Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6177 , 5761 u 12480 u jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhu maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 33 – Tourism Zone Upgrade with landscaped urban spaces and other facilities?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12480.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju ta' fattibilità dwar bini ta' airstrip f'Għawdex ikkummissjonat mill-Kumitat Reġjonali għal Għawdex u li ġie mgħoddi lill-MCESD? Jista’ jgħid jekk dan l-istudu ġiex diskuss fl-MCESD? Jekk fl-affermattiv, meta? Ittieħdet deċisjoni dwaru? Jekk iva, meta u x’inhi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirriżultax li l-Kumitat Reġjonali għal Għawdex tal-MCESD ikkummissjona xi studju dwar il-fattibilità ta’ bini ta’ airstrip f’Għawdex.
Kummissjoni Ewropea għall-Perjodu ta' Programmazzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema proġetti, skemi, eċċ. ġew approvati s’issa mill-Kummissjoni Ewropea għall-Perjodu ta’ Programmazzjoni 2007-2013? Jista’ jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għand il-Kummissjoni? Dwar liema proġetti, skemi, eċċ. huma l-applikazzjonijiet pendenti? Meta ġew sottomessi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba fir-rigward tal-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 hija ppubblikata f’listi fuq is-sit elettroniku tad-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Priorijatijiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, http://www.ppcd.gov.mt/projects_07_13.
Nixtieq inżid li proġetti b’valur totali li jeċċedi l-€50 miljun (€25 miljun fil-każ ta’ proġetti fil-qasam tal-ambjent) biss jirrikjedu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Minn dawn, sal-lum ġie sottomess lill-Kummissjoni Ewropea proġett wieħed: ‘
Improvement of sections of the TEN-T Road Network Phase I
’ [Ref No CF117]. Is-sottomissjoni saret fis-26 ta’ Awwissu 2009.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7198, jista' l-Prim Ministru jagħti l-ismijiet u r-responsabilità tas-sitt konsulenti li jaħdmu fi ħdan l-uffiċċju tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — pagi u salarji - informazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar il-pagi/salarji inkluż allowances tal-Management, Chairman u Chief Executive Officer ta' l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12849 u jivverifika għaliex il-bankina bl-indirizz u skond ir-ritratt li qed jintbagħat separatament, għadha fi stat perikoluż minkejja li ġiet informata l-Enforcement Unit tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sena u erba' xhur ilu, minbarra l-Awtorità dwar it-Trasport u diversi dipartimenti governattivi u l-kunsill lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12849.
Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 — proġett ta' funding
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13074 u jgħid x'inhi l-aħħar data għas-sottomissjonijiet ta' proġett għal funding taħt l-iskema ta' Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni 2007-2013?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mhux ċar mill-mistoqsija għal-liema skema partikulari qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant ġentilment nitolbu jippreċiża d-domanda.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu t-tenders dwar ix-xogħol maħsub fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, min-naħa tat-turiżmu li fil-fatt għalqu? Kemm kien hemm kuntratturi li ssottomettew it-tender tagħhom? Fiex wasal il-proċess tal-aġġudikazzjoni ta' dawn it-tenders?
Persuna li taħdem fis-segretarjat privat — kaċċa illegali
Question
Jikkonferma l-Prim Ministru li kien hemm persuna fis-segretarjat privat tiegħu li nqabdet għall-kaċċa illegalment u ma ġew meħuda l-ebda passi kontriha mill-pulizija minkejja li qabdu lil din l-istess persuna, anzi ħbew kollox mill-pubbliku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat li ebda impjegat tas-Segretarjat tiegħi ma nqabad għall-kaċċa illegalment u l-Pulizija imxiet kif allegat fil-mistoqsija.
