Jista’ l-Ministru jgħid li, abbażi tal-ftehim kollettiv li sar abbażi tad-direzzjoni politika mogħtija mill-Ministru stess, kemm żdiedu first officers u Kaptana tal-Air Malta u fuq kemm medda ta' żmien fis-sena 2016, 2017 u 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Ministeru għat-Turiżmu -nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa medja fix-xahar għal promozzjoni fuq il-media soċjali mill-Ministeru u mill-entitajiet li jiffurmaw parti minnha, hija ta’ ftit inqas minn għoxrin elf ewro. Dan imur kważi kollu għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li tagħmel marketing biex tippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni għat-turisti.
Din il-promozzjoni tinkludi wkoll l-ITS li tippromwovi l-korsijiet/kurrikulu tagħha għal studenti ġodda u prospettivi; Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u l-Malta Film Commission li jippromwovu l-faċilitajiet tagħhom fuq skopijiet kummerċjali; u l-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu l-impjegati full-time u part-time, fil-ground handling, separatament sena b'sena, fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu l-impjegati fl-Air Malta fuq bażi full-time fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f'liema dipartiment tal-Air Malta? Kemm żdiedet l-ispiża għall-Air Malta, sena b'sena, biex ġew ingaġġati dawn l-impjegati fuq bażi full-time?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk irċeviex korrispondenza mill-Kummisjoni Ewropea dwar l-Air Malta fis-snin 2016, 2017 u 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jpoġġi l-istess korrispondenza u tweġibiet għaliha fuq il-Mejda tal-Kamra? (Din għandha tinkludi anke korrispondenza li rċevew Ministeri oħra u li ġew mgħoddija lill-Ministeru responsabbli politikament mil-linja tal-ajru l-Air Malta)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern wieġeb dejjem kull mistoqsija mibgħuta mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-Air Malta. Nikkonferma li m’hemm l-ebda mistoqsijiet pendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fl-20 ta’ Lulju 2018, il-Ministeru tiegħu ħareġ sejħa għall-kwotazzjonijiet fuq il-Gazzetta tal-Gvern biex jiġu ingaġġati Security Guards tal-kuntrattur biex jipprovdu back up għal uffiċjali tal-MTA ġewwa Kemmuna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li fl-eqqel tas-sajf numru sostanzjali ta’ nies iżuru l-gżira ta’ Kemmuna, inħass il-bżonn li tinħareġ sejħa biex ikun hemm security guards fuq il-post sabiex jieħdu ħsieb li tinżamm il-buon ordni u jassiguraw li l-post jinżamm nadif.
Fis-sejħa kien hemm indikat ċar li dawn is-
security guards
huma rikjesti li jaħdmu bejn is-sitta ta’ filgħaxija u nofs il-lejl, u jistgħu jintalbu wkoll li jagħtu assistenza lill-Uffiċjali tal-Infurzar tal-MTA.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu r-rotot tal-Air Malta lejn l-Ingilterra, l-Italja, Franza u l-Ġermanja, pajjiż b’pajjiż u sena b'sena, fis-snin 2016, 2017 u 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jikkonferma wkoll jekk sarx studju dwar il-vijabilità ta' dawn ir-rotot qabel tnedew mill-Air Malta? Jista’ jgħid jekk hux qed isir profitt mill-Air Malta fuq kull rotta li tnediet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan huwa t-tibdil fil-frekwenza tar-rotot għad-destinazzjonijiet imsemmija:
Destinazzjoni
Minn Lulju 2015
sa Lulju 2016
Minn Lulju 2016
sa Lulju 2017
Minn Lulju 2017
