Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12709 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xogħol marbut mal-ambjent u mal-ippjanar

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' impjegati fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent l-Ippjanar li fil-fatt jagħmlu xogħol marbut mal-ippjanar u kemm hu n-numru ta' persuni li jagħmlu xogħol marbut mal-ambjent? Jista' jagħti tagħrif dwar x'inhu l-ammont ta' flus li ddaħħal l-Awtorità mix-xogħol tagħha relatat mal-ambjent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12711 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapporti ta' Open plots

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm rapporti ta' siti meqjusa bħala open plots li dwarhom inġibdet l-attenzjoni tal-Ministeru fid-diversi lokalitajiet li għandna f'Malta? Fejn jinsabu dawn is-siti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12762 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — compliance certificates

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk meta jinħarġu compliance certicates mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dawn jintbagħtux bil-posta jew jingħatawx by hand across the counter mill-enforcement officers? Ir-raġuni hija ovvja għaliex meta dawn jinħarġu bl-idejn ir-riskju ta’ korruzzjoni fil-ħruġ ta’ permessi simili jikber. Jekk m'għadhomx jinħarġu by hand, jista' jgħid meta twaqqfet din il-prattika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12807 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet għal pompi tal-fuel

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm, fil-preżent, huwa n-numru ta' applikazzjonijiet li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha għall-iżvilupp ta' pompi tal-fuel f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12808 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gender equality units fis-settur pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema dipartimenti tas-settur pubbliku hemm gender equality units?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12815 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Cruiseliners f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu u sorġew cruiseliners f'Għawdex din is-sena? Kemm kien hemm passiġġieri fuqhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12122 Sitting 166 2009-11-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — skema Inizjattivi Sportivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fit-tieni edizzjoni tal-iskema Inizjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali, kemm ipparteċipaw kunsilli lokali, kemm applikaw kunsilli lokali biex jipparteċipaw u kemm kull kunsill lokali tella' attività sportiva? Kemm ħadu sehem persuni minn kull kunsill lokali għall-attivitajiet imtellgħin minn kull kunsill individwalment ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12121.
Leg 11 PQ #12124 Sitting 166 2009-11-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

liġi ġdida tal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, fid-dawl li issa daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida tal-kunsilli lokali, kemm se tkun l-onorarja tas-sindki u l-kunsilliera? Din iż-żieda bdiet? Jekk le, meta mistennija tibda? Kif se jiġu milquta dawk li qegħdin fl-eżekuttiv ta' l-Azzjoni Kunsilli Lokali bil-liġi l-ġdida u x'forma ta' remunazzjoni se jkollhom? Jekk le, għandu ħsieb il-Gvern li dawn il-membri fl-eżekuttiv ta' l-Azzjoni Kunsilli Lokali jieħdu remunerazzjoni jew salarju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont Artiklu 32 tal-Att dwar Kunsilli Lokali kif emendat, l-onorarju lis-Sindku għandha tkun kif ġej: - fil-lokalitajiet taħt ħamest elef resident (ħames Kunsillieri), l-onorarju għandu jkun daqs terz tal-onorarju ta’ membru parlamentari; - fil-lokalitajiet b’inqas minn ħmistax-il elf resident (seba’ jew disa’ Kunsillieri), l-onorarju għandu jkun daqs nofs tal-onorarju ta’ membru parlamentari; - fil-lokalitajiet kollha fejn hemm aktar minn ħmistax-il elf resi dent (b’aktar minn disa’ Kunsillieri), l-onorarju għandu jkun ta’ żewġ terzi tal-onorarju ta’ membru parlamentari. Dwar l- allowance għall-Kunsillieri, l-Artiklu 32 (2) jistipula illi...”Il-Ministru jista’, permezz ta’ regolamenti, jistabbilixxi l- allowance li l-Kunsilli jistgħu jħallsu lill-Kunsillieri, liema allowance għandha tkun proporzjonata man-numru tal-laqgħat li Kunsillier ikun attenda f’xi sena kalendarja:...”. L- allowance għall-Kunsillieri se tibda mill-1 ta’ Jannar 2009. L-emendi li saru għall-Att dwar Kunsilli Lokali ma jistipulaw l-ebda allowance għall-membri tal-eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Leg 11 PQ #12125 Sitting 166 2009-11-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Skema Inizjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif qed jiġu integrati l-persuni b'diżabilità fl-iskema Inizjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wieħed mill-kriterji prinċipali għall-għoti ta’ fondi taħt din l-iskema hu l-integrazzjoni soċjali, li tinkludi l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità. Dan il-messaġġ twassal ukoll lil kull Kunsill b’enfasi speċjali. Fil-fatt waqt l-għoti lill-Kunsilli Lokali taħt l-Iskema dwar l-Aċċessibilità li saret f’nofs Ottubru 2009 (14/10/09), ġew mistiedna fost kelliema oħra mis-setturi varji tas-soċjetà, kemm iċ-Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità kif ukoll persuna nieqsa mid-dawl li tagħmel użu minn kelb gwida.
Leg 11 PQ #12126 Sitting 166 2009-11-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — politika tal-Gvern għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern għall-persuni b'dizabilità fejn jidħlu kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-politikà tal-Gvern għal persuni b’diżabilità fejn jidħlu l-Kunsilli Lokali hi l-istess waħda addottata fuq bażi nazzjonali, u ċioe’ politikà ta’ inklużjoni u integrazzjoni f’kull livell. Id-dokument dwar Il-Politikà ta’ Malta għal Governanza Lokali 2008 jinkludi diversi kapitli li jitrattaw din il-materja, fosthom: Taqsima 3 (inklużjoni soċjali), Taqsima 6 (tisħiħ tar-riżorsi umani) u Taqsima 9 (parteċipazzjoni mill-ispettru kollu tal-kommunità).
Leg 11 PQ #12127 Sitting 166 2009-11-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — skemi u inizjattivi għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed jagħmlu l-kunsilli lokali biex il-persuni b'diżabilità jiġu integrati fis-socjetà? Fil-preżent xi skemi u x'inizjattivi għandu l-Gvern f'dan ir-rigward mal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 12125 u 12126.
Leg 11 PQ #12700 Sitting 166 2009-11-21 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tnissil tal-għasafar fil-magħluq

