Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Kuntratti ta' Konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi apparti mill-konsulenza li ngħatat informazzjoni dwarhom fid-domanda Parlamentari numru 11684, fl-2010 ġew mogħtija s-segwenti:-
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li fl-Imtarfa se jsir ċentru għall-immigranti irregolari? Jekk iva, fejn u meta se jibdew
jittieħdu l-immigranti irregolari?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentement il-gvern m'għandu ebda pjan li jiftaħ ċentri għall-immigranti irregolari, la fl-Imtarfa u l-anqas f'post ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid għas-snin 2008, 2009 u 2010 kemm nies ingħataw sentenza ta’ ħabs li l-ammont tagħha tkun inqas minn sena u nofs?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta' nies, li fis-snin imsemmija ngħataw sentenza ta' ħabs li l-ammont tagħha kienet anqas minn sena u nofs kienet kif ġej:-
2008 369
2009 403
2010 245 (sal-4 ta' Ġunju 2010)
Avviż legali — operat ta' post kummerċjali liċenzjat
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet imressqa l-Qorti, sena b’sena, bejn l-2007 u llum dwar ksur tal-avviż legali li jgħid li l-operat ta’ post kummerċjali liċenzjat m’għandux joħloq fastidju jew inkonvenjenza lill-viċini b’xi xorta ta’ ħoss li jinstema’ minn barra l-post jew b’xi mezz magħmul minn ġewwa jew min barra tal-post? Kemm minnhom instabu ħatja u kemm minnhom ma nstabux ħatja? F’liema lokalitajiet kienu jinsabu l-postijiet kummerċjali in kwistjoni? Jista' jgħid x’jifhem il-gvern bil-parti ta’ l-avviż legali li tgħid li ma jridx ikun hemm fastidju b’xi xorta ta’ ħoss li jinstema’ minn barra l-post jew b’xi mezz magħmul minn ġewwa jew min barra tal-post?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni hekk kif mitluba mill-Onor. Interpellant ma tinżammx taħt forma ta' statistika.
titjib fil-faċilitajiet tal-iġjene personali tal-pulizija fl-għases
Question
Jista' l-Ministru jara jistgħux jitjiebu l-faċilitajiet għall-iġjene personali tal-pulizija fl-għases?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi f’kull Għassa tal-Pulizija hemm il-faċilitajiet sanitarji kollha meħtieġa għall-iġjene personali. Infurmat ukoll li l-Korp jipprovdi l-materjal kollu meħtieġ sabiex kull għassa tinżamm fi stat nadif.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17421 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk persuna barranija tinqabad li kienet f'Malta b'visa skaduta, u jintbagħat lura lejn pajjiżu, x'jista' jsir sabiex din l-istess persuna tkun tista' terġa' tidħol f'pajjiżna? X'inhuma l-proċeduri?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi persuni barranin li jinstabu Malta bil-visa skaduta u jintbagħtu lura pajjiżhom, ma jkunux jistgħu jerġgħu jidħlu Malta sakemm ma jagħmlux talba lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni sabiex din ir-restrizzjoni titneħħa, liema talba tkun ikkunsidrata skont iċ-ċirkostanzi u l-mertu tal-każ individwali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pulizija Maltija ħaditx passi kontra xi persuni li kienu jiffurmaw parti mill-ekwipaġġ tal-vapuri tal-Greenpeace li allegatament kienu involuti f'inċidenti ma' opri tal-baħar immexxija minn persuni Maltin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tinvestiga kemm l-inċident imsemmi mill-Onorevoli Interpellant kif ukoll ieħor li seħħ wara, fejn xi sajjieda Maltin kienu weġġgħu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwqr kemm kienu l-kazijiet ta' oil spills li ġew rapportati lis-Civil Protection u li dwarhom l-istess dipartiment ħa passi biex jitnaddfu dawn iż-żjut? Liema partijiet ta' Malta u Għawdex kienu rapportati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġie msejjaħ biex inaddaf 526 oil spills li kienu jinsabu f'diversi toroq madwar Malta u Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni Maltin apparti mill-President tar-Repubblika u l-Prim Ministru li għandhom 24 hour security watch? Kemm qed jiġi jiswa lill-Kaxxa ta’ Malta dan is-servizz globalment?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10509.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti lill-pulizija ta' stupru u abbużi sesswali f'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2008 il-Pulizija kellha 3 rapporti ta' stupru u 6 rapporti ta' xi tip ta' abbuż sesswali u fl-2009 ma kienx hemm rapporti ta' stupru f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti lill-pulizija ta' abbużi fuq minoreni f'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2008 il-Pulizija kellha 9 rapporti ta' xi tip ta' abbuż fuq minorenni f'Għawdex, filwaqt li matul l-2009 kien hemm 15-il rapport.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiżdied in-numru ta' avukati tat-tfal?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi d-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja ser timpjega numru ta’ Avukati tat-Tfal Part-time. Għal dan il-għan ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta’ Avukat tat-Tfal Part-Time fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta’ April, 2010.
