Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12969 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Surveys dwar materji ta' ionteress pubbliku u statali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12763, dwar surveys fuq materji ta' interess pubbliku uta' tali kummissjonijiet mill-gvern jew ministeri tal-gvern jew korpi tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12820 Sitting 169 2009-11-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar Ambjent u l-Ippjanar — Enforcement Unit - impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12342 u jgħid kemm hemm membri fl-Enforcement Unit tal-Awtorità ta' Malta dwar Ambjent u l-Ippjanar bħalissa? Jista' jagħti rendikont tal-ħidma tagħhom minn Jannar din is-sena 'l hawn? Kif inhuma deployed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12833 Sitting 169 2009-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni għall-investigazzjoni tal-Korruzzjoni — persuni li ma telgħux jixhdu

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar min kienu l-persuni li ntalbu biex jixhdu quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni u li ma marrux biex jixhdu? Minn dawn il-persuni, min kienu l-persuni li minkejja li rrifjutaw li jixhdu, kienu huma stess li allegaw korruzzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni speċifika mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma tistax tingħata billi l-Kummissjoni hija, bil-liġi, marbuta bis-segretezza.
Leg 11 PQ #12834 Sitting 169 2009-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni għall-Investigazzjoni dwar il-Korruzzjoni — każijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm każi quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni dwar il-Korruzzjoni li huma pendenti biex jiġu deċiżi? Liema huma l-każijiet li għadhom pendenti quddiem din il-kummisjoni? Hemm xi targets partikolari biex dawn il-każijiet jinqatgħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni preżentament hemm każ wieħed biss. Il-Kummissjoni ma tiddeċidix każi, billi hija għandha rwol investigattiv, iżda meta tikkonkludi l-investigazzjoni tibgħat rapport lill-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja. Kull rapport jiġi ppreżentat fuq il-Mejda tal-Kamra. Billi l-Kummissjoni hija marbuta bis-segretezza, ma tistax tgħid liema huma l-każi investigati minnha. Il-każ pendenti quddiemha mistenni jiġi konkluż dalwaqt.
Leg 11 PQ #12859 Sitting 169 2009-11-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mediterranean Conference Centre — Studju ta' vijabilità bħala bini tal-Parlament

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12435 u jgħid jekk hux minnu li l-perit, li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament, f'xi stadju jew ieħor kien għamel xi studju dwar il-vijabbilità tal-użu tal-Mediterrenean Conference Centre bħala bini tal-Parlament? Jekk huwa minnu jista' jiġi pubblikat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Perit imsemmi ma kienx imqabbad mill-MITC biex jagħmel xi studju għal użu ta’ l-MCC bħala bini tal-Parlament. L-anqas ma jirriżulta li kien sar xi studju dwar l-MCC fil-leġislatura preċedenti.
Leg 11 PQ #11836 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċitazzjonijiet mill-wardens

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni ngħatat mill-wardens matul is-sena 2008? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet ingħataw u jekk ġewx ikkontestati jew le, lokal b'lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #11837 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

wardens — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu x-xogħol ta' wardens f'Malta u f'Għawdex? Kemm hawn kumpaniji li jipprovdu dan is-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Niforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm tliet aġenziji li jipprovdu servizz ta’ Gwadjani Lokali lill-Kunsilli Lokali: 1. Guard and Warden Service House 95 Gwardjani Lokali 2. Sterling Security Co Ltd 27 Gwardjani Lokali 3. Aurelia Assets Protection Ltd 5 Gwardjani Lokali
Leg 11 PQ #12369 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni b'diżabilità — politika tal-gvern fl-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport

Question

Jista' l-Prim Ministru tgħid x'inhi l-politika tal-Gvern għall-persuni b'diżabilità vis-a-vis l-edukazzjoni, kultura, żgħażagħ u sport fejn jidħlu kunsilli lokali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12126.
Leg 11 PQ #12714 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

