kanen mitluqin barra fuq bankina fi Triq il-Ferrovija Qadima — Birkirkara
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13335 u 13094 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jirrispondi mistoqsija parlamentari 12464 u jgħid għaliex madwar tmienja jew disa' kanen kbar tal-ilma, ilhom mitluqa barra mill-bidu tar-rebbiegħa ta’ din is-sena, fuq il-bankina ta’ Triq il-Ferrovija l-Qadima kantuniera ma’ Triq Vittorio Cassar Birkirkara? Jista' jgħid kemm tiswa kull kanna tat-tip imħollija fejn qed jintqal?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13460, 12947 u 12642 u ċioe: Ġaladarba jidher li f'Malta hawn nuqqas ta' tobba u nurses u li kemm il-Gvern kif ukoll il-privat isibuha diffiċli biex isibu dawn il-professjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid għala l-Gvern ma jiftaħx il-possibilità li jiġu tobba u nurses mill-Filippini u l-Indja u li għandhom standard tajjeb ħafna? Għala l-medical council u l-kunsill tan-nurses jagħmlu ostakli kbar għal dawn il-professjonisti? Xi kriterji jintużaw biex jingħataw permessi għal tobba u nurses li ma jiġux mill-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li kemm il-Kunsill Mediku kif ukoll dak ta’ l-Infermiera jikkonsidraw applikazzjonijiet minn tobba u infermiera minn barra l-Unjoni Ewropea skont il-liġijiet Ewropej kif ukoll dawk Maltin.
Fil-każ tal-Kunsill Mediku jekk il-kwalifikà primarja ta’ l-applikanti tkun kompatibbli skont il-kriterji stabbiliti u ma’ dawk tal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki, jingħataw l-opportunità li jagħmlu eżami jew perjodu ta’
adaptation
.
Il-Kunsill ta’ l-Infermiera jassigura li kull infermier, li jiġi rreġistrat, irid ikollu ċertu livell ta’ edukazzjoni kemm tejoretika kif ukoll prattika skont kif stabbilit fil-liġi.
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-iskop aħħari ta’ kull kunsill regulatorju huwa li jassigura l-kompetenza ta’ kull professjonist fil-kura tas-saħħa u dan għall-ġid u l-interess tal-pazjent. Il-kunsilli mhux qegħdin hemm biex jagħmlu ostakli għal dawn il-professjonisti iżda biex jiżguraw li jiġu reġistrati biss dawk li għandhom il-kwalifiki kollha li tirrikjedi l-liġi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13456, 13178, 12944 u 12639 u jgħid:
a) X'inhu l-ammont totali ta' flus li Malta ħadet sal-aħħar ta' Ottubru 2009 mill-Unjoni Ewropea?
b) F'liema proġett intnefqu dawn il-flus?
ċ) Kemm kien is-sehem tal-Gvern Malti f'dawn il-proġetti?
d) Kemm hemm nies illum li sabu impjiegi ġodda permezz ta' dawn il-proġetti?
e) Kemm kien il-kontribut totali f'kull forma finanzjarja lill-Unjoni Ewropea minn mindu Malta saret membru sal-aħħar ta' Ottubru 2009?
Jista' l-Prim Ministru jagħti risposti fid-dettall għal kull domanda?
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-kunsilli lokali li għamlu sejħiet għall-offerti din is-sena? Għal liema kienet is-sejħa ta' kull offerta? Min ħadha? Kemm kien il-prezz valutat fit-tender mill-kunsill qabel ma ngħatat ?
Jista' jgħid minn meta daħlu l-miżuri ta' l-Att li jemenda l-Att dwar il-kunsilli lokali, liema huma il-kunsilli lokali li għamlu sejħiet għall-offerti? Dawn ġew ippubblikati fuq il-gazzetti? Fuq liema gazzetta? Liema huma l-kunsilli lokali li għamlu sejħa għall-offerti u dan il-kunsill ma ppubblikahomx fuq il-gazzetti?
