Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13335 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Interim From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kanen mitluqin barra fuq bankina fi Triq il-Ferrovija Qadima — Birkirkara

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13094 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jirrispondi mistoqsija parlamentari 12464 u jgħid għaliex madwar tmienja jew disa' kanen kbar tal-ilma, ilhom mitluqa barra mill-bidu tar-rebbiegħa ta’ din is-sena, fuq il-bankina ta’ Triq il-Ferrovija l-Qadima kantuniera ma’ Triq Vittorio Cassar Birkirkara? Jista' jgħid kemm tiswa kull kanna tat-tip imħollija fejn qed jintqal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13453 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Interim From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Pjan lokali

Question

B’referenza għall-Policy SMCM 05 fil-Pjan Lokali għan-Nofisinhar ta’ Malta hekk kif approvat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fl-2006, jista' l-Prim Ministru jgħid fuq kemm mill-15-il sit imsemmi ġie finallizzat il-pjan (speċifiku għal kull sit) indikat fl-istess policy? Jista' jgħid liema huma dawk is-siti li ġie approvat il-pjan speċifiku tagħhom u meta ġie approvat? Jista' jagħti terminu ta’ meta ser jiġu l-pjani li fadal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13456 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13178, 12944 u 12639 u jgħid: a) X'inhu l-ammont totali ta' flus li Malta ħadet sal-aħħar ta' Ottubru 2009 mill-Unjoni Ewropea? b) F'liema proġett intnefqu dawn il-flus? ċ) Kemm kien is-sehem tal-Gvern Malti f'dawn il-proġetti? d) Kemm hemm nies illum li sabu impjiegi ġodda permezz ta' dawn il-proġetti? e) Kemm kien il-kontribut totali f'kull forma finanzjarja lill-Unjoni Ewropea minn mindu Malta saret membru sal-aħħar ta' Ottubru 2009? Jista' l-Prim Ministru jagħti risposti fid-dettall għal kull domanda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13460 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill tan-nurses u medical council

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12947 u 12642 u ċioe: Ġaladarba jidher li f'Malta hawn nuqqas ta' tobba u nurses u li kemm il-Gvern kif ukoll il-privat isibuha diffiċli biex isibu dawn il-professjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid għala l-Gvern ma jiftaħx il-possibilità li jiġu tobba u nurses mill-Filippini u l-Indja u li għandhom standard tajjeb ħafna? Għala l-medical council u l-kunsill tan-nurses jagħmlu ostakli kbar għal dawn il-professjonisti? Xi kriterji jintużaw biex jingħataw permessi għal tobba u nursesli ma jiġux mill-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12455 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — ġid tal-komunità tal-lokal

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm kunsilli lokali li qed jagħmlu użu mill-iskejjel tal-istat għall-ġid tal-komunità tal-lokal wara l-ħin tal-iskola?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12456 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — faċilitajiet sportivi tal-iskejjel tal-istat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, issa bl-emendi fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali kemm hemm kunsilli lokali li nvestew fil-faċilitajiet sportivi ta' l-iskejjel tal-istat? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? X'tip ta' investiment kien? Kemm intnefqu flus minn kull kunsill għal kull skola?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13021 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

advertising campaign dwar il-budget

Question

Jista' Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'reklami awdjoviżivi u stampati dwar il-budget wara li tħabbar? Liema kienet id-ditta li ħadet ħsieb l-advertising campaign inkluż l-art work flimkien mal-kitba tat-text tar-reklami? Kemm tħallset u kif intgħażlet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13024 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta' parlament ġdid

Question

Billi l-pjan strutturali jgħid li Parliament and Ministries will concentrate in the Palaces and Auberges of Valletta, jista' l-Prim Ministru jgħid kif jirrikonċilja dan kollu mal-pjanijiet tal-Gvern li jibni Parlament ġdid qrib Bieb il-Belt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13026 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapporti fuq West African Chemical Dumping

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'azzjoni ħa l-Gvern dwar diversi rapporti fil-media u allegazzjonijiet li Malta hija hub tal-West African Chemical Dumping?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13044 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħatra tal-President u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Parlament x'pożizzjoni ħa fl-aħħar laqgħa msejħa informali tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta' Novembru, 2009 fil-proċess li eventwalment wassal għall-ħatra tal-President u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea? Kellu xi ismijiet f'moħħu? Ippropona xi ismijiet hu stess qabel ma saret l-għażla finali? Jista' jgħid min kienu l-persuni li ġew shortlisted sakemm eventwalment intgħażlu s-Sur H. Von Rumpuy u Lady Ashton? Stante li l-komunikazzjoni uffiċjali tal-Consilium tgħid li "the Heads of State reached a political agreement" mingħajr ma tintuża l-kelma unanimous, jista' jinforma lill-Parlament jekk l-għażla saritx b'xi tip ta' vot fejn kull Kap ta' Stat jiddikjara jekk jaqbilx ma' xi isem jew inkella b'consensus? Jista' jgħid x'pożizzjoni kellu l-Gvern Malti fuq l-għazla tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, li mtliet mis-Sur Pierre de Boissieu? Kellu xi ismijiet alternattivi f'moħħu? Jista' jgħid liema kienu l-ismijiet ta' xi persuni oħrajn li kienu fuq quddiem nett biex jimtlew dawn il-karigi sakemm fl-aħħar imtlew mis-Sinjuri Von Rumpuy, Ashton u de Boissieu? F'dan il-proċess kollu sakemm fl-aħħar imtlew dawn it-tliet siġġijiet, issemmew xi persuni ta' ċittadinanza Maltija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13045 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjara fi Spanja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid lill-Parlament jekk il-Ministru tal-Finanzi kienx qallu biż-żjara li kien se jagħmel fi Spanja biex jara logħba futbol flimkien ma' żewġ negozjanti fuq jet privat ta' wieħed min-negozjanti skont kif inhu obbligat jagħmel bil-miktub skont il-kodiċi ta' etika? Jekk it-tweġiba tkun fl-affermattiv, kif kien qallu? Jekk l-informazzjoni għaddiet bil-fomm u mhux in skritt, din kienet għaddiet bit-telefon jew wiċċ imb'wiċċ? Meta? Jekk wiċċ imb'wiċċ, kien hemm persuni oħra fl-istess mument li din l-informazzjoni ġiet trasmessa bil-fomm? Jekk iva, x'inhuma l-ismijiet tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13074 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 — proġett ta' funding

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-aħħar data għas-sottomissjonijiet ta' proġett għal funding taħt l-iskema ta' Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni 2007-2013?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13154 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — sejba arkeologika ħdejn sptar ġdid f'Bulebel

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’sorvelja qed tagħmel l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex is-sejba arkeologika li nstabet ġewwa Bulebel fejn qed jinbena sptar privat tigi mħarsa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13202 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Suldati neqsin fl-Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħtit tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta' suldati neqsin mill-compliment sħiħ li għandha bżonn l-Armata Maltija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13207 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

lukandi u kumplessi turistiċi — applikazzjonijiet għall-bini u estensjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm bħalissa applikazzjonijiet għall-bini, estensjonijiet jew titjib tal-faċilitajiet f'dawk li huma lukandi, jew kumplessi turistiċi li għandna f'Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13213 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti approvati mill-PPCD

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti approvati fil-passat mill-Planning and Priorities Coordination Division fil-fatt għad iridu jiġu implimentati? Meta hu mistenni li dawn ikunu jistgħu jitwettqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13230 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Studju ta' fattibilità dwar bini ta' airstrip

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju ta' fattibilità dwar bini ta' airstrip f'Għawdex ikkummissjonat mill-Kumitat Reġjonali għal Għawdex u li ġie mgħoddi lill-MCESD? Jista’ jgħid jekk dan l-istudu ġiex diskuss fl-MCESD? Jekk fl-affermattiv, meta? Ittieħdet deċisjoni dwaru? Jekk iva, meta u x’inhi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13232 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Ewropea għall-Perjodu ta' Programmazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema proġetti, skemi, eċċ. ġew approvati s’issa mill-Kummissjoni Ewropea għall-Perjodu ta’ Programmazzjoni 2007-2013? Jista’ jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għand il-Kummissjoni? Dwar liema proġetti, skemi, eċċ. huma l-applikazzjonijiet pendenti? Meta ġew sottomessi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13257 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta u Għawdex — applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12560, 12276 u 11830 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges f'Malta u Għawdex? X'inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar ix-shooting ranges?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13262 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħruġ ta' permessi għal offroading sites

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma l-postijiet f'Malta u Għawdex indikati bħala offroading sites? Kemm inħarġu permessi mis-sena 2000 sal-lum għall-avvenmenti ta' offroading?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.