applikazzjonijiet pendenti biex jinfetħu public service garages

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jinfetħu public service garages? Fejn jinsabu dawn l-applikazzjonijiet li hemm pendenti ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12715 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — ġemellaġġ ma' bliet oħra barra minn Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi limitu ta' kemm kunsill lokali partikolari jista' jkollu ftehim ta' ġemellaġġ ma' bliet oħra barra minn Malta? Meta jkun hemm l-approvazzjoni tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali biex jiġi ffirmat ġemellaġġ partikolari, jista' jgħid jekk normalment ikunx hemm xi kundizzjonijiet partikolari għal tali ftehim?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m’hemmx limitu ta’ kemm Kunsill Lokali partikolari jista’ jkollu ftehim ta’ ġemellaġġ ma’ bliet oħra barra minn Malta. Il-kundizzjonijiet li jirregolaw dawn il-ġemellaġġi jinsabu fl-Avviż Legali numru 144 ta’ l-2009, fejn hemm, fost l-oħrajn, limitu ta’ spejjeż li jistgħu jintnefqu kull sena (massimu ta’ € 3,500). Kull talba li ssir, tiġi evalwata mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali fil-kuntest tar-rekwiżiti indikati fl-imsemmi Avviż Legali, fosthom li jintbagħtu Twinning Work Plan u stima tal-ispiża relatat ma’ tali ġemellaġġ.
Leg 11 PQ #12716 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Professjonijiet tas-sindki u viċi sindki

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-professjonijiet jew impjiegi li għandhom is-sindki u l-viċi sindki f'Malta u f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi l-professjonijiet jew impjiegi li għandhom is-sindki u l-viċi sindki f’Malta u f’Għawdex.
Leg 11 PQ #12776 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — policies

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12320 u jispjega l-fatt li meta suppost ir-riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha qed tiġi diskussa u finalizzata qabel titressaq fil-Parlament għall-approvazzjoni tal-Kamra u diversi policies tal-Awtorità, għadhom qed jiġu reviewed minn kummissjoni maħtura apposta nhar it-2 ta' Ottubru 2009, liema xogħol mistenni jitlesta sa tmiem is-sena? Il-Gvern, permezz tal-Awtorità diġà qed jimplimenta mingħajr ebda konsultazzjoni partijiet mill-istess riforma fejn fost l-oħrajn qed joħorġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għal kull min jixtieq iservi full-time fuq boards tad-Development Control Commission mingħajr ma biss nafu jekk dawn l-istrutturi humiex ser jinbidlu jew le bir-riforma? Jista' jgħid ukoll għal dawk li jistgħu jkunu interessati li jservu fuq il-Planning Appeals Board?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proċess tar-riforma tal-MEPA tnieda f’April 2008. Bħala parti minn dan il-proċess saret konsultazzjoni mill-aktar wiesgħa li kien jinkludi fost oħrajn Konferenza Nazzjonali, laqgħat ma’ stakeholders, laqgħa mar-rapprezentanti ta’ l-Oppozzizjoni, laqgħa mal-impjegati tal-MEPA. Żgur li kien proċess ta’ konsulatazzjoni mill-aktar wiesgħa u miftuħ. F’dan il-proċess ta’ riforma ġew diskussi il-mużuri kollha li qed jikkonsidra il-gvern inkluż it-twaqqif ta’ żewg Environment and Planning Commissions u Environment and Planning Review Tribunal kollha fuq bażi full-time . Dawn ser jissostitwixxu id- Development Control Commision u l -Planning Appeals Board rispettivament. Il-gvern hu kommess li jistabbillixxi dawn il-ħatriet mill-aktar fis possibbli għalhekk il-gvern nieda l-proċess tal-ħatra liema proċess huwa ntis li jispiċċa darba tidħol fis-sehh il-liġi l-ġdida. Dan għaliex ir-riforma qed tħares lejn bidla fil-liġijiet li jirregolaw il-MEPA. Il-ħsieb hu li din il-liġi titressaq għall-kunsiderazzjoni tal-Kamra fil-ġimgħat li ġejjien. Hemm numru ta’ miżuri fir-riforma li ma jinħtiġux bidla fil-liġi sabiex jiġu attwati u għalhekk diġa bdew jiġu mplimentati.
Leg 11 PQ #12778 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — kummissjoni għar-reviżjoni tal-policies

