Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il kunsill lokali jew reġjuni bħalissa qed joperaw b’segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dan l-irwol f’kunsill jew reġjun ta’ kunsill lokali ieħor? F’kull każ, liema huma l-kunsilli/reġjuni involuti? Fejn hemm segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dawn l-irwoli, f’liema kunsilli jew reġjuni qed jaqdi dan id-dmir f’kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm Kumitat Reġjonali wieħed u tlett Kunsilli Lokali li qed joperaw b’Segretarju Eżekuttiv ta’ Kunsill Lokali ieħor.
Dawn huma:
1. Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li qed isservi wkoll bħala Aġent Segretarju Eżekuttiv fil-Kumitat Reġjonali tax-Xlokk; u
2. Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li qed iservi wkoll bħala Aġent Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Lokali tal-Gudja kif ukoll bħala Aġent Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żabbar.
Intant hemm ukoll:
3. Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ Kerċem li qed iservi wkoll bħala Deputat Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz.
Informazzjoni f’format ta' tabella:
Is-SE tal-Kunsill Lokali ta’... qed iservi wkoll bħala
Ħal TarxienAġent SE fil-Kumitat Reġjonali Xlokk
Ix-XgħajraAġent SE fil-KL Gudja u
Aġent SE fil-KL Ħaż-Żabbar
Ta’ KerċemDeputat SE fil-KL San Lawrenz
Total: 3Total: 4
Kunsilli Lokali jew reġjuni – segretarju eżekuttiv
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il kunsill lokali jew reġjun kienu qegħdin joperaw b’segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dan l-irwol f’kunsill jew reġjun ta’ kunsill lokali ieħor sal-aħħar ta’ Ottubru 2017? F’kull każ liema huma l-kunsilli/reġjuni involuti? Fejn hemm segretarju eżekuttiv li kien qed jaqdi dawn l-irwoli f’liema kunsilli jew reġjuni f’kull każ kien qed jaqdi dan id-dmir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa Ottubru 2017 kien hemm Kumitat Reġjonali wieħed u tlett Kunsilli Lokali li qed joperaw b’Segretarju Eżekuttiv ta’ Kunsill Lokali ieħor.
Dawn kienu:
1. Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li kienet qed isservi wkoll bħala Aġent Segretarju Eżekuttiv fil-Kumitat Reġjonali tax-Xlokk; u
2. Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li kien qed iservi wkoll bħala Aġent Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Lokali tal-Gudja kif ukoll bħala Aġent Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żabbar.
Intant kien hemm ukoll:
3. Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kumitat Reġjonali tat-Tramuntana li kien qed iservi wkoll bħala Deputat Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Informazzjoni f’format ta' tabella:
Is-SE tal-... kien qed iservi wkoll bħala
KL Ħal TarxienAġent SE fil-KR Xlokk
KL XgħajraAġent SE fil-KL Gudja u
Aġent SE fil-KL Ħaż-Żabbar
KR TramuntanaDeputat SE fil-KL San Pawl il-Baħar
Total: 3Total: 4
Kunsilli Lokali jew reġjuni — aġent segretarju eżekuttiv / deputat segretarju eżekuttiv / aġent deputat segretarju eżekuttiv
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-kunsilli lokali jew reġjuni li qegħdin joperaw b’aġent segretarju eżekuttiv/deputat segretarju eżekuttiv/aġent deputat segretarju eżekuttiv? F’kull każ jista’ jgħid f’liema rwol ieħor huma impjegati mal-Gvern jew aġenziji tal-Gvern, dawn l-istess uffiċjali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ Kumitati Reġjonali u ħames Kunsilli Lokali – total ta’ sebgħa, li qed joperaw b’Aġent Segretarju Eżekuttiv, Deputat Segretarju Eżekuttiv jew Aġent Deputat Segretarju Eżekuttiv. Tali ħatriet saru skont il-provedimenti tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali. Qed nannessa Tabella bid-dettalji ta’ dawn il-każi.
Entità Gvern Lokali:Attwalment għandha:Li l-irwol prinċipali tiegħu/tagħha huwa:
Kumitat Reġjonali XlokkAġent Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien
Kunsill Lokali Ħaż-ŻabbarAġent Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mal-Kunsill Lokali tax-Xgħajra
Kumitat Reġjonali NofsinharAġent Segretarju EżekuttivDirettur mal-LESA
Kunsill Lokali Il-GudjaAġent Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mal-Kunsill Lokali tax-Xgħajra
Kunsill Lokali Ħal SafiDeputat Segretarju EżekuttivAssistent Prinċipal fi ħdan il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi stess
Kunsill Lokali San LawrenzDeputat Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mal-Kunsill Lokali Ta’ Kerċem
Kunsill Lokali San Pawl il-BaħarAġent Deputat Segretarju EżekuttivAssesur mad-Dipartiment għall-Istandards tal-Ħarsien Soċjali
Jista’ l-Ministru jgħid attwalment jekk hemmx xi karigi battala fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), fir-rigward karigi ta’ Diretturi Ġenerali u ta’ Diretturi a tenur tar-Raba Skeda tal-Kap. 510? Jekk hemm xi karigi battala liema huma u kemm ilhom battala u għalfejn ilhom battala?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-preżent, l-Awtorità għandha tliet karigi battala f’livell ta’ Diretturi. Żewġ Diretturi mall-Uffiċju tal-Kompetizzjoni u wieħed mall-Uffiċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Il-Pożizzjoni ta’ Direttur għall-Ilmenti u Konċiljazzjoni ilha battala minn Frar 2016. Kien hemm żewġ sejħiet biex timtela din il-kariga. Iż-żewġ sejħiet ma waslux biex timtela din il-kariga.
Rapport tal-Missjoni tal-Parlament Ewropew — ħlasijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas jew tħallsu l-individwu ta' nazzjonalità Ingliża u d-ditta Ingliża li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament b'rabta mat-tweġiba tal-Gvern ta' Malta għar-rapport tal-missjoni tal-Parlament Ewropew bid-data tal-11 ta' Jannar 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Konxji mill-ħidma li kienet qiegħda ssir kontra pajjiżna fuq livell internazzjonali, imsejsa biss fuq nofs veritajiet, rapporti inkonklussivi u/jew suppożizzjonijiet, dan il-Gvern ma setax ma jinvolvix ukoll kumpanija legali reputabbli internazzjonalment, bħalma hi dik imsemmija b’mod separat.
Ninsab infurmat li saru l-ħlasijiet ta’ €26,000 minn dan il-Ministeru għal servizzi legali mogħtija mid-ditta internazzjonali inkwistjoni, waqt li l-individwu msemmi wkoll qatt ma tħallas direttament minn dan il-Ministeru.
Ovvjament ir-responsabbiltà tal-kontenut kollu tar-rapport hi biss tal-Gvern Malti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti? Jista' jgħid kemm ilu pendenti kull wieħed mill-ġurijiet? Jista' jgħid x'inhuma l-akkużi u x'nazzjonalità għandhom il-persuni akkużati għal kull wieħed mill-ġuri?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qieghda tingabar u ghaldaqstant r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – ħlasijiet lill-persuna u/jew il-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet li saru lill-persuna u/jew il-kumpanija, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet, kumpaniji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu mill-2013 sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija? Jista’ jgħid jekk dawn ingħatawx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Jista’ jaqsam il-ħlasijiet sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li saru ħlasijiet ta’ €10,586.96, hekk kif indikat fit-tabella li qed nannessa ma’ dan ir-risposta, minn dan il-Ministeru għal servizzi ta’ reklamar u kitba ta’ artikli lill-persuna u/jew il-kumpanija, li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament.
Natura tax-Xogħol Mogħti
Tender /
Direct Order
Ammont imħallas (€ u VAT inkluż)
2016
Arts Council Malta
Lovin Malta Highlights from Notte Bianca 16 -
DO
€ 826.00
2017
Arts Council Malta
Lovin Malta: Deposit / Articles - Festivals -
DO
€ 3,304.00
Arts Council Malta
Lovin Malta Article and facebook boost -
DO
€ 472.00
Arts Council Malta
Lovin Malta: Article and facebook boost -
DO
€ 472.00
Arts Council Malta
Lovin Malta - Article facebook -
DO
€ 472.00
Arts Council Malta
Lovin Malta - Article facebook -
DO
€ 472.00
Arts Council Malta
Lovin Malta: Article Notte Bianca and FB boost -
DO
€ 472.00
Arts Council Malta
Lovin Malta: Article Post Notte Bianca and FB Boost -
DO
€ 556.96
Valletta 2018
Lovin Malta: Reklamar tal-Opening tal-Valletta 2018
DO
€ 3,540.00
€ 10,586.96
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Bord ta' Governanza tal-Kunsilli Lokali mhux kostitwit?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Bord ta' Governanza tal-Kunsilli Lokali huwa kostitwit permezz ta' Ittra ta' Hatra datata t-8 ta' Frar, 2018 fejn, bis-sahha tal-imsemmija ittra, s-segwenti persuni nhatru fuq il-Bord:
Chairperson: Dr Amanda Grech
Membri: Dr Nadette Spiteri, Dr Ivan Sammut
Sostitut: Ms Theresa Caruana, Sur Mario Caruana
Segretarju: Sur Jonathan Mizzi
Naturalment, f’konformita man-norma u l-użanza, l-ismijiet tal-membri mahtura issa jigu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Bord ta’ Governanza tal-Kunsilli Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li quddiem il-Bord ta’ Governanza Lokali hemm każ wieħed pendenti u każ ieħor fejn il-Kunsill Lokali hu mistenni jagħti xi kjarifiċi.
Sovrintendenza u l-Ħarsien tal-Patrimonju Malti – riżorsi umani
Question
B’referenza għas-Sovrintendenza u l-Ħarsien tal-Patrimonju Malti, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-riżors uman (HR) tagħha u l-gradi li jokkupaw preżentament? Kemm żdied l-HR tagħha mis-sena 2014 għas-sena 2015 u kemm kien il-budget tagħha? Kemm żdied l-HR tagħha mis-sena 2015 għas-sena 2016 u kemm kien il-budget tagħha? Kemm żdied l-HR tagħha mis-sena 2016 għas-sena 2017 u kemm kien il-budget tagħha? Kemm hu l-budget tagħha għas-sena 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab annessa ma’ din ir-risposta. Inzid nghid li fil-jiem li gejjin se jkun hemm zidiet ta' persuni fi grad ta' Executive.