Każijiet ta' korruzzjonijiet mressqin quddiem l-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' korruzzjoni li tressqu quddiem il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm minnhom ġew trattati u kemm għadhom pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar ħames snin, quddiem il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni, tressqu:
9 każi fis-sena 2005;
5 każi fis-sena 2006;
14-il każ fis-sena 2007;
2 każi fis-sena 2008, u
5 każi fis-sena 2009.
Dawn il-każi ġew kollha trattati minn din il-Kummissjoni fejn minnhom baqa’ biss 2 każi pendenti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li ma kkonsultax u għarraf bid-deċiżjonijiet tiegħu lill-eks Kummissarju Malti fl-Unjoni Ewropea Dr. Joe Borg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif diġà iddikjarajt pubblikament, il-premessa tal-mistoqsija hi żbaljata.
Persuni li japplikaw biex jiġu re-instated fis-Servizz Pubbliku
Question
B’referenza għall-Public Service Management Code kif emendat f’Ġunju 2008, klawsola numru 1.4.3.1., jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm Uffiċjali Pubbliċi li kienu rtiraw mis-Servizz Pubbilku bil-bord mediku, u li kienu jirċievu pensjoni mit-Teżor u Pensjoni tal-Invalidità, li applikaw biex jiġu re-instated fis-Servizz Pubbliku fl-aħħar 16-il xahar, u ċoie minn meta l-emendi tal-Management Code daħlu fis-seħħ f’Ġunju 2008? Kemm minn dawn reġgħu ġew aċċettati lura mas-Servizz Pubbliku u bdew jaħdmu? Xi proċedura tkun applikabbli f’każijiet fejn ex-impjegati jkunu jirċievu żewġ pensjonijiet, dik tat-Teżor u dik tal-Invalidità, meta dawn japplikaw biex jiġu re-instated fis-Servizz Pubbliku? F’dawn il-każijiet meta jieqfu l-pensjonijiet tat-Teżor u tal-Invalidità, meta l-persuna tapplika jew meta l-persuna terġa' tidħol lura għax-xogħol?
Kummissjoni Ewropea għall-Perjodu ta' Programmazzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13232 u jgħid liema proġetti, skemi, eċċ. ġew approvati s’issa mill-Kummissjoni Ewropea għall-Perjodu ta’ Programmazzjoni 2007-2013? Jista’ jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għand il-Kummissjoni? Dwar liema proġetti, skemi, eċċ. huma l-applikazzjonijiet pendenti? Meta ġew sottomessi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13232.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13230 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju ta' fattibilità dwar bini ta' airstrip f'Għawdex ikkummissjonat mill-Kumitat Reġjonali għal Għawdex u li ġie mgħoddi lill-MCESD? Jista’ jgħid jekk dan l-istudu ġiex diskuss fl-MCESD? Jekk fl-affermattiv, meta? Ittieħdet deċisjoni dwaru? Jekk iva, meta u x’inhi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13230.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 9527, 5947, 12486 u 13227, jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar s'issa fuq l-applikazzjoni msemmija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12486.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk riċentament tqabbadx xi konsulent jew kumpanija ta' konsulenti sabiex jgħinu lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fl-investigazzjoni dwar it-trab iswed? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' jgħid meta tqabbad dan il-konsulent u jgħid min huwa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità qegħda f'diskussjonijiet mal-Professur Alfred Vella biex jgħina fl-investigazzjoni in kwistjoni.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13323 u 13060 u ċioe: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9128, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport imsemmi?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' l-inġustizzja li ġew deċiżi u qed jistennew rimedju fil-Kummissjoni tal-Inġustizzja u Tribunal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13589 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li attawalment hemm 23 każ pendenti. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll li l-Oppożizzjoni għandha kopja tal-lista ta’ każi pendenti fid-dawl li bejn l-aħħar Mistoqsija Parlamentari li saret (PQ 1639) fl-2008 u illum kien hemm żviluppi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13055 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 12807 u 13036 li saru lill-Prim Ministru u mistoqsija parlamentari 13037 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni dwar il-pompi tal-petrol/fuel f'pajjiżna, jirriżultalu l-Prim Ministru li fil-gżejjer tagħna tliet pompi għamlu l-investiment sabiex ikunu konformi mar-regoli/direttivi u standards tal-Unjoni Ewropea bid-detriment li waħda minnhom għadha magħluqa min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Jekk huwa l-każ, għaliex qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti ma nediex skema biex jgħin lill-pompi in kwestjoni jiġu aġġornati ma' dawn ir-regoli/
standards
tal-Unjoni Ewropea?
