Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien hemm żgħażagħ mis-7, 11 u 12-il distrett elettorali, raħal raħal li wara li temmew l-iskola sekondarja ma komplewx l-istudji tagħhom fil-livell ta' sixth form?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li hemm bosta istituzzjonijiet edukattivi fejn iż-żgħażagħ jistgħu jagħżlu jmorru il-mistoqsija kif imqegħda mhux possibli li tkun imwieġba. Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar studenti li għażlu li jmorru l-Junior College, Msida u n-Naxxar Higher Secondary u l-MCAST
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm mill-istudenti li temmew l-iskola fil-livell ta' sixth form, fis-7, 11 u 12-il distrett elettorali, raħal raħal li wara li temmew l-iskola ma komplewx jistudjaw fl-Università?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni dwar l-għadd ta’ studenti mis-7, 11 u 12-il distrett elettorali li temmew il-Junior College fl-2010 u li ma applikawx jew ma daħlux l-Università ta’ Malta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti mis-7, 11 u 12-il distrett elettorali, raħal raħal, li qed jattendu xi kors marbut mal-agrikoltura fl-Istitut tal-Agrikoltura?
Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm djar li qed jinbnew mill-Awtorità tad-Djar biex jinbiegħu jew biex jinkrew? Fejn huma dawn id-djar? Kemm se tiġi tiswa kull dar? Meta mistennija jitlestew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm proprjetà immobbli jew art ġiet devoluta mill-gvern lil xi nursery tal-football f'pajjiżna mill-1980 sal-lum? Tista' tindika fejn u b'liema titlu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma kien hemm ebda propjeta’ immobbli jew art li ġiet devoluta mill-Gvern lil xi nursery tal-football b’mod dirett. Il-propjeta’ immobbli jew art ġew devoluti lil klabbs tal-football li l-maġġoranza tagħhom għandhom in-nursery tagħhom. Sal-lum hemm 43 biċċa propjeta pubblika li ġiet devoluta għand 39 entita tal-football. 9 klabbs tal-football għandhom management agreement fuq grawnds li jinsabu fi skejjel jew propjeta oħra tal-Gvern.
Raħal Ġdid — binja tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ St Thomas More
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li tibda u titlesta l-binja tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ St Thomas More fejn illum hemm il-grawnd ta' Pace Grasso f'Raħal Ġdid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hemm ippjanat li l-binja tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ St Thomas More tibda tinbena fil-bidu tas-sena 2013 u titlesta f’Settembru tas-sena 2014.
Tista' l-Ministru tgħid mill-kulleġġi kollha ta' Malta u Għawdex, liema għandhom bini ta' skejjel ġodda, liema m'għandhomx u x'hemm ippjanat għal dawk li m'għandhomx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li dawn il-Kulleġġi għandhom skola sekondarja ġdida; Kulleġġ San Benedittu, Kulleġġ San Injazju, Kulleġġ Għawdex, Kulleġġ Santa Margerita u Kulleġġ Maria Reġina. Kulleġġ Santa Klara għandu skola primarja ġdida. Għad iridu jinbnew skejjel sekondarji ġodda f’dawn il-Kulleġġi; Kulleġġ San Injazju, Kulleġġ San Benedittu, Kulleġġ San Tumas More, Kulleġġ Santa Klara, Kulleġġ Santa Tere¿a u Kulleġġ San Nikola.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien il-benefiċċju mħallas minħabba disimpjieg (unemployment benefit) matul is-sena 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-benefiċċju għal disimpjieg imħallas matul is-sena 2010 kien ta’ € 10.93 kuljum għall-persuna miżżewwġa li tmanti konjuġi li ma għandhiex impjieg
full-time
u €7.15 kuljum għal kull persuna oħra.
Dawn ir-rati jistgħu jiżdiedu għal €18.36 jew €11.99 kuljum rispettivament fejn il-benefiċċjarju jissodisfa t-test tal-mezzi u tal-kapital li jintuża sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx dritt għall-għajnuna soċjali.
Kunsill Malti għall-Isport — ħidma fil-kamp tad-diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'ħidma qed issir mill-Kunsill Malti għall-Isport fil-kamp tad-diżabilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) jaħdem ma’ diversi għaqdiet biex jorganizzaw attivitajiet sportivi għall-persuni b’diżabilità.
Sal-lum il-KMS ħadem mill-qrib ma’ Special Olympics, Inspire, Deaf Sport Association, Physically Handicapped Rehabilitation Fund, Wheelchair DanceSport, Access for All, l-Isptar Monte Karmeli u l-Malta Paralympic Committee.
