Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12412 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — għajnuna lill-ekonomija tal-pajjiż

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif jemmen il-Gvern li l-kunsilli lokali għandhom jgħinu lill-ekonomija tal-pajjiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12944 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12639 u jgħid: a) X'inhu l-ammont totali ta' flus li Malta ħadet sal-aħħar ta' Ottubru 2009 mill-Unjoni Ewropea? b) F'liema proġett ntnefqgħu dawn il-flus? ċ) Kemm kien is-sehem tal-Gvern Malti f'dawn il-proġetti? d) Kemm hemm nies illum li sabu impjiegi ġodda permezz ta' dawn il-proġetti? e) Kemm kien il-kontribut totali f'kull forma finanzjarja lill-Unjoni Ewropea minn mindu Malta saret membru sal-aħħar ta' Ottubru 2009? Jista' l-Prim Ministru jagħti risposti fid-dettal għal kull domanda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12951 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Media Consulta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12491 u 12254 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat ma’ Media Consulta u jgħid x’kien il-maximum coverage tiegħu? Billi jidher li din id-ditta tħallset biss madwar €4 miljuni meta l-kuntratt suppost jagħlaq fi żmien ftit xhur biss, jista’ jgħid jekk xogħol li għalih kienet oriġinarjament qed tiġi kkunsidrata kuntrattwalment ġiex allokat lil kumpanija/i oħrajn fil-qasam tal-public relations u reklamar? Kemm kien hemm kumpaniji short listed qabel ma saret l-għażla aħħarija li allegatament damet 16-il xahar? Liema kienu? Liema kienu l-kumpaniji li ħadu x-xogħol oriġinarjament maħsub li kellu jsir minn Media Consulta? Minn min sar is-selection process u min kienu l-membri tal-bord konċernat? Kemm kien hemm proġetti li fih il-Media Consulta użat l-expertise f’funding tal-Unjoni Ewropea fejn ippruvat iġġib funding għal proġetti ko-finanzjati mal-Gvern Malti lejn pajjiżna? Din il-kumpanija setgħet b’xi mod ġiet rrakkmandata minn xi gvern jew partit politiku barrani? Apparti minn xi xogħol għall-Balearic Islands, kemm kien hemm destinazzjonijiet turistiċi oħrajn fejn il-Media Consulta kellha kuntratti simili fuq skala nazzjonali jew reġjonali? Kif jispjega l-fatt li f’laqgħa tal-Public Accounts Committee f’Ġunju 2007, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tat-Turizmu ta’ dak iż-żmien qal li €10 miljuni minn dan il-kuntratt kellhom joħorġu minn fondi tal-Unjoni Ewropea b’rabta ma’ diversi applikazzjonijiet li kellha taghmel Media Consulta f’isem l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta? Jikkonferma dak li ġie spjegat fl-istess laqgħa li l-ħlas tagħhom kien kopert fil-budget tal-Ministeru fejn kien hemm item taħt European Union Funds li kien jismu Branding? Il-Gvern għandu xi ħsieb li meta jiskadi l-kuntratt jeżerċita l-option li saħansitra jestendi l-kuntratt b’sena oħra? Jikkonferma li skond media release li ħareġ il-Gvern stess kien intqal mal-iffirmar tal-kuntratt li Media Consulta kienet responsabbli għal €7 miljun annual account li jkopri l-media, advertising, selected public relation services, events u sales promotion activities tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta? Minn dak iż-żmien ‘l hawn l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta għadha taqbel mad-dikjarazzjoni li kien għamel iċ-Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta is-Sur Sam Mifsud appena nħatru Media Consulta bhala International Communications Partners tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta li ‘it’s more evident that these people have what it takes…and more importantly, have the vision and the know how to significantly enhance Malta’s image and presence internationally’? Taqbel mad-dikjarazzjoni li kien għamel dak inhar il-Ministru tat-Turizmu l-Onor. Zammit Dimech li dan l-iżvilupp kien se jwassal biex l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta jkollha ‘a higher return for the money invested in its marketing”? Jekk il-Media Consulta ma jidhirx li għamlet ix-xogħol kollu mistenni minnha ta’ reklamar, kif tista’ tirrikonċilja dan kollu mad-dikjarazzjoni tal-ex Ministru Zammit Dimech li ‘having one agency representing our tourism interests in all core markets should ensure a co-ordinated and clear message of what product Malta is all about”? Id-due diligence dwar l-għażla finali min għamlu? Ma' Media Consulta Malta hemm jaħdmu xi uffiċjali għoljin li setgħu kienu mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta fil-ġimgħat ta’ qabel ma saret l-għażla finali? Kemm kien hemm dipartimenti governattivi u jew aġenziji tal-Gvern li għamlu xogħol ieħor ma’ Media Consulta? Meta sar l-aħħar independent audit mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta biex jiġu skrutinizzati l-effettività tal-media campaigns u public relations assignments tal-Media Consulta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12953 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delimara — Kalanka - fish farming

