Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12986 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Air monitoring station — sulphur dioxide

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12720 u jgħid jekk mill-1 ta' Jannar sal-lum kienx hemm ħinijiet fejn il-livell tal-sulphur dioxide (SO2) hekk kif imkejjel mill-air monitoring station ta' Kordin, qabeż il-livell kif regolat mid-Direttivi tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, meta kienu dawn l-istanti u b'kemm inqabeż il-livell regolat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12987 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Msida Air Monitoring Station — Livell ta' carbon monoxide

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12719 u jgħid jekk mill-1 ta' Jannar sal-lum kienx hemm ħinijet fejn il-livell tal-carbon monoxide (CO) hekk kif imkejjel mill-air monitoring station tal-Imsida, qabeż il-livell kif regolat mid-direttivi tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, meta kienu dawn l-istanti u b'kemm inqabeż il-livell regolat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12991 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Flyash

Question

Jista’l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12753 u jippubblika t-tests li għamel fuq il-flyash?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-rapport mitlub mill-Onorevoli Interpellant ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġranet li ġejjin.
Leg 11 PQ #13008 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Suldati trasferiti lejn Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se jkunu trasferiti suldati Ghawdxin lejn Għawdex meta l-Forzi Armati tiftaħ bażi marittima fil-Port ta' l-Imġarr? Kemm-il suldat Għawdxi wera interess s'issa biex jiġi trasferit lejn il-Port ta' l-Imgarr? Meta hi mistennija tinfetaħ din il-bażi marittima?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13034 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gender equality units fis-settur pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12808 u jgħid f'liema dipartimenti tas-settur pubbliku hemm gender equality units?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal Gender Equality Committees. L-informazzjoni mitluba tinsab f’Tabella A li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13036 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet għal pompi tal-fuel

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12807 u jgħid kemm, fil-preżent, huwa n-numru ta' applikazzjonijiet li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha għall-iżvilupp ta' pompi tal-fuel f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Public Service — riżultati ta' interviews jew eżamijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bejn is-sena 2004 u s-sena 2007 ġewx aboliti xi posts fil-public service qabel ma ġew ippubblikati r-riżultati ta' interviews jew eżamijiet? Jekk iva, f'liema Ministeru u/jew dipartimenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13055 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — pompi tal-fuel

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 12807 u 13036 li saru lill-Prim Ministru u mistoqsija parlamentari 13037 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni dwar il-pompi tal-petrol/fuel f'pajjiżna, jirriżultalu l-Prim Ministru li fil-gżejjer tagħna tliet pompi għamlu l-investiment sabiex ikunu konformi mar-regoli/direttivi u standards tal-Unjoni Ewropea bid-detriment li waħda minnhom għadha magħluqa min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk huwa l-każ, għaliex qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti ma nediex skema biex jgħin lill-pompi in kwestjoni jiġu aġġornati ma' dawn ir-regoli/ standards tal-Unjoni Ewropea? X' assessment għandu l-Gvern dwar dan in-nuqqas f'pajjizna? X'inhi s-sitwazzjoni għall-futur tas-sidien, l-operaturi u l-ħaddiema tal-pompi li għad mhumiex allineati ma' dan l-iżvilupp in kwestjoni? X'inhi l-pożizzjoni tal-ħaddiema u ċ-ċittadini vis a vis l-assigurazzjonijiet, jekk jirriżulta xi inċident? X'inhi l-pożizzjoni tas-sidien u tal-ħaddiema fil-każ tal-pompa li hija konformi ma' dawn l-i standards /regoli u direttivi tal-Unjoni Ewropea, iżda miżmuma mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-mument? Xi pjan għandu l-Gvern quddiem din iċ-ċirkostanza u x'kumpens jew għajnuna se tingħata lis-sidien biex iwettqu l-iżviluppi meħtieġa u dan fid-dawl li jonqos il-periklu attwali għall-ħaddiema, l-operaturi u ċ-ċittadini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13060 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' MIDI f'Tigne — rapport