Barra minhekk, il-KMS joffri assistenza varja li tinkludi, imma mhux biss limitata, għal allokazzjoni ta’ coaches kwalifikati biex jieħdu ħsieb u jmexxu s-sessjonijiet sportivi għall-persuni b’diżabiltà, l-użu ta’ numru ta’ faċilitajiet sportivi biex jintużaw mill-istess għaqdiet, kif ukoll l-allokazzjoni ta’ uffiċċini minn fejn joperaw.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — ħaddiema mhux Maltin
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mhux Maltin matul is-sena 2010, mad-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid ta' liema nazzjonalità huma, kif ukoll x'inhu l-grad?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm ilmenti dwar ħsarat fuq il-lanes tat-training tal-Pixxina Nazzjonali? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn jinbidlu, jekk jinstab li għandhom xi ħsarat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ittieħdet azzjoni immedjata hekk kif kien rappurtat li kien hemm
lanes
tat-
training
fil-Pixxina Nazzjonali li kellhom xi ħsara. Dawn il-ħsarat mistennija li jkunu rranġati fil-jiem li ġejjin wara li jasal il-materjal li kien ordnat għalihom. Minkejja dan, l-attivita fil-Pixxina Nazzjonali baqgħet għaddejja b’mod normali.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-arloġġ li hemm fil-Pixxina Nazzjonali hux qed jaħdem fit-totalità tiegħu? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan jiġi rranġat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-Pixxina Nazzjonali m'hemm ebda arloġġ li mhux qiegħed jaħdem.
Tista' l-Ministru tgħid meta bdew jinbidlu l-bibien tal-Pixxina Nazzjonali sabiex issa qed jaħdmu bl-elettriku? Kemm-il bieb inbidel s'issa? Kemm għad jonqos biex jinbidlu? Kemm kienet l-ispiża għal kull bieb?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa qed tiġi nstallata sistema ġdida lil tagħti kontroll elettroniku fuq l-aċċess fil-Kumpless Sportiv f’Tal-Qroqq u d-diversi faċilitajiet li jinkorpora fih, fosthom il-Pixxina, l-isquash courts u l-fitness centre. Din is-sistema għandha toffri aktar sigurta’ fuq il-post filwaqt li toffri sistemi ta’ immaniġġjar aħjar fil-kumpless.
Biex din is-sistema tkun tista’ topera bl-aħjar mod kien hemm il-ħtieġa li jiġu nstallati numru ta’ bibien ġodda kif ukoll jinbidlu oħrajn li kien hemm. B’kollox kien hemm ħames bibien li ġew installati, fosthom wieħed kbir biex ikun jista’ joffri aċċess dirett għall-Pixxina lill-persuni b’diżabilita. L-ispiża totali biex saru dawn il-bibien u l-installazzjoni tagħhom mistennija tlaħħaq €8,190.04.
Skola Sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ — għalliema tal-Ġermaniż nieqsa
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti mingħajr għalliema tal-lingwa Ġermaniza fl-Iskola Sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ? Għaliex qed jitħallew bla għalliema meta dawn qed jitilfu ħin prezzjuż u mhux se jlaħħqu s-sillabu li jridu jkopru għall-eżami? Meta se jingħataw għalliema u x'se jsir biex jirbħu lura ż-żmien li tilfu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Sfortunatament, l-għalliema li kienet approvata biex tidħol fl-aħħar ta’ Marzu rrifutat l-impjieg. Bdew sforzi biex isir arranġament fi ħdan il-kulleġġ u dan l-arrangament daħal fis-seħħ fl-4 ta’ Mejju 2011.
skola Primarja tal-Gvern ta’ Ħal Tarxien — klassi mingħajr għaliem
Question
Tista' l-Ministru tara li jittieħdu l-passi urġenti biex it-tfal fil-ħames klassi tal-iskola Primarja tal-Gvern ta’ Ħal Tarxien li ilhom mingħajr għalliem minn nofs April 2011 (ġimgħa qabel ma bdew il-vaganzi tal-Għid) ma jitħallewx iżjed f'dan l-istat? Meta se jkollhom għalliem/a magħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qed jagħmel dak kollu possibli biex il-ħames klassi ta’ l-iskola primarja ta’ Ħal Tarxien ikollhom għalliema. Fl-aħħar ġimgħa ta’ April ġiet għalliema għal din il-klassi iżda fit-2 ta’ Mejju din l-għalliema rrapurtat li ma tiflaħx. Kif l-għalliema tirritorna għax-xogħol, se sservi f’din l-iskola.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24325, tista' l-Ministru tara l-kaz tal-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li kienet il-Mosta Home u issa m'għadhiex, imma xorta qed inaqqsulha l-flus daqslikieku qiegħda f'home? Din marret is-social services ta' Ħal Luqa imma baqgħet bla risposta għax qalulha li ma tista' tagħmel xejn.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nfurmata mid-Dipartiment li t-tnaqqis li qed isir mill-pensjoni tal-persuna msemmija hija dwar ħlas żejjed li hi għandha mad-dipartiment u mhux għax qed titqies li qegħda tgħix f’
home
.
Id-dipartiment għandu jinforma lil persuna msemmija dwar il-każ tagħha u kif qed tinħadem ir-rata tal-pensjoni dovuta lilha.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba l-iskejjel ta' pajjiżna ħadu sehem fil-PIRLS u x'irriżulta mill-istħarriġ li sar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din hi l-ewwel darba li l-iskejjel primarji Maltin ħadu sehem fil-PIRLS. Is-sena l-oħra sar il-field trial. Dan sar biex jiġu assessjati l-mistoqsijiet qabel jintużaw fil-main study.