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12333 u ċioe: Peress li ftit ġimgħat ilu l-Prim Ministru waqqaf kummissjoni għar-reviżjoni tal-policies tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, billi huwa għażel li jinnomina għadd ta’ persuni li qed jirrappreżentaw lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' jgħid jekk inkunx korrett jekk nifhem li l-Users Committees tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u anke għaqdiet ambjentali mhux governattivi, issa għandhom l-obbligu li jaġġornaw regolarment lill-entitajiet li qegħdin jirrapreżentaw dwar l-andament tal-laqgħat li qed ikollhom bħala rappreżentanti tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12818 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti mhux aċċettati għall-fond ambjentali mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12351, li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu, u jikkonferma li Malta hija waħda minn erba' stati membri tal-Unjoni Ewropea li naqset milli tibbenefika mill-fond ambjentali ta’ €207 miljun tal-Unjoni Ewropea allokati lill-proġetti ambjentali taħt il-Life Programme għas-sena li għaddiet?Jikkonferma li l-erba' proġetti sottomessi minn pajjiżna lkoll ġew skwalifikati minħabba li ma laħqux il-livelli u s-selection criteria meħtieġa? Bħala Gvern Malti, jista' jgħarrafna għaliex l-ebda proġett Malti ma ġie approvat jew saħansitra aċċettat u dan meta pajjiż żgħir ġirien tagħna li issieħeb magħna bħal Ċipru, irnexxielu jirċievi 'l fuq minn €6 miljun b’rabta ma' ħames proġetti differenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12849 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Bankina fi stat perikoluż

Question

Jista' l-Prim Ministru jivverifika għaliex il-bankina bl-indirizz u skond ir-ritratt li qed jintbagħat separatament, għadha fi stat perikoluż minkejja li ġiet informata l-Enforcement Unit tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sena u erba' xhur ilu, minbarra l-Awtorità dwar it-Trasport u diversi dipartimenti governattivi u l-kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12870 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Imtarfa — xogħlijiet fuq triq

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12653 u jgħid x'inhi r-raġuni għala t-triq li tagħti aċċess prinċipali fl-Imtarfa ikkrollat? Meta se jitlesta x-xogħol tal-irranġar tat-triq peress li din hi triq li tintuża ħafna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-imsemmija triq kien ikkrolla ħajt li ġie msewwi mill-ħaddiema tal-Gvern. Fl-istess triq hemm periklu li tikkrolla parti oħra tat-triq u kien għalhekk li ġiet magħluqa naħa waħda tat-triq biex din għalissa saret ‘one way’. Ir-residenti tal-lokalita’ ġew infurmati b’dan kif ukoll di peress li qed isiru xi xogħlijiet dan hu mistenni li jitlesta sa l-aħħar tas-sena.
Leg 11 PQ #12873 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

żjara mal-Ammirall Ciampaolo di Paola

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12447 u jinforma lill-Kamra x'kien l-iskop taż-żjara ta' l-Ammirall Ciampaolo di Paola f'pajjiżna fil-jiem li għaddew u x'kien diskuss waqt laqgħat li kellu miegħu u mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-iskop taż-żjara tal-Ammirall Giampaolo di Paola f’pajjiżna fil-jiem li għaddew kienet waħda ta’ rutina, żjara li seħħet wara li Malta irrijattivat l-isħubija tagħha fil-Partnership for Peace. Il-laqgħat li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant kienu żjara ta’ kortesija qasira li l-Ammirall Giampaolo di Paola għamel lill-Prim Ministru (billi l-Forzi Armati ta’ Malta jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu) u żjara ta’ kortesija qasira oħra lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin. Id-diskussjoni fiż-żewġt laqgħat ta’ kortesija ttrattat is-sitwazzjoni internazzjonali u l-benefiċċji għall-Forzi Armati Maltin bis-sħubija fil- Partnership for Peace .
Leg 11 PQ #12251 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — ħajt imtella'

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma ħaditx il-passi meħtieġa biex is-sid ta' l-art, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, itella' ħajt meta din hija parti mill-policy tal-Awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12687 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema maċ-ċivil — pensjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali fiċ-ċivil li spiċċaw bil-pensjoni matul din is-sena? Kemm minnhom ġew boarded out? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm kienu Għawdxin? Xi grad kellhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi mill-bidu ta’ din is-sena ’l hawn, 628 persuna temmew l-impjieg tagħhom minn mas-Servizz Pubbliku minħabba l-età. Minn dawn, 65 kienu Għawdxin. Matul l-istess perjodu, 67 persuna oħra temmew l-impjieg tagħhom minn mas-Servizz Pubbliku minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Erbgħa minnhom kienu Għawdxin. Dettalji tal-gradi li dawn il-persuni kellhom qabel temmew l-impjieg tagħhom minn mas-Servizz Pubbliku jidhru fil-listi li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #12708 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

applikazzjonijiet pendenti biex jinbnew biċċeriji

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jinbnew biċċeriji (slaughter houses)? Jekk iva, f'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.