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għandhom applikazzjoni quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bħala full development application? Fiex jikkonsisti kull proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' applikazzjonijiet pendenti minn Kunsilli Lokali bid-dettalji mitluba.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema ta' l-informatika ta' l-istess Awtorità fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom il-kliem "
Council
" jew "Kunsill" fl-isem jew fl-indirizz ta' l-applikant.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12778 u 12333 u ċioe: Peress li ftit ġimgħat ilu l-Prim Ministru waqqaf kummissjoni għar-reviżjoni tal-policies tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, billi huwa għażel li jinnomina għadd ta’ persuni li qed jirrappreżentaw lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' jgħid jekk inkunx korrett jekk nifhem li l-Users Committees tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u anke għaqdiet ambjentali mhux governattivi, issa għandhom l-obbligu li jaġġornaw regolarment lill-entitajiet li qegħdin jirrapreżentaw dwar l-andament tal-laqgħat li qed ikollhom bħala rappreżentanti tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nikkonferma li l-Gvern ħatar Kummissjoni biex tirrevedi policies tal-MEPA. Fuq din il-Kummissjoni hemm persuna mill-USERS Committee tal-MEPA kif ukoll persuna minn għaqda mhux governattiva li topera fil-qasam tal-Ambjent.
Dawn iż-żewġ persuni ġew mitluba sabiex iżommu l-entitajiet li jiffurmaw parti mill-
USERS Committee
tal-MEPA kif ukoll l-
NGOs
oħra aġġornati b’dak li tkun qed tagħmel il-Kummissjoni.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12762 u jgħid jekk meta jinħarġu compliance certificates mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dawn jintbagħtux bil-posta jew jingħatawx by hand across the counter mill-enforcement officers? Ir-raġuni hija ovvja għaliex meta dawn jinħarġu bl-idejn ir-riskju ta’ korruzzjoni fil-ħruġ ta’ permessi simili jikber. Jekk m'għadhomx jinħarġu by hand, jista' jgħid meta twaqqfet din il-prattika?
Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar il-pagi/salarji inkluż allowances tal-Management, Chairman u Chief Executive Officer tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13055 dwar il-pompi tal-petrol lokali , jirriżultalu l-Prim Ministru li waħda mill-pompi inkwistjoni u ċioe l-pompa miżmuma mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hija konformi mal-kundizzjonijiet kollha segwenti :
BS7117-1:1991 :
Metering Pumps and Dispensers
EN1360:1997 :
Rubber hoses and assemblies
BS EN 12285-1 :
Fabrication of Steel Tanks
BS EN 13616 :
Overfill Prevention Devices
BS EN 858 :
Separator Systems
PPG3 :
Pollution Prevention Guidelines
BS EN 13160 :
Leak Detection Systems
BS EN 13617 :
Petrol Filling Stations?
Jekk fl-affermattiv, jista' jinvestiga u jirrimedja din l-inġustizzja bla aktar telf ta' żmien għall-partijiet kollha involuti ?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13169, 12938, 12496, 12246 u 11945 u jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan li qed jitlob lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tagħmel inspection tal-post, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li dan l-anzjan iħoss li huwa ta' periklu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tneħħija ta' perikolu minn proprjetà, bħal dik indikata fl-interpellanza, ma taqax taħt ir-responsabbilità tal-MEPA.
L-obbligu tal-Awtorità hu biss li tawtorizza lill-applikant biex mingħajr dewmien jagħmel xogħolijiet rimedjali t'emerġenza sabiex jitnaqqas jew jitneħħa xi perikolu eżistenti mingħajr il-ħtieġa ta' permess ta' żvillupp. Dan skont provvedimenti maħruġa fl-Ordni ta' l-2002 dwar l-Iżvillupp (Tneħħija ta' Perikolu) tal-Avviż Legali 258/02.
