Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28691 u jgħid sal-lum kemm hemm operazzjonijiet pendenti fl-Isptar Mater Dei? Liema huma dawn l-operazzjonijiet u kemm hu n-numru ta' kull kategorija li hemm bżonn operazzjoni? Mil-lista ta' kull kategorija, kemm hu n-numru taż-żmien li l-iżjed li pazjent ilu jistenna?
Dipartimenti tas-Saħħa — pagi ta' persuni self-employed
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu ħaddiema li jaħdmu bħala self-employed mad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru, f'liema grad jinsabu u kemm qed jitħallsu kull siegħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' nisa li s’issa marru biex jagħmlu t-testijiet minħabba il-kanċer tas-sider? Jista', b'mod partikulari, jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li ġejjin mis-7, 11 u 12-il distrett elettorali, lokalità lokalità? F'dawn il-lokalitajiet kemm minn dawk li ntalbu biex jattendu għat-test, fil-fatt m'attendewx għal dawn it-testijiet? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux se jkun hemm xi mail shot ieħor b'informazzjoni oħra dwar il-ħtieġa li kull mara tagħmel dawn it-testijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Programm Nazzjonali għall-Breast Screening ġie mniedi f’Ottubru tas-sena 2009. Sallum ġew mistiedna 24,279 mara li minnhom attendew 13,667 (56.3%) biex jagħmlu t-testijiet meħtieġa. Minn dawn, instabu 96 każ ta’ kanċer tas-sider. Rigward il-mailshot, bħalissa qiegħed jiġi ffinaliżżat materjal ġdid bħala parti minn kampanja ta’ edukazzjoni kontinwa.
L-analiżi tal-istatistika tinżamm fuq bażi ġeografika. Din tista’ tiġi aġġornata biex tirrifletti bażi distrettwali kif mitlub imma tirrikjedi xogħol manwali u allura tista’ tingħata fi żmien ġimgħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni fl-Isptar Mater Dei b'overdose għas-sena 2011 u kemm kienet l-età?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis u l-Electronic Case Summary, in-numru ta’ każijiet ta’ “overdose” li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei bħala pazjenti bejn Jannar u Settembru ta’din is-sena huwa hekk:
Jannar sa Settembru 2011
Numru ta’ Pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei
Eta
Kategorija A
Kategorija B
Kategorija C
<15
15
7
15-24
11
43
25-34
2
4
30
35-44
5
25
45-54
1
7
20
55-64
2
6
10
65-74
2
2
75-84
1
3
7
85+
Total
23
36
144
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Gvern għandu jagħti flus lill-kumpaniji li jissuplixxu lill-Gvern f'pilloli?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li sal-aħħar ta’Ottubru 2011, iċ-ċifra fi flus li għandhom jingħataw lis-suppliers fuq pilloli kienet ta dsatax-il miljun, disa’ mija u disgħin elf, ħames mija u sbatax-il Ewro (€19,990,517). Għaldaqstant ta’ min wieħed jinnota li dawn il-flus dovuti huma kollha within the credit payment terms.
Jista' l-Ministru jgħid min huma il-persuni li huma eżentati milli jagħtu id-demm lill-Bank tad-Demm? Veru li fost dawn in-nies hemm nies barranin li ma jistgħux jkunu blood donors?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li ma jistax jagħti demm kull min jiġi eżaminat u jinstab li għandu possibiltà ta’ riskju għaliħ jew għal minn jircievi xi prodott tad-demm. Dawn jinkludu nies bi storja ta’ mard kroniku, bi stil ta’ ħajja riskjuża (eż: kuntatti sesswali ta’ riskju), ivvjaġġar f’pajjiżi partikolari eċċetera.
Rigward nies barranin, id-donatur irid ikollu karta tal-identità Maltija minħabba raġuniet ta’
traceabilty
. Il-bqija jekk jaqa’ taħt il-kriterji ta’ eliġibbiltà jista’ jagħti d-demm.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28691 u jgħid sal-lum kemm hemm operazzjonijiet pendenti fl-Isptar Mater Dei? Liema huma dawn l-operazzjonijiet u kemm hu n-numru ta' kull kategorija li hemm bżonn operazzjoni? Mil-lista ta' kull kategorija, kemm hu n-numru taż-żmien li l-iżjed li pazjent ilu jistenna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li peress li fil-preżent qegħdin fil-proċess ta’ migrazzjoni ta’ data mis-sistema l-qadima għas-sistema l-ġdida, mhux possibli għal issa li tingħata l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ħlief fil-każi tal-oftalmoloġija u tal-ortopedija. Din l-informazzjoni tkun tista’ tingħata hekk kif il-proċess sħiħ ikun komplut, bejn wieħed u ieħor lejn l-aħħar ta’ Marzu 2012.
Oftalmoloġija:
Fil-bidu ta’ Jannar ta’ din is-sena kien hemm 5,465 każ pendenti. Sa llum daħlu 1,773 każ ġdid, filwaqt li matul din is-sena saru 2,283 l-operazzjoni. Sa llum hemm pendenti 4,415 kaz.