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12495 u 12169 u ċioe: B’referenza għall-mistoqsijiet supplimentari li saru in konnessjoni mal-allegazzjoni dwar ilmijiet imniġġsa fil-Kalanka, limiti ta' Delimara, possibilment minħabba fish farming fil-viċin, jista' l-Prim Ministru jgħid: a) Meta saru l-aħħar tests mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li fuqhom ibbaża t-tweġiba tiegħu? b) Jista' jpoġġi dawn it- tests fuq il-Mejda tal-Kamra? ċ) Dawn it- tests saru in house jew minn xi esperti tekniċi mqabbdin minn barra l-Awtorità? d) Dawn saru f’Malta jew barra minn Malta? e) Fejn eżattament saru u liema metodi ntużaw? f) La kienu se jsiru dawn it- tests għaliex fil-bidu ta’ Ottubru l-Fisheries Control Division qalu li kienu bdew jinvestigaw il-każ huma wkoll u li ttieħdu l-kampjuni u kienu qed jistennew ir-rapporti tal-laboratorju? g) Liema tests saru l-ewwel tal-Fisheries Control Division jew tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? ġ) Jekk mit- tests allegatament ma ġiex stabbilit li dan kien ikkawżat mil-lega bajda tal- fishfarms , x’kienet ir-raġuni li wasslet biex ikun hemm lega bajda fil-baħar? h) Ġiet ikkwantifikata l-ħsara potenzjali li setgħet saret lill- poseidonia , speċi protetta ta' seaweed essenzjali għall-eko sistema Mediterranja marittima? ħ) Il-Gvern kellu rapporti bħalma kellha il- media lokali li dak li deher f’Kalanka deher ukoll f'San Pawl il-Baħar u anke qrib il-kosta tal-Qawra? i) Il-konsultazzjoni saret direttament jew tramite l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mal-esperti barranin li ilhom jgħidu li dan huwa by product inevitabbli tat- tuna ranching industry nnifisha għax il- blue fin tuna minnha nnifisha toħloq wkoll ċertu xaħam? j) Il-Gvern jaqbel ma' dak li ilhom jgħidu bosta esperti lokali u barranin li dan l-aktar li jiġri huwa meta t- tuna tkun konċentrata f’numri kbar fi spazji relattivament limitati? k) Qatt ġie kkunsidrat x’effett negattiv jistgħu jħallu tuna ranches li f’ħafna każi jistgħu jkunu wisq qrib il-kosta nnifisha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12954 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — uffiċċju tal-awditur - top management

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12555 u jikkonferma jekk f'kemm ilu mwaqqaf l-uffiċċju tal-awditur fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qattx inħarġu struzzjonijiet minn membri fit-top management tal-Awtorità lill-istaff tad-direttorati sabiex ma jirreferux każijiet għall-investigazzjoni tal-awditur mingħajr ma jkunu għaddew mingħand l-istess membri tat-top management? Jekk iva, jista' jgħid jekk din l-ordni għadhiex fis-seħħ? Jekk iva, jħoss li tmur kontra l-kunċett u l-ispirtu tal-whistleblowing?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità tikkonferma li qatt ma ngħataw struzzjonijiet bħal dawn. L-impjegati ta' l-Awtorità jistgħu jgħaddu l-ilmenti tagħhom direttament lill-Awditur. Fil-fatt din hija s-sitwazzjoni u l-Awditur tal-MEPA diġà qed jinvestiga ilmenti individwali simili.
Leg 11 PQ #12978 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — tiswijiet, irranġar, bdil ta' gallarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet għal tiswijiet/irranġar/bdil ta' gallariji fl-aħħar sejħa li saret mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? F'liema lokalità kienu? Kemm-il letter of intent ħarġet? Kemm tħallas s'issa? Kemm hemm ħlasijiet pendenti? Meta jaħseb li jistgħu jsriu l-ħlasijiet fejn tkun ġiet imdaħħla kull irċevuta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9866 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tas-Sliema — Tignè Sea Front