sa Lulju 2018
Franza
L-ebda tibdil
Żdiedet tirjira fil-ġimgħa
Żdiedu 3 titjiriet fil-ġimgħa
Ġermanja
Naqsu 11-il titjira fil-ġimgħa
Naqset titjira fil-ġimgħa
Żdiedu 4 titjiriet fil-ġimgħa
Italja
Żdiedet titjira fil-ġimgħa
Żdiedu 4 titjiriet fil-ġimgħa
Żdiedu 12-il titjira fil-ġimgħa
Ingliterra
Naqsu 4 titjiriet fil-ġimgħa
Naqsu 6 titjiriet fil-ġimgħa
Żdiedu 8 titjiriet fil-ġimgħa
L-Air Malta tagħmel l-studji dwar il-vijabbilta’ qabel tnehdi kwalukwe rotta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq ir-rotot lejn l-Ingilterra, l-Italja, Franza u l-Ġermanja, il-persentaġġ ta' profitt li kienet tuża bħala prassi l-Air Malta fl-2016 inżammx mil-linja tal-ajru Air Malta tul l-2017 u l-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu l-impjegati fl-Air Malta fuq bażi part-time fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f'liema dipartiment tal-Air Malta? Kemm żdiedet l-ispiża għall-Air Malta, sena b'sena, biex ġew ingaġġati dawn l-impjegati fuq bażi part-time?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu – Ħatra ta’ Bordijiet ta’ Inkjesta
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm ilni Ministru tat-Turiżmu ma ħtart l-ebda Bord ta’ Inkjesta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1121 u jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha? Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4307. L-ewwel konsulent ġie ngaġġat qabel id-data msemmija filwaqt li t-tnejn l-oħra ġew ingaġġati wara.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol sar tul din is-sena fi Ġnien Dom Mintoff ġewwa Raħal il-Ġdid?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul din is-sena saru numru sostanzjali ta’ xogħlijiet fi Ġnien Duminku Mintoff.
· Saru passaġġi skont id-disinn il-ġdid b’
sub-base
li jinkludi fih is-servizzi kollha neċessarji ta’ dawl u ilma.
· Inbnew żewġ ġibjuni li flimkien jammontaw għal aktar minn 500 metru kubu ta’ ilma, bil-għan li jinġabar l-ilma tax-xita li jinġema’ fil-wied.
· Ġiet mibnija ukoll
pump room
bil-għan li l-ilma li jinġabar fil-ġibjuni jerġa’ jintuża għat-tisqija tal-pjanti u siġar, u anke biex jitħaddmu ż-żewġ
water features
li saru.
· Saru żewġ
water features -
waħda naturali u oħra magħmula apposta għad-divertiment tat-tfal.
· Sar ammont konsiderevoli ta’ xogħol ta’ tisbiħ u
landscaping.
· Inżabru s-siġar kollha tal-ġnien, tpoġġiet ħamrija ġdida, kif ukoll 50 siġra u 2000 pjanti ġodda.
· Ġiet installata ukoll sistema totalment ġdida ta’ irrigazzjoni, bankijiet,
bike racks
u kontenituri tar-reċiklaġġ.
Ministeru għat-Turiżmu — servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu msemmi huwa ngaġġat mal-Ministeru fuq bażi part-time. Il-kuntratt tiegħu huwa wieħed standard li jintuża għall-persuni ngaġġata f’din il-pożizzjoni.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji ta’ x’jinkludu l-pakketti tal-piloti tal-Air Malta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pakkett tal-piloti, kif miftiehem fil-ftehim kollettiv, jinkludi
· paga bażika;
· konċessjonijiet fuq kull siegħa li pilota jtir;
· konċessjonijiet varji li huma konnessi mal-ħin tal-ġurnata u jiema ta’ festi, kif ukoll ħlas ta’ meta l-pilota jaħdem il-ġurnata skedata
off;
· skema ta’ insurances varji li japplikaw meta l-pilota ma jkunx jista’ jtir minħabba restrizzjonijiet mediċi;
· ammont ta’ qliegħ garantit li jiġi determinat skont l-aħjar ammont f’sena li jkunu qalgħu fl-aħħar erba’ snin.