Ortopedija:
Fil-bidu ta’ Jannar ta’ din is-sena kien hemm 9,170 każ pendenti. Sa llum daħlu 1,591 każ ġdid, filwaqt li matul din is-sena saru 2,960 l-operazzjoni. Sa llum hemm pendenti 7,801 kaz.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ta' Malta fil-passat bagħatx pazjenti Maltin għall-operazzjoniet f'Londra biex jagħmlu laser operations
on bulging discs in the lower part of the back peress li din l-operazzjoni issir biss bil-laser? Din t-tip ta' operazzjoni tista' issir f'xi sptar Malti jew le? X'inhu l-ħsieb tal-Gvern f'dan ir-rigward?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s’issa ma ntbagħat l-ebda pazjent barra minn Malta għal laser operations on bulging discs in the lower part of the back. Din it-tip ta’ proċedura ma ssirx ġewwa l-Isptar Mater Dei u għal issa ma tiffurmax parti mil-pakkett ta’ kura offrut minn Malta. Għalkemm jiġu offruti trattamenti oħra fl-istess qasam id-dipartiment ma jeskludix studju fuq din il-proċedura biex jevalwa l-possibilità li din tiġi offruta fil-futur.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tasal l-injection tal-influwenza? Kemm ġew ordnati? Meta se tingħata? Kemm ġiet tiswa lill-gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kunsinna tal-vaċċin tal-influwenza waslet il-Ħamis, 17 ta’ Novembru 2011 u tqassmet fl-isptarijiet u l-polikliniċi kollha tal-gvern u bdiet tingħata.
Ġew ordnati 80,000 vaċċin għal dan l-istagun għall-prezz ta €2.90 għal kull doża.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29961 u jgħid kemm hemm kuntratti ma' ditti ewlenin lokali għall-maintenance tal-Isptar Mater Dei? X’inhuwa l-valur u t-terminu ta’ kull kuntratt? Id-disturbance allowances li ġew imwiegħda l-ħaddiema tal-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dawn il-kuntratti se jitħallsu mis-somma miftiehma tal-kuntratt jew għad irid isir provvediment ieħor supplementary, speċjalment billi l-ħaddiema ġew imwiegħda żiediet simili minn mindu beda jopera l-isptar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-assistant psychologists li kellhom jibdew jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa fis-7 ta' Novembru 2011, għadhom ma ġewx imsejħa biex jibdew? Jista' jgħid għaliex il-kuntratt għadu ma ġiex iffirmat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma jirriżultax li kien hemm xi sejħa għal assistant psychologists mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sentejn, xahar b'xahar kemm kienu dawk l-Għawdxin li ġew riferuti għal trattament fl-Isptar Boffa? Għal liema trattament? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu l-irġiel skont l-età?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30337 u 29925 u jgħid kemm hemm liftijiet fid-dar tal-anzjani tal-gvern tal-Mosta? Jista' jgħid kull wieħed minnhom meta ma kienx qed jiffunzjona mill-ewwel ta' din is-sena sal-lum?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
alert programme for attention difficulties — waiting list
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-alert programme for attention difficulties u kemm hi l-medja taż-żmien ta' stennija biex it-tfal li jiġu riferuti jingħataw dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Programm tal-Alert isir għat-tfal li għandhom bejn it-8 u 12-il sena, li għandhom diffikulta’ fil-modulazzjoni fis-sistema tas-sensi. Għalhekk it-tfal jidħlu f’dan il-programm wara eżami li jsir mill-occupational therapist li jinvolvi testijiet speċifiċi (standardized tests), fejn jiddeterminaw jekk it-tifel jew tifla jibbenefikawx minn dan il-grupp.
L-aħħar gruppi tal-Alert saru fix-xhur tas-sajf 2011. B’kollox kien hemm 6 gruppi li għalihom attendew 49 persuna. Kull programm ikkonsista f’ħames sessjonijiet ta’ siegħa u nofs il-waħda. It-tfal jiġu maqsuma skont l-età.
Fil-preżent hemm 22 tifel u tifla jistennew għall-programm tal-Alert. Dan il-grupp isir meta jkun hemm numru sostenibbli ta’ tfal tal-istess età u diffikultà fil-modulazzjoni tas-sensi. L-istennija ta’ dan il-grupp qatt ma qabżet il-medja ta’ 6 xhur ġewwa s-C.D.A.U. (Child Development Assessment Unit). Fil-preżent dan is-servizz, se jibda jingħata minn kumpanija privata, bil-għan li ż-żmien ta’ stennija jkun iqsar.
Huwa mportanti li wieħed japprezza li dan huwa wieħed mill-ħafna servizzi li d-dipartiment tal-occupational therapy joffri gewwa s-C.D.A.U. Nassessjaw tfal bejn 0-14-il sena u joħroġ rapport/programm b’suġġerimenti addattati skont il-ħtiega tat-tifel/tifla. Meta t-tfal ikollhom bżonn t’aktar attenzjoni wara l-eżami tal-bidu, jingħataw sessjonijiet individwali jew fi gruppi. Dawn jinkludu gruppi tal-koordinazjoni jew gruppi ta’ kitba. Noffru ukoll school visits u home visits skont in-neċċessità. L-occupational therapist hija ukol parti mit-tim tas-C.D.A.U. u tattendi għall-case conferences li jsiru ta’ kull ġimgħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fuq l-ikel li jingħataw l-anzjani fil-Homes? Kemm dawk pubblici, kif ukoll dawk privati? Jista' jgħid x'irrizulta f'dawn l-ispezzjonijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika l-perjodu li dwaru jixtieq it-Tweġiba. Dan peress li r-riċerka tkun tista’ tiġi attwata għall-perjodu li jiġi ndikat.
Jista' l-Ministru jgħid l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatment, meta huwa stmat li ssirlu l-operazzjoni tan-knee replacement?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna indikata qiegħed fuq il-lista ta’ stennija u skont l-eżitu tal-lista dalwaqt imissu jiġi operat. Huwa mpossibbli li wieħed jagħti data speċifika għax bħalma jaf l-Onor. Interpellant l-Isptar Mater Dei huwa sptar ta’ kura akuta.