Minn investigazzjoni dwar din il-proprjetà li ssemmiet, jirriżulta illi fil-fatt awtorizzazzjoni sabiex jinħattu soqfa perikolużi mis-sit in kwistjoni inħarġet mill-Awtorità fis-16 ta' Marzu, 2006 wara talba li kienet saret minn perit. Pero` assolutament mhux il-kompitu tal-MEPA li tneħħi hi stess il-perikolu. Ninforma wkoll illi kien hemm applikazzjoni għal żvillupp fuq is-sit, (
to demolish derelict house
), li qatt ma ġiet konkluża għax l-applikanta kienet talbet biex din l-applikazzjoni tiġi rtirata (
withdrawn
) fis-17 ta' Marzu ta' l-2006.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-preżent, kemm hemm persuni li għandhom liċenzja bħala gwardjani lokali? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jinsabx lest li jitlob skuża talli fuq il-mezzi tax-xandir allegatament qarraq bin-nies meta żbalja dwar x’suppost ifisser il-kunċett tal-Whistleblower Act, aktar u aktar meta suppost li fi kliemu stess din il liġi hija kważi lesta? X’għandhom x’jaqsmu l-kompliċi kriminali ma' min jikxef skandli li jiġu a konoxxenza tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-abbozz tal-Whistle Blower Act, li ser jitressaq dalwaqt, ser jirrispondi din il-mistoqsija.
Rapporti fl-istampa — kuntrattur li għamel xogħol fuq residenza privata
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni uffiċjali tiegħu dwar rapporti fl-istampa fejn kuntrattur li għamel xogħol fir-residenza privata tal-Ministru Tonio Fenech stqarr fil-media lokali li l-Ministru qalilhom biex iżommuha bejniethom għax inkella ssirlu ħsara politika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mhux il-kompitu tiegħi li nagħti reazzjoni għal rapporti fil-media. Infakkar l-Onorevoli Interpellant li l-materja hija suġġett ta’ proċeduri fil-Qorti.
Jista' l-Prim Ministru jagħti r-referenza tal-applikazzjoni u tal-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar in konnessjoni max-xogħol strutturali sar fuq ir-residenza tal-Ministru Tonio Fenech f’Ħal Balzan? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-applikazzjoni li saret taħt id-development notification order li fiha suppost jiġu elenkati t-tibdiliet li jkunu se jsiru fil-propjetà?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li x-xogħol li sar huwa tibdil intern u żvilupp f’bini eżistenti fil-konfini tal-iżvilupp li jaqa’ taħt il-Klassi 1 skont Avviż Legali 115 tal-2007 (Ordni tal-2007 dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp) u allura ma kienx hemm ħtieġa ta’ DNO.
Proġetti mhux aċċettati għall-fond ambjentali mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12818 u 12351, li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu, u jikkonferma li Malta hija waħda minn erba' stati membri tal-Unjoni Ewropea li naqset milli tibbenefika mill-fond ambjentali ta’ €207 miljun tal-Unjoni Ewropea allokati lill-proġetti ambjentali taħt il-Life Programme għas-sena li għaddiet?Jikkonferma li l-erba' proġetti sottomessi minn pajjiżna lkoll ġew skwalifikati minħabba li ma laħqux il-livelli u s-selection criteria meħtieġa? Bħala Gvern Malti, jista' jgħarrafna għaliex l-ebda proġett Malti ma ġie approvat jew saħansitra aċċettat u dan meta pajjiż żgħir ġirien tagħna li issieħeb magħna bħal Ċipru, irnexxielu jirċievi 'l fuq minn €6 miljun b’rabta ma' ħames proġetti differenti?
MEPA — Transport Planning Unit u l-Minerals Planning Unit - trasferiment
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li t-Transport Planning Unit u l-Minerals Planning Unit fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar se jkunu trasferiti ma' awtoritajiet oħra minkejja li fil-Konferenza Nazzjonali dwar ir-Riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kien tħabbar li dawn se jibqgħu hemmhekk?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13060 u ċioe: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9128, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport imsemmi?
Surveys dwar materji ta' interess pubbliku u statali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13152, 12969 u 12763, dwar opinion surveys fuq materji ta' interess pubbliku minn kummissjonijiet, ministeri, enti jew korpi tal-Gvern?