Kummissjoni Elettorali – Bord Mediku – Testijiet mediċi fil-Faċilità San Vincenz de Paul
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex il-Bord Mediku maħtur mill-Kummissjoni Elettorali stabbilit skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali ma marx fil-Faċilità San Vincenz de Paul qabel l-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Ġunju li għadda sabiex jagħmel testijiet mediċi biex jiddetermina jekk anzjan/a għandhomx jibqgħu eletturi skont l-istess Att, u dan meta 478 anzjan mill-597 test konjittiv li kienu saru mill-amministrazzjoni fil-Faċilità ma għaddewx mill-ewwel test?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lil Onor. Interpellanta, li l-bord mediku msemmi huwa maħtur mill-Kummissjoni Elettorali. Skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap 354), iċ-Chairperson tal-Bord Mediku msemmi tinħatar mill-Kummissjoni bil-membri l-oħra (tnejn) jinħatru wara nomina ta’ kull partit rappreżentat fil-Parlament. Bħala Korp Kostituzjonali, l-imsemmi Kumissjoni Elettorali ma taqa’ taħt id-direzzjoni ta’ ebda Ministru. Għaldaqstant l-Onor. tista’ tqajjem din il-materja direttament mal-Kummissjoni Elettorali.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex il-Bord Mediku maħtur mill-Kummissjoni Elettorali stabbilit skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali żar biss għaxart idjar tal-anzjani mill-31 dar tal-anzjani li kellu jżur sabiex jagħmel testijiet mediċi biex jiddetermina jekk anzjan/a għandhomx jibqgħu eletturi skont l-istess Att? Jista’ jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu dawn id-djar tal-anzjani? Jista’ jgħid ukoll jekk il-fatt li dan il-Bord ma żarx il-kumplament tad-djar tal-anzjani jikkostitwixxix nuqqas tat-twettiq tad-dmir li għandu l-Bord kif stipulat fl-istess Att?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lil Onor. Interpellanta , li l-bord mediku msemmi huwa maħtur mill-Kummissjoni Elettorali. Skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap 354), iċ-Chairperson tal-Bord Mediku msemmi tinħatar mill-Kummissjoni bil-membri l-oħra (tnejn) jinħatru wara nomina ta’ kull partit rappreżentat fil-Parlament. Bħala Korp Kostituzjonali, l-imsemmi Kumissjoni Elettorali ma taqa’ taħt id-direzzjoni ta’ ebda Ministru. Għaldaqstant l-Onor. tista’ tqajjem din il-materja direttament mal-Kummissjoni Elettorali.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2023?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W188.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Uffiċċju, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-entitajiet responsabbli għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u d-Djalogu Soċjali? X'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (ABELA, ROBERT)
Is-Servizzi Ewropej f’Malta bejn Frar u Mejju 2024 nefqet €1,040 fuq reklami li jippromwovu s-servizzi ta’SEM dwar proġetti ffinanzjati mill-UE. Dawn saru fuq TVM.
F’Marzu 2024, l-Awtorita għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) nefqet is-somma ta’ €9,212.52 fuq spots edukattivi li saru fuq TOKIS, Net TV u One TV.
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali nefaq is-somma ta’ €1,800 f’Marzu 2024 fuq reklamar ta’informazzjoni dwar il- New Temping Regulations li sar fuq it-TVM u l-Malta Competition and Consumer Affairs Authority ( MCCAA) nefqet is-somma ta ‘€3,400 fuq spots edukattivi bejn Ottubru 2023 u Gunju 2024 li saru fuq it-TVM.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali - Direct Orders
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid kemm ħarġu direct orders mill-istess Segretarjat Parlamentari u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll:
(i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena;
(ii) kemm kien hemm direct orders kull sena;
(iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order;
(iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz;
(v) min awtorizza dawn id-direct orders?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Biex tinġabar l-informazzjoni kif qed titlob l-Onor.Interpellanta tinqabeż l-advisory cost.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Direct Orders
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid kemm ħarġu direct orders mill-istess Segretarjat Parlamentari u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll:
(i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena;
(ii) kemm kien hemm direct orders kull sena;
(iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order;
(iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz;
(v) min awtorizza dawn id-direct orders?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Biex tinġabar l-informazzjoni kif qed titlob l-Onor.Interpellanta tinqabeż l-advisory cost.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19204 u jgħid jekk ġietx appuntata persuna fil-kariga ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni), dan tenut kont li din il-kariga saret vakanti f’Ottubru 2023?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-kariga ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) għadha ma ġietx mimlija.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema tal-Kuntrattur
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9094 u jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fid-dekasteru kollu tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm jaħdmu 247 ħaddiem mal-kuntrattur. Dawn huma ingaġġati f’xogħlijiet ta’tindif, sigurta, manutenzjoni, receptionists, messaġiera , xufiera, snajja u uffiċjali tal-customercare fil-hubs tas-servizz.gov.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12032 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13650 u l-mistoqsija parlamentari 11405 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid x’kienet id-deċiżjoni tal-Public Service Commission (PSC) fil-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn kien ammetta li arrikkixxa ruħu illegalment minn fondi pubbliċi?
Response (ABELA, ROBERT)
Din il-mistoqsija għandha tiġi diretta lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li hi Kummissjoni mwaqqfa skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2023?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Uffiċċju, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali – Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju — Nefqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-entitajiet responsabbli mill-Fondi Ewropej, Ugwaljanzi, ir-Riforma u d-Djalogu Soċjali? X'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (ABELA, ROBERT)
L-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) kellha kampanja edukativa ta’ harm reduction li fuqha ntefqu €3,000. Ix-xandir sar fuq Calypso, Net FM u One Radio.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Lista ta’ xogħlijiet u ħlas
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' xogħol u l-ammonti ta' flus li tħallsu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija/i li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għal kull sena, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu, minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll:
(i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena;
(ii) kemm kien hemm direct orders kull sena;
(iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order;
(iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz;
(v) min awtorizza dawn id-direct orders?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations