li għandhom il-kundizzjoni tal-ASD

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22828 dwar studenti li għandhom il-kundizzjoni tal-autism spectrum disorders (ASD), jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm hemm studenti fl-Università ta' Malta b’din il-kundizzjoni, hekk kif fl-istess tweġiba ntqal li l-Università ta’ Malta tista’ tippubblika l-figuri wara l-aħħar tas-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

L-Università ta' Malta — Studenti bil-kundizzjoni tal-ADHD

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22384 dwar studenti li għandhom il-kundizzjoni tal-ADHD, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm hemm studenti fl-Università ta' Malta b’din il-kundizzjoni, hekk kif fl-istess tweġiba ntqal li l-Università ta’ Malta tista’ tippubblika l-figuri wara l-aħħar tas-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24482.

Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol maż-Żgħażagħ f'Malta — Ilmenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20835, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol maż-Żgħażagħ f’Malta, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-bord twaqqaf fl-2015 u ma kien hemm l-ebda ilment mill-applikanti rigward applikazzjonijiet li ġew sottomessi quddiem il-Bord imsemmi.

Studenti li ma komplewx l-iskola obbligatorja — Eżenzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21072, fejn ingħad: "Infurmat li t-talbiet kollha għall-eżenzjonijiet jintbagħtu u jiġu approvati mid-DIER. Hekk kif toħroġ l-eżenzjoni jkunu mmarkati bħala eżentati fuq l-MIS. F’każ li l-istudent ikollu diffikultajiet soċjali jsir kuntatt ma’ servizzi jew professjonisti oħra involuti. L-eżenzjonijiet jinħarġu biss għal dawk l-istudenti li jkunu għalqu 15-il sena.", jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu minn dawn l-eżenzjonijiet bejn 2020 u l-2024, maqsuma għal kull sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Is-suġġett tar-Reliġjon

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jagħżlu r-Reliġjon bħala s-suġġett tagħhom minflok l-Etika? X’persentaġġi hemm meta tqabbel iż-żewġ suġġetti? Jista’ jagħti wkoll l-ammonti matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma għal kull sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Dgħajsa tal-ibburdjar Viva Malta

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20682, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati fondi għad-dgħajsa tal-ibburdjar Viva Malta fl-2024 u fl-2025 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Min huma l-persuni li qed jitħarrġu fuq din d-dgħajsa u liema kienu t-tlielaq offshore internazzjonali li ħadet sehem fihom? Jista’ jgħid ukoll fejn qed tinżamm din id-dgħajsa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Skejjel tal-Gvern fil-livell primarju u kindergarten - Studenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26165, jista’ l-Ministru jgħid kif inhuma maqsuma l-1,915 student li jattendu fl-iskejjel fil-livell primarju u kindergarten ġewwa Għawdex, skola skola u kemm minnhom huma barranin? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ tfal li bdew jattendu f’dawn l-iskejjel, fl-aħħar intake ta’ din is-sena u kemm minnhom huma barranin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livelli soċjali u ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26312 u 26673 u jiċċara x’kienu l-livelli soċjali u ambjentali li l-proġett tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa kellu jikseb u sa meta kellhom jinkisbu? Jista’ jgħid ukoll jekk sal-ġurnata preżenti ntlaħqux il-livelli mixtieqa u jekk le, sa meta huma proġettati li jintlaħqu u kif jistgħu jiġu kwantifikati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Użu mill-faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26311 u 26672, u jgħid jekk SportMalta u l-Imtarfa Drama Group għadhomx jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa, u jekk jirriżulta fin-negattiv, jgħid għalfejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Skola Primarja – Pjanti finali

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti finali kif imressqa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar dwar il-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Skola Primarja – Laqgħat ta’ konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa ta’ konsultazzjoni saret dwar il-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa, mal-Kap tal-Iskola u mal-Kunsill Skolastiku fl-aħħar sentejn? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-istess laqgħat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Bini ta’ Skola Primarja — Siti li ġew ikkunsidrati

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema kienu dawk il-postijiet/siti fil-lokalità tal-Mellieħa (bil-qisien preċiżi għal kull sit) li ġew ikkunsidrati fl-aħħar sentejn, sabiex ikunu jistgħu jiġu allokati fihom l-istudenti sakemm l-Iskola Primarja tal-Mellieħa tkun qed tinbena mill-ġdid?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.