In vista tal-aħbar li dehret fil-ħarġa tal-ġurnal It-Torċa tat-13 ta' Ġunju, 2010 fejn intqal li żagħżugħ intalab jagħmel pjaċir sesswali lis-segretarju permanenti fl-uffiċċju ta' eks Ministru biex jidħol jaħdem mal-gvern; tenut kont li jekk dawn il-fatti huma minnhom jammontaw għal xi ħaġa inaċċettabbli u ta' stmerrija u kundanna kbira; tenut kont li affarijiet bħal dawn m'għandhom qatt jiġu aċċettati fiċ-ċivil, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-każ hux qed jiġi investigat mill-pulizija u jekk il pulizija sabux xi suspett raġjonevoli f 'xi persuni dwar l-għemil tal-atti illegali suiċċitati? Jista' jgħid ukoll jekk tressqux diġà jew jekk hux se jitressqu nies il-qorti, inkluż nies li huma jew kienu maċ-ċivil?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Filwaqt li ma hemmx dubju li abbużi bħal dawn huma ta’ stmerrija u m’għandhom qatt ikunu aċċettati, inħeġġeġ lil kull min għandu xi tagħrif li jista’ jgħin sabiex isir magħruf min wettaq dawn l-abbużi, sabiex ifittex iwassal tali tagħrif lill-Pulizija.
Ninsab però infurmat illi matul l-investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija dwar abbużi sesswali li sofrew żgħażagħ li kienu jgħixu fl-istitut imsemmi fl-artikolu tal-gazzetta ċitat mill-Onorevoli Interpellant, ebda wieħed mill-vittmi li ġew għand il-Pulizija ma għamel xi referenza jew allegazjoni kif allegat fl-istess artikolu.
Jista’ l-Ministru jgħid matul is-snin 2008/2009 u 2010 kemm saru talbiet quddiem il-Qorti ta’ l-Appell sabiex dak li jkun jiġi eżentat milli jħallas il-malleverija (juratory caution) u kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika rigward talbiet quddiem il-Qorti tal-Appell sabiex dak li jkun jiġi eżentat milli jħallas il-malleverija.
Jista’ l-Ministru jgħid għas-snin 2008, 2009 u 2010 kemm saru u ġew konklużi b’mod effettiv subbasti: -
1. Fuq propejtà immobbli; u
2. Fuq propjetà mobbli?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Jista’ l-Ministru jgħid għas-snin 2008, 2009 u 2010 kemm ġew ppreżentati kawżi ta’ judicial review fit-termini ta’ l-artiklu 416A? Kemm minn dawn ġew deċiżi? Kemm minn dawn ġew deċiżi kontra l-gvern jew l-aġenziji tiegħu u min kienu l-imħallfin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi f'dak li jirrigwarda kawżi ta' judicial review,li huwa regolat mill-artikolu 469A tal-Kap tal-Liġijiet ta' Malta, id-Dipartiment Qrati Ċivili u Tribunali (Malta) m'għandux statistika għas-sena 2008, iżda jista' jagħti statistika għas-snin 2009 u 2010 kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Sena
Numru ta' kawzi pprezentati
Imhallef
Numru ta' kawzi decizi
Rimarki
2009
5
Joseph R Micallef
Ghadhom pendenti
2010 (sas-16 ta' Gunju)
6
Joseph R Micallef
Ghadhom pendenti
Fil-każ tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) l-informazzjoni hija kif ġej:-
Sena
Numru ta' kawzi pprezentati
Imhallef
Numru ta' kawzi decizi
Rimarki
2008
2
Mag Paul Coppini
1 ceduta; 1 pendenti
1
Mag A. Ellul
1 deciza (talba tal-attur michuda)
2009
nil
2010 (sas-17 ta' Gunju)
1
Mag A Ellul
Pendenti