X'
assessment
għandu l-Gvern dwar dan in-nuqqas f'pajjizna? X'inhi s-sitwazzjoni għall-futur tas-sidien, l-operaturi u l-ħaddiema tal-pompi li għad mhumiex allineati ma' dan l-iżvilupp in kwestjoni?
X'inhi l-pożizzjoni tal-ħaddiema u ċ-ċittadini
vis a vis
l-assigurazzjonijiet, jekk jirriżulta xi inċident?
X'inhi l-pożizzjoni tas-sidien u tal-ħaddiema fil-każ tal-pompa li hija konformi ma' dawn l-i
standards
/regoli u direttivi tal-Unjoni Ewropea, iżda miżmuma mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-mument?
Xi pjan għandu l-Gvern quddiem din iċ-ċirkostanza u x'kumpens jew għajnuna se tingħata lis-sidien biex iwettqu l-iżviluppi meħtieġa u dan fid-dawl li jonqos il-periklu attwali għall-ħaddiema, l-operaturi u ċ-ċittadini?
Surveys dwar materji ta' interess pubbliku u statali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13325, 13152, 12969 u 12763, dwar opinion surveys fuq materji ta' interess pubbliku minn kummissjonijiet, ministeri, enti jew korpi tal-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li:
Dipartiment tal-Gvern Lokali
Fis-Sajf tas-sena 2008 intbagħat kwestjonarju f’kull dar f’Malta u Għawdex bħala parti mir-riforma tal-Kunsilli Lokali. Dan il-materjal li ġie jiswa € 5,165.03, intbagħat mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni u ġie evalwat minn Unit li kienet twaqqfet apposta għar-Riforma (liema uffiċċjali kienu mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u t-Taqsima tat-Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli).
Ir-rapport kien wieħed kumplessiv u huwa diffiċli jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ir-risposti tal-pubbliku ġew inklużi mal-proposti u suġġerimenti li saru minn ministeri, dipartimenti, korpi u għaqdiet mhux governattivi u entitajiet oħra, liema suġġerimenti servew biex ġie mħejji r-Rapport tar-Riforma “Biex il-Kunsill Jagħtik l-Aqwa Servizz” u li eventwalment serva wkoll biex saru l-emendi leġislattivi għall-Att dwar il-Kunsilli Lokali.
Awtorità tax-Xandir
L-Awtorità tax-Xandir tikkommissjona stħarriġ
(Audience Survey)
b’mod regolari skond il-liġi tax-Xandir (Cap 350) fuq is-semmieha tar-Radju u t-telespettaturi tat-TV.
Dan l-istħarriġ isir minn
National Statistics Office (NSO)
u saru dawn il-ħlasijiet kif jidhru hawn taħt:
April 2008 – Diċembru 2008 € 32,569
Jannar 2009 – Novembru 2009 € 16,815
Ir-rapporti ta’ dawn is-
surveys
wieħed jista’ jsibhom fuq il-
website
ta’ l-Awtorità - www.ba-malta.org
Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar
L-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ikkummissjonat żewġ
surveys
li huma:
a) Market Research: Two focus groups targeting architects (6 in-depth interviews with users within the different types of categories)
li ġie kkummissjonat mill-Informa Consultants u li sewa lill-Awtorità € 3,325.24.
b) Awareness & Perception Survey
li ġie kkummissjonat minn MISCO u li sewa lill-Awtorità €8,850.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-
surveys.