Barra mill-ftehim kollettiv, il-piloti għandhom ukoll trasport b’xejn minn u lejn il-post tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proġett għall-Hibernians Rugby & Football Club imħabbar minnu qabel l-aħħar elezzjoni, fis-27 ta' Mejju 2017?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Projects Plus Limited qed tistenna li jinħarġu l-permessi kollha neċessarji sabiex tkun tista’ tibda l-proġett fuq il-Corradino Rugby Complex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-massimu ta’ sigħat li jistgħu jaħdmu l-piloti skont liġijiet internazzjonali? Jista’ jgħid kemm qegħdin jaħdmu sigħat il-piloti tal-Air Malta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bil-liġijiet tal-EASA (European Aviation Safety Agency), il-piloti jistgħu itiru kif spjegat hawn taħt:
· Mhux aktar minn 100 siegħa ta’ titjir fi 28 ġurnata konsekuttiva
· Mhux aktar minn 900 siegħa ta’ titjir f’sena kalendarja minn Jannar sa Diċembru
· Mhux aktar minn 1000 siegħa ta’ titjir fi tnax-il xahar konsekuttiv.
Hemm ukoll restrizzjonijiet fuq it-tul tal-perjodu ta’ duty, skont kemm ikun hemm titjiriet fl-istess perjodu ta’ duty, u kemm il-ġurnata konsekuttiva jistgħu jaħdmu.
Il-piloti tal-Air Malta qed jaħdmu medja ta’ 650 siegħa fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-miżura li tħabbret fil-Baġit għas-sena 2018 u li kienet tgħid "Se nkunu qegħdin nallokaw fondi biex tinħoloq skema speċifika biex imprendituri Għawdxin li joperaw fis-settur tat-turiżmu, itejbu l-livell tal-istabbilimenti turistiċi", ġietx imwettqa? Jekk iva, meta daħlet fis-seħħ? Kemm-il operatur f'Għawdex ibbenfika minn dawn il-fondi? Kemm kien l-ammont totali f'għajnuna lill-imprendituri Għawdxin taħt din l-iskema?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tat-Turiżmu flimkien mal-Ministeru għal Għawdex ħabbru l-iskema Enable Tourism li permezz tagħha stabbilimenti turistiċi ġewwa Għawdex jistgħu jagħmlu xogħol relatat mal-aċċessibilita’ ta’ siti turistiċi b’50% tal-ispiża tkun iffinanzjata mill-Gvern taħt din l-iskema.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Stqarrija għall-Istampa numru 182280 maħruġa mill-Ministeru għat-Turiżmu u mill-Ministeru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-istrateġija għal Kemmuna mħabbra fil-Baġit għas-sena 2017? Jista' jgħid min huma l-membri tal-Kumitat Operattiv għal Kemmuna li ssemma fl-istess baġit? Jista' jgħid kemm-il darba ltaqa' dan il-kumitat? Fiex wasal il-proċess imħabbar dakinhar ukoll biex Kemmuna tingħata l-istatus ta' Park Nazzjonali? In-Natura 2000 Management Plan għal Kemmuna ġie mwettaq u jekk iva, kif?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istrateġija għal Kemmuna bdiet tiġi attwata bit-twaqqif tal-Kumitat Operattiv ta’ Kemmuna. Il-Kumitat jiltaqa’ fuq bażi regolari u jindirizza affarijiet amministrattivi. Għaddej ukoll xogħol regolari minn diversi entitatjiet li jiffurmaw dan il-Kumitat.
Il-membri ta’ dan il-Kumitat huma uffiċċjali mill-Ministeru tat-Turiżmu, l-Awtorita’ tat-Turiżmu, il-Ministeru għal Għawdex, l-ERA, Transport Malta, kif ukoll uffiċċjali ta’ Ministeri u entitajiet oħra li jiġu mistiedna għal xi laqgħat skont il-bżonn li jkun hemm.
Matul din l-aħħar sena l-Kumitat iltaqa’ madwar 19-il darba b’mod uffiċċjali, apparti laqgħat oħra li jsiru u korrispondenza kontinwa bejn il-membri tal-istess grupp.
In-Natura 2000 Management Plan huwa proċess, u dan beda jiġi mwettaq propju bit-twaqqif ta’ dan il-Kumitat operattiv.
Ministeru għat-Turiżmu — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (MIZZI, KONRAD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif minn meta l-entitajiet inkwistjoni ġew taħt ir-responsabbiltà tiegħi.