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-istabbiliment li dettalji tiegħu ingħataw separatament għandux il-permessi kollha meħtieġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jopera bħala ristorant, wine bar u disco sal-4.00am peress li qed jikkaġuna inkonvenjenzi kbar għall-ġirien għax jinsab taħt blokk residenzjali u jitmexxa b’mod li ma jemminx f’ good neighbourly policies , kif jagħmlu stabbilimenti kummerċjali oħra tal- catering fl-inħawi bla ma joħolqu problemi għall-ġirien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permess ta’ żvilupp, li kien maħruġ fit-22 ta’ Marzu 2007, jawtorizza l-użu tal-post bħala Class 6, liema Klassi tinkludi l-użu bħala wine bar u ristorant. Il-permess ma jipprovdix limitu ta’ ħin t’operazzjoni u lanqas jekk għandhiex tindaq mużika sa tard bil-lejl. Għaldaqstant l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma tinvolvix ruħha f’din il-kwistjoni. Għalhekk l-ilment qed ngħaddih għall-investigazzjoni ulterjuri mill-Pulizija.
Leg 11 PQ #10023 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sheffield United — Sponsorship

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6419 u jgħid kemm kien jiswa’ l-isponsorship ta’ sena lit-team tax-Sheffield United li sar mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kuntratt attwali jikkontempla ħlas ta’ £350,000 (tlett mija u ħamsin elf Lira Sterlina) fis-sena.
Leg 11 PQ #10039 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sheffield United — sponsorship

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6418 u cioè: Peress li t-team tax-Sheffield United qed jitlob li jerġa’ jiġi sponsorjat mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għal sena oħra, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dan l-isponsorjar hux se jerġa’ jsir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorità tat-Turiżmu ser tisponsorja lit-tim ta’ Sheffield United għall-istaġun 2009 – 2010. L-Awtorità tat-Turiżmu għandha l-għażla testendi dan l-isponsorship b’sena oħra.
Leg 11 PQ #12382 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Responsabilitajiet tal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma ir-responsabbilitajiet tal-kunsilli lokali? Jista' jelenka kull responsabbilità li għandu l-kunsill lokali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, estratt mill-Att dwar Kunsilli Lokali (Artikolu 33) kif emendat, fejn juri ir-responsabiltajiet tal-Kunsilli Lokali.
Leg 11 PQ #12400 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għajnuna lill-kunsilli lokali mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-fond ta' ko-finanzjament għal proġetti tal-Unjoni Ewropea għen lill-kunsilli lokali din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi għas-sena finanzjarja kurrenti, il-Gvern alloka s-somma ta’ € 303,000 biex tingħata bħala għajnuna lill-Kunsilli Lokali għal ko-finanzjament ta’ proġetti tal-Unjoni Ewropea. Permezz ta’ din l-iskema ġew mgħejuna 20 Kunsill Lokali li bejniethom dawn irnexxielhom iġibu bi € 3.9 miljuni fi proġetti. Il-fond għas-sena finanzjarja 2010 ser ikun ta’ € 500,000 u għalhekk u mistenni li n-numru ta’ Kunsilli u proġetti ikunu ferm akbar.
Leg 11 PQ #12401 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — fondi għal ħidma fil-qasam soċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif se jinħoloq fond u ċioe kif se jaħdem il-fond għall-ħidma fil-qasam soċjali u sabiex il-kunsilli lokali kollha jkunu aċċessibbli għal kulħadd? Meta hu maħsub li jibda jaħdem dan il-fond? Kemm hu mistenni li jkun dan il-fond?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern alloka fond ta’ € 1 miljun għas-sena 2010 imsejjaħ ‘Inizzjattivi Speċjali’ li permezz tiegħu dawk il-Kunsilli li l-uffiċini tagħhom għadhom m’humiex aċċessibbli jistgħu jiggwadanjaw minnhom. Minbarra dan, hemm fond ta’ € 1 miljun għal Fondi Speċjali, liema fond kien possibbli mill-fondi allokati taħt l-2009/10 għat-tlett xhur bejn Jannar u Marzu 2010 u li, konsegwentament għal bdil tas-sena finanzjarja, irriżultaw bħala ‘ surplus funds ’.
Leg 11 PQ #12403 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

