Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn annimali eżotiċi liċenzjati ġewwa pajjiżna? Kemm minn dawn l-annimali huma msewwija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawk l-annimali eżotiċi reġistrati li jinsabu ġewwa stabbilimenti żooloġiċi liċenzjati, skond il-L.S. 439.08 huwa ta’ 154 annimali u dawk l-annimali eżotiċi li jinsabu ġewwa siti approvati biex jinżammu annimali perikolużi, skont il-L.S. 439.19 huma ta’ 54 annimali. Dan ifisser li hawn total ta’ 208 annimal eżotiku reġistrat f’Malta. Dan qiegħed jeskludi n-numru ta’ għasafar u ta’ ħut u anke ta’ annimali mhux eżotiċi ġewwa dawn l-istess stabbilimenti.
Id-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja m’għandiex in-numru ta’ annimali eżotiċi liċenzjati li huma msewwija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm annimali eżotiċi li ntbagħtu barra minn Malta? Jista’ jagħti indikazzjoni ta' dawn il-figuri sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? X'tip ta' annimali kienu dawn u liema huma ż-zoos li għamlu dan?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li l-Ministeru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx ingaġġat l-ebda fototgrafu, la full-time u lanqas part-time. Matul l-2022 saret l-ispiża ta’ €4730 għal servizzi ta’ fotografija li kienu meħtieġa.
Ministeru għall-Agikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema stazzjonati f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fl-uffiċċju tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali ġewwa Għawdex u f’liema grad huma? Jista' jgħid x'servizzi qed jingħataw f’Għawdex mill-Ministeru tiegħu minn dan l-uffiċċju?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-uffiċċju tal-AgriConnect ġewwa Għawdex iservi bħala punt ta’ riferiment lill-bdiewa u r-raħħala fejn jiġu assistiti meta jiltaqgħu ma’ xi diffikultajiet marbutin ma’ skemi u servizzi amministrati mid-Direttorat għall-Agrikoltura. Fost in-numru ta’ servizzi offruti, bdiewa u raħħala jistgħu jibbenefikaw mis-servizz tal-ippjanar tal-uċuħ, liema servizz huwa marbut ma’ numru ta’ servizzi oħra bħal dawk ta’ aċċess għall-fondi Ewropej u pjanijiet ta’ fertilizzanti. Ta minn isemmi wkoll li l-uffiċċju jservi wkoll bħala post fejn bdiewa u raħħala jistgħu jħallu kampjuni ta’ ħamrija jew ilma sabiex jittieħdu fil-laboratorji għall-analiżi.
Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol u funzjonijiet għandha l-Aġenzija Maltija għall-Ikel ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Ministeru tiegħu, permezz tal-Aġenzija Maltija għall-Ikel, jibda jopera s-suq tal-bdiewa ġewwa l-gżira ta' Għawdex bħalma qed isir f'diversi postijiet f’Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Il-Malta Food Agency (MFA) twaqqfet biex tagħti servizzi pubbliċi fir-rigward tal-ikel li ġej mill-biedja u s-sajd. Wara s-suċċess li kellu s-suq tal-bdiewa ġewwa Ta’ Qali u reċentement dak tal-Birgu, il-Malta Food Agency li hi responsabbli wkoll għas-swieq, qed tevalwa l-possibbiltà li jkun hemm iktar swieq tal-bdiewa f’lokalitajiet differenti fosthom ukoll ġewwa Għawdex.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — impjegati ġodda
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6789 dwar persuni ġodda impjegati fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimal, jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta' impjegati minn kull lokalità msemmija fit-tweġiba?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba tinsab fit-tweġiba li ngħatat preċedentement.
Persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – ħaddiema Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5396 u jgħid kemm kien hemm u preżentement kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu ġewwa Malta f'dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sena b’sena mis-sena 2020 sal-lum? Jista' jgħid preżentement dawn il-ħaddiema ma' liema dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet governattivi qed jaħdmu mal-Ministeru tiegħu u xi grad huma?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub rigward il-ħaddiema li jidher li għandhom indirizzz fuq Għawdex huwa kif ġej:
Sena
Servizz Pubbliku
Aġenziji
2020
18
6
2021
18
9
2022
46
14
2023
45
15
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn annimali eżotiċi f’Malta u jagħti l-isem xjentifiku ta’ kull annimal kif ukoll l-ammont li hemm minn kull wieħed?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja m’għandux lista jew in-numru tal-annimali eżotiċi li qegħdin f’Malta. Id-definizzjoni ta’ annimali eżotiċi hija vasta għax qiegħda tirreferi għal dawk l-ispeċi ta’ annimali li ma joriġinawx minn Malta u mhumiex tipikament preżenti fil-pajjiż bħala ċerti annimali tal-produzzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti minħabba li naqsu milli jirreġistraw annimali eżotiċi mal-awtoritajiet kompetenti u x’kienu l-annimali li dawn naqsu li jirreġistraw?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma jitressqux persuni l-Qorti għax ma jkunux irreġistraw xi annimal/i eżotiku/eżotiċi peress li ma hemm l-ebda obbligu legali.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7259, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport kriminali sar mal-Pulizija mill-Permanent Secretary tiegħu fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu, f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fornituri u kemm kien il-valur li kien għadu ma tħallasx għal prodotti agrikoli li fornew sal-aħħar ta' Marzu 2023 bħala parti minn xi skema ta' sussidju lill-bdiewa sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-iskema ta’ sussidju.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — emails mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali li rċieva l-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar, Frar u Marzu 2023?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jgħoddu l-istess prinċipji msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija tiegħu numru 7120.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-inċident li seħħ fis-17 ta' April 2023, fejn sid ta' żewġt iklieb safa attakkat minnhom, l-uffiċjali mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali ma kinux mgħammra b'apparat li seta’ jgħin biex jiġu trankwillizzati l-klieb? Jista' jgħid jekk dawn iż-żewġt iklieb ġewx iċċekjati minn behaviourist u anke veterinarju biex jassessjaw għaliex ġabu ruħhom b'dan il-mod? Jista’ jgħid jekk dawn iż-żewġt iklieb ġewx ittestjati għal xi tip ta' mediċina li setgħu ġew esposti għaliha, anke kif ipproponiet il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali? X'sar jew x'se jsir minn dawn iż-żewġt iklieb?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-inċident li seħħ fis-17 ta' April, 2023, fejn sid ta' żewġt iklieb safa attakkat minnhom, ir-rapport daħal bħala sejħa normali għall-ambulanza fejn il-veterinarja ġiet ukoll msejħa fuq il-post. It-trankwillizzant waħdu ma kienx ħa jwaqqaf immedjatament il-klieb. L-investigazzjonijiet fuq dan il-każ għadhom għaddejjin. Il-kelb involut miet u ħa ssirlu awtopsja filwaqt li l-kelb l-ieħor qiegħed mal-klieb l-oħra li nġabru mir-residenza tas-sid, f’post sigur fejn qed jingħataw dak kollu li għandhom bżonn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-bqija tal-klieb li nstabu fir-residenza tas-sid li safa attakkat minn żewġt iklieb tiegħu f’inċident li seħħ fis-17 ta' April 2023? Jista’ jgħid għaliex dawn l-istess klieb tħallew 'il fuq minn 24 siegħa bil-ġuħ qabel ġew mitmugħa? Jista’ jgħid għaliex ma skattawx l-emendi l-ġodda li ddaħħlu permezz tal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali, Kap. 439, f'Jannar li għadda u allura fl-immedjat il-Qorti kienet tagħti l-permess biex fir-residenza inkwistjoni, jingħata l-aċċess biex jidħlu l-Uffiċjali tal-Ħarsien tal-Annimali? X'se jsir mill-klieb l-oħrajn li nstabu fir-residenza?