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9128, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13072 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Turkish Kebab Shop

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jara kif it-Turkish Kebab Shop li hemm f'Rudolph Street, kantuniera ma' Mrabat Street, Tas-Sliema huwa konformi fil-permessi ta' signage tal-ħanut, ħażniet ta' ċilindri ta' gass, u skavar taħt djar privati, biswit il-ħanut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13091 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Interim From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali — votazzjoni tal-MEPs - ħlas

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Kummissjoni Elettorali fejn huwa indikat li għall-1,377 persuna li ġew jivvotaw (fl-elezzjoni tal-MEPs) il-Gvern ħallas €443,000 - jiġifieri €321 kull ras minbarra l-€35 li ħallas kull elettur? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża għal dawk li ġew jivvotaw minn barra matul l-Elezzjoni Ġenerali tal-2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13152 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Surveys dwar materji ta' interess pubbliku u statali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12969 u 12763, dwar opinion surveys fuq materji ta' interess pubbliku minn kummissjonijiet, ministeri, enti jew korpi tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13222 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Cruise passenger li niżlu Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10936 u jgħid kemm cruise passengers niżlu Għawdex kull sena mill-2003 sal-2008 u minn Jannar sa Awissu ta’ din is-sena? Jista’ jgħid kemm cruise liners żaru Għawdex fl-istess żmien u kemm niżlu passiġġieri kull wieħed? Jista’ jagħti l-isem tal-cruise liner f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #12011 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — dikasteri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huwa responsabbli biex iqassam id-dikasteri lil kull kunsillier? Jista' jgħid jekk dawn id-dikasteri differenti humiex marbuta ma' xi tip ta' job description u jekk id-dipartiment tal-kunsilli jippretendix xi tip ta' attività minn kull kunsillier?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi permezz ta’ emenda għall-Att dwar Kunsilli Lokali (Art. 16 ta’ l-Att XVI tal-2009)...”Sa mhux aktar tard mit-tielet laqgħa wara l-elezzjoni tal-Kunsill, kull Kunsillier għandu jġi assenjat qasam speċifiku li huwa għandu jsegwi u jirraporta dwaru fil-Kunsill Lokali. Dak il-Kunsillier jista’ ukoll jifforma kumitat, li huwa għandu jippresjedi, sabiex jaħdem f’dak il-qasam. F’dak il-każ il-membri ta’ dak il-kumitat għandhom jiġu approvati mill-kunsill qabel ma dawk il-membri jibdew bil-ħidma tagħhom. Dan il-punt għandu jidħol fl-ordni tax-xogħol għal-laqgħat kif speċifikat hawn aktar qabel.” Dan l-artikolu hu ċar biżżejjed dwar l-obbligu li kull kunsillier jingħata dekasteru u lil min għandu jirraporta.
Leg 11 PQ #12404 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

numru ta' playgrounds u playing fields

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn playgrounds u playing fields f'Malta u f'Għawdex? F'liema lokalità qegħdin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12405 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — għajnuna diretta għal servizzi estensivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod se tingħata għajnuna diretta lil dawk il-kunsilli lokali li jridu jagħtu servizzi estensivi kemm lir-residenti u kemm lil dawk li jżuruhom għal diversi raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12406 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — żieda fl-allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod kien hemm żieda fl-allokazzjoni finanzjarja diretta lill-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12407 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — impenn f'ħidma fil-qasam soċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif se jimpenjaw ruħhom il-kunsilli lokali f'ħidma fil-qasam soċjali u fil-ħarsien tal-identità lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12409 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — responsabiltajiet ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma, issa li ġie ppreżentat il-Budget 2010, li qed jintqal li l-kunsilli lokali għandhom responsabilitajiet ġodda, liema huma dawn ir-responsabilitajiet ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.