studju fuq is-sigurtà tal-playgrounds u playing fields

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min se jagħmel l-istudju fuq kull playground jew playing field fil-lokalitajiet sabiex titjib is-sigurtà għat-tfal u żgħażagħ li jużawhom? X'tip ta' studju sar? Kemm hu l-fond għal dan l-istudju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment għall-Gvern Lokali wasal fl-aħħar fażi tal-ħruġ tad-dokument tat-tender li permezz tiegħu ser isir Risk Assessment tal-playing fields kollha madwar Malta u Għawdex (madwar 160) li huma taħt ir-responsabbilità tal-Kunsilli Lokali. Meta jitlestew dawn ir-rapporti, dawn jiġu mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, u b’hekk l-istess Kunsilli ikunu ġew mgħejuna mill-Gvern Ċentrali b’mod indirett billi l-ispiża tax-xogħol relatat mar-rapporti ser ikunu ffrankawha.
Leg 11 PQ #12838 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — talbiet pendenti biex tiġi devoluta proprjetà tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma bħalissa l-kunsilli lokali li għandhom talbiet pendenti biex tiġi devoluta lilhom proprjetà tal-Gvern? F'dawn il-każi fejn hemm talbiet pendenti għal tali devoluzzjoni, jista' jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti li qed jistennew biex jintemm il-proċess neċessarju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, żewġ listi: Lista A turi il-proprjetà devoluta lill-Kunsilli Lokali; u Lista B turi dawk l-applikazzjonijiet għal devoluzzjoni li għadhom pendenti.
Leg 11 PQ #12888 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Interim From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Voti fl-MCESD

Question

Peress li jidher li hemm aktar minn verżjoni waħda taf kif inhu kompost l-MCESD u kemm kull parti rappreżentata f'dan il-kunsill għandha voti, jista' l-Prim Ministru kemm-il vot għandhom fl-MCESD kull entità rappreżentata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12920 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Multi u tariffi għall-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12637, 12422 u 12192 u jgħid kemm inġabru tariffi u multi mill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex, kunsill b'kunsill u ċioe: a) tariffi kull kunsill mill-kuntratturi li jkunu esegwixxew xogħol ta' kostruzzjoni fil-lokalitajiet individwali lokalità lokalità? b) kemm inġabru multi minn wardens li jinsabu joperaw f'kull lokalità? Jista' jagħti din l-informazzjoni għas-sena 2008 u sa Ottubru 2009 ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għal informazzjoni li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5030 fejn hemm isib l-ammonti ta’ flus li nħabru miċ-ċitazzjonijiet tal-wardens matul l-2008. Filwaqt li għal dak li għandu x’jaqsam mas-sena 2009, jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12069.
Leg 11 PQ #12936 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħat-Tarxien — bus shelter fi Triq iż-Żejtun

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12413, 12184, 11929 u 11718 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jara li jsir bus shelter fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta, fi Triq il-Knisja ma' Triq iż-Żejtun, Tarxien li ilu mwiegħed snin? L-Awtorità dwar it-Trasport fl-2007 kienet ressqet pjanta quddiem il-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien ta' kif kien sejjer jitwaqqaf dan il-bus shelter u issa sentejn wara reġgħet waslet xitwa oħra u din il-bus shelter għadha ma saritx.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12938 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — spezzjoni ta' post

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12496, 12246 u 11945 u jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan li qed jitlob lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tagħmel inspection tal-post, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li dan l-anzjan iħoss li huwa ta' periklu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12950 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Money for Parking scheme

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12488 u ċioe:Nixtieq ġentilment nirreferi lill-Prim Ministru għall-iskema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar 'Money for Parking' li permezz tagħha żvilupp ġdid irid ikun marbut mal-ħruġ ta’ permess fejn biex jiżdiedu l-għadd ta’ dwellings jew inkella jinbnew oħrajn irid bilfors jinħoloq parkeġġ jew garaxxijiet għas-sidien ta’ dawn l-appartamenti. Meta jirriżulta li xi propjetarji jew żviluppaturi ma jkunux jistgħu jagħmlu dan jew ma jkunux iridu jibnu garaxxijiet, nifhem li hija l-prassi li jħallsu somma flus lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex ipattu għal dan in-nuqqas ta’ parking space. Nifhem ukoll li dawn il-flus suppost imorru ġo fond biex permezz tagħhom ikunu jistgħu jiġu ndirizzati l-problemi tal-karozzi u tal-parking. Jikkonferma l-Prim Ministru li dawn il-flus minflok intużaw għall-iskop oriġinali tagħhom, parti minnhom intużaw biex tinxtara Hexagon House għat-taqsima ambjentali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm inġabru flus taħt din l-iskema madwar Malta u Għawdex kemm ilha teżisti l-iskema sena b’sena? Kemm minnhom inġabru minn tas-Sliema biss? Kemm mis-somma miġbura marret fuq ix-xiri ta’ Hexagon House?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12958 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Interim From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Tarxien — tempji neolitiċi - viżitaturi/turisti

Question

Peress li għal mistoqsija parlamentari 11617 li kienet tagħmel referenza għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-mistoqisja parlamentari 11401, ingħatat tweġiba li m'għandha x'taqsam xejn mal-kontenut tal-mistoqsija, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta tqisx il-lokalità ta' Ħal Tarxien bħala lokalità/żona turistika u dan abbażi tal-eluf ta' turisti li jmorru f'din il-lokalità kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.