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nstabu tmint iklieb fir-residenza tas-sid li safa attakkat minn żewġt iklieb tiegħu f’inċident li seħħ fis-17 t’April 2023. Id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali kellha informazzjoni li dawn il-klieb kienu qegħdin jiġu mitmugħin. Il-proċess kien wieħed delikat u kien hemm bżonn koordinazzjoni neċessarja mal-pulizija. Il-klieb jinsabu f’post sigur u f’kundizzjonijiet xierqa taħt il-kustodja tad-Direttorat għal Harsien tal-Annimali.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – implimentazzjoni ta’ Direttivi tal-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi tal-Unjoni Ewropea li kellhom data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali fis-sena 2022 u li ġew trasposti huma s-segwenti:
Ministeru
Titlu
Data ta’ Skadenza
MAFA
Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-kummissjoni (UE) 2021/415 tat-8 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE u 66/402/KEE sabiex tadatta l-gruppi tassonomiċi u l-ismijiet ta’ ċerti speċi ta’ żrieragħ u ħaxix ħażin għall-evoluzzjoni tal-għarfien xjentifiku u tekniku
31/01/2022
MAFA
Direttiva ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2021/2171 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE fir-rigward tal-piżijiet tal-lottijiet ta¿-żerriegħa u tal-kampjuni tal-Avena nuda
31/01/2022
MAFA
Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/971 tas-16 ta’ Ġunju 2021 li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE dwar il-bejgħ fis-suq taż-żerriegħa tal-pitravi, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ħxejjex u l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE dwar il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra, fir-rigward tal-użu ta’ tekniki bijokimiċi u molekulari
31/08/2022
MAFA
Direttiva ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2022/905 tad-9 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward tal-protokolli għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli u ta’ speċijiet ta’ ħxejjex
31/12/2022
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order saret mid-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta' sajjieda full-time u part-time, separatament, li ngħataw kwota għall-qbid tat-tonn għal din is-sena? Jista' jgħid, b'mod separat, għal kull port kemm hu n-numru ta' sajjieda li ngħataw dawn il-kwoti? Jista' jgħid jekk kienx hemm sajjieda li talbu għall-kwota u ma messithomx kwota din is-sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 284 sajjied full-time (MFA) u 214-il sajjied part-time (MFB) li ngħataw kwota għall-qbid tat-tonn għal din is-sena. In-numru ta' sajjieda li ngħataw dawn il-kwoti għal kull port huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Port
Reġjun
Total
Anchor Bay
Malta
2
Armier
Malta
6
Birżebbuġa
Malta
21
Buġibba
Malta
3
Dwejra
Għawdex
9
Għar Lapsi
Malta
3
Ġnejna
Malta
27
Gżira
Malta
3
Kalkara
Malta
6
Marfa
Malta
3
Marsalforn
Għawdex
14
Marsamxett
Malta
1
Marsaskala
Malta
23
Marsaxlokk
Malta
178
Mellieħa Bay
Malta
7
Mġarr
Għawdex
69
Mġarr Ix-Xini
Għawdex
1
Mistra Bay
Malta
4
Msida
Malta
28
Pieta’
Malta
1
Qawra
Malta
4
Qbajjar
Għawdex
2
Ramla tal-Qortin
Għawdex
1
Salina
Malta
6
Senglea
Malta
1
St. Julians Bay
Malta
15
St. Paul`s Bay
Malta
30
St. Thomas Bay
Malta
2
Ta` Xbiex
Malta
5
Wied iż-Żurrieq
Malta
1
Xemxija
Malta
13
Xlendi
Għawdex
9
498
Ninsab infurmat li dawk kollha li kienu intitolati ġew mogħtija skont l-ordinanzi.
Kunsilli Lokali li applikaw u jħaddmu magħhom animal stewards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema Kunsilli Lokali applikaw biex iħaddmu magħhom ‘Animal Stewards’ f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk il-Kunsilli li diġà bdew iħaddmu magħhom ‘Animal Stewards’?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.