GradeNo of Employees
Superintendent1
Officer in Scale 41
Manager1
Officer in Scale 71
Senior Executive1
Executive9 (One Executive is currently on loan to MGOZ)
Senior Principal1
Principal1
No of Employees / Budget –
20142015201620172018
HRBudgetHRBudgetHRBudgetHRBudgetHRBudget
11€350,00011€350,00014€470,00017€500,00016€600,000
Jista' l-Ministru jgħid minn mindu twaqqfet l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) kemm kellu laqgħat il-Board of Governors sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-laqgħat kienu preżenti l-membri kollha u jekk tul dawn il-laqgħat qattx ittieħed vot u jekk iva kemm-il darba u dwar xiex ittieħed vot, maqsuma sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Board of Governors tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) iltaqa’ 73 darba minn Mejju 2011 sa Jannar 2018, hekk kif qiegħed jidher hawn taħt. Intant nfurmat ukoll li ttieħdu żewġ voti b’kollox fis-73 seduta li saru. Wieħed minnhom fl-2014 fil-konfront ta’ selezzjoni għal pożizzjoni ta’ Direttur ġenerali u l-ieħor fl-2016 fil-konfront ta’ selezzjoni għal pożizzjoni ta’ Direttur.
Sena
Numru ta’ laqghat
Numru ta’ laqghat li fihom kien hemm il-Membri
Kollha
Preż
enti
2011
9
2
2012
8
4
2013
13
3
2014
12
1
2015
12
4
2016
10
0
2017
8
0
2018
1
0
Totali
73
14
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsultazzjoni sħiħa u serja saret mar-residenti ta' Wied il-Għajn f'din il-leġiżlatura u fuq xiex kienu l-konsultazzjonijiet li saru u meta saru?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li matul il-perjodu msemmi sar eżerċizzju ta’ konsultazzjoni pubblika dwar is-sit fejn kien hemm il-lukanda Jerma, fil-laqgħa annwali tal-lokalità li saret fid-19 ta’ Jannar 2018. Għal din il-laqgħa kien hemm attendenza numeruża fid-dawl anke li għaliha l-Kunsill stieden lill-iżviluppaturi tal-art sabiex jispjegaw il-proġett propost min-naħa tagħhom.
Fond għall-kunsilli lokali biex jappellaw jew jikkontestaw minn deċiżjonijiet mal-ippjanar
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jeżistix fond għall-kunsilli lokali biex dawn ikunu megħjuna jappellaw u\jew jikkontestaw minn deċiżjonijiet marbuta mal-ippjanar?
Response (BONNICI, OWEN)
Stante li kull Kunsill Lokali ghandu l-possibbilta' li jingaggja professjonisti tal-ghazla tieghu li jithallsu fl-ahhar mill-ahhar minn fondi pubblici, nitlob lill-Onor Interpellant jaghti iktar informazzjoni dwar id-domanda tieghu.
Kunsilli Lokali – ittra mibgħuta mingħand Green MT
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li numru ta' Kunsilli Lokali rċevew ittra mingħand Green MT fejn infurmathom li mhux ser ikomplu jiġbru l-iskart riċiklabbli wara l-aħħar ta' Frar 2018 u dan għax l-iskema trid tiġbor 5000 tunnellata ta' skart riċiklabbli inqas minn snin oħra? Jista' jgħid x'ser jagħmlu dawn il-Kunsilli Lokali li rċevew din l-ittra ta' terminazzjoni bikrija ta' kuntratt bl-iskart riċiklabbli tal-lokalità tagħhom? Il-Ministeru ħa passi fuq dan u jekk ħa, x'kienu dawn il-passi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li seba' Kunsilli Lokali minn Għawdex infurmaw lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali b’kopja ta’ ittra li rċevew dwar it-terminazzjoni tas-servizz. Il-Ministeru permezz tas-Segretarjat Parlamentari qed jaħdem mall-Ministeru responsabbli, dak tal-Ambjent, fejn qed tkun analizzata s-sitwazzjoni. Dan billi l-iskema biex jinġabar l-iskart riċiklat jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA) li qegħdha wkoll tanalizza l-pożizzjoni skont it-termini tal-Liġi billi jiġi assigurat li s-servizz ma jieqafx.
Avukat Ġenerali – ordni ta’ sekwestru skont l-Artikolu 4 tal-Att kontra Money Laundering
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ordni ta' sekwestru talab li jinħareġ l-Avukat Ġenerali skont l-Artikolu 4 tal-Att kontra Money Laundering (Kap. 373 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid fir-rigward ta' min intalbu li jinħarġu dawn l-ordnijiet ta' sekwestru u liema ġew milqugħa mill-Qorti Kriminali?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Membru għar-risposta mogħtija f'mistoqsija parlamentari 4102 u għad-dokument hemm anness.