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema dipartiment/awtorità tal-Gvern qed jikkordina l-ħidma marbuta mat-tnissil tal-għasafar tal-għana fil-magħluq? Jista' jagħti tagħrif dwar fiex wasal sal-lum dan il-programm ta' tnissil tal-għasafar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-proġett tat-tnissil tal-għasafar ta’ l-għana fil-magħluq hu responsabbilità tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali, Riżorsi u Ambjent u huwa kkordinat mill-Kumitat ORNIS. Il-proġett qed isir fl-Għammieri. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport li ngħata lill-Kumitat ORNIS li juri l-ammonti ta’ għasafar li tnisslu.
Leg 11 PQ #12719 Sitting 166 2009-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Imsida — Air Monitoring Station - livell tal-Carbon Monoxide

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk mill-1 ta' Jannar sal-lum kienx hemm ħinijet fejn il-livell tal-carbon monoxide (CO) hekk kif imkejjel mill-air monitoring station tal-Imsida, qabeż il-livell kif regolat mid-direttivi tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, meta kienu dawn l-istanti u b'kemm inqabeż il-livell regolat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12720 Sitting 166 2009-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kordin — Air Monitoring Station - Livell tas-sulphur dioxide

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk mill-1 ta' Jannar sal-lum kienx hemm ħinijiet fejn il-livell tal-sulphur dioxide (SO2) hekk kif imkejjel mill-air monitoring station ta' Kordin, qabeż il-livell kif regolat mid-Direttivi tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, meta kienu dawn l-istanti u b'kemm inqabeż il-livell regolat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12721 Sitting 166 2009-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — moniteraġġ tat-tniġġiż fl-arja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm xjentisti impjegati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li huma direttament responsabbli mill-moniteraġġ tat-tniġġiż fl-arja? X'responsabbiltajiet oħra għandhom dawn l-impjegati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li b’kollox hemm 4 ħaddiema involuti b’xogħol relatat mal-moniteraġġ tal-arja. Hemm xjentist impjegat b’responsabbilità mill-moniteraġġ tat-tniġġiż fl-arja. Dan l-impjegat responsabbli prinċipalment mill-aspetti xjentifiċi tat-tħaddim tan-network ta' monitoraġġ kif ukoll tal-ipproċessar u rapporti tad-data kollha li tiġi ġġenerata minn din in-network. Hemm ukoll Inġinir u żewġ tekniċi oħra li huma impjegati direttament fuq xogħol tekniku li għandu x'jaqsam mat-tħaddim tan-network tal-monitoraġġ.
Leg 11 PQ #11646 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gvern Ċentrali — lista ta' proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministu jagħti lista ta' proġetti kbar li l-Gvern Ċentrali għamel bi sħab mal-kunsilli lokali, lokal b'lokal, fl-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11650 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — proġetti proposti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm proġetti proposti mill-kunsilli lokali li qegħdin fid-diskussjonijiet dwarhom mal-Gvern Ċentrali? Jista' jsemmi liema huma dawn il-proġetti u kemm trid flus biex twettaqhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12072 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Commuted Parking Payment Scheme — flus miġbura

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10545, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn marru il-flus li daħlet u ċioe li nġabru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Commuted Parking Payment Scheme? B'liema mod ibbenefikaw il-kunsilli lokali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.