Legislature:
Category:
Reset
Active:

Karozzi li waqfet titħallsilhom il-liċenzja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26901 u jgħid kemm hawn karozzi li waqfet titħallsilhom il-liċenzja, imma li qatt ma ġew scrapped (karozzi li qed jinżammu ġewwa mingħajr ma qatt ġew uffiċjalment garaged)?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Skema — Arrears of Motor Vehicle Licence Fees

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26902 u jgħid kemm kien hemm vetturi, minn kull kategorija, li għamlu użu mill-iskema ta' regolarizzazzjoni tal-ħlas b'lura ta' liċenzji (Arrears of Motor Vehicle Licence Fees), mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Transport Malta — Senior Managers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26941 u jgħid kemm hemm persuni fi grad ta' Senior Managers fi Transport Malta, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi kull wieħed kemm-il sena ilu jaħdem fl-Awtorità fi kwanlunkwe grad, l-ogħla livell ta' edukazzjoni, u kwanlunkwe speċjalizzazzjoni (degree, diploma jew grad ieħor) li għandu fis-settur?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Transport Malta — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26942 u jgħid kemm hemm persuni fi grad ta' Direttur fi Transport Malta, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi kull wieħed kemm-il sena ilu jaħdem fl-Awtorità fi kwanlunkwe grad, l-ogħla livell ta' edukazzjoni, u kwanlunkwe speċjalizzazzjoni (degree, diploma jew grad ieħor) li għandu fis-settur?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninsab infurmat illi fl-Awtorità hemm 18 impjegati fil-grad ta’ Direttur. Ninfurmah illi l-impjegati f’dan il-grad huma fil-pusses ta’ kwalifiċi minn MQF Level 5 sa’ 8 f’oqsma varji. Il-kumplament tal-informazzjoni kif mitluba mhux etiku li tingħata f’tweġiba għall-mistoqsija parlamentari minħabba li d-data mitluba hija marbuta ma’ informazzjoni privata tal-individwu.

Is-Siġġiewi — Triq Blat il-Qamar - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol ta' asfaltar ta' Triq Blat il-Qamar, fis-Siġġiewi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Blat il-Qamar, fis-Siġġiewi hija waħda mit-toroq li ġiet proposta mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi. Infrastructure Malta ser tkun qed twettaq xogħlijiet infrastrutturali f’din it-triq, liema xogħol jibda skond l-esiġenzi u l-prijoritraijet tax-xogħol wara u b’diskussjoni mal-Kunsill rispettiv.

Vetturi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi kull sena, bejn l-2018 u l-2024 u jaqsam din l-informazzjoni f’tabella li turi kemm minnhom ġew reġistrati minn: i. sidien ta’ nazzjonalità Maltija; ii. sidien ta’ nazzjonalità fl-Unjoni Ewropea; u iii. sidien ta’ nazzjonalitajiet oħra barra mill-Unjoni Ewropea?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Rigali u donazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ta rigali u/jew donazzjonijiet minn fondi pubbliċi, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa kull rigal u lil min tah?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.

Ħal Tarxien — Triq tal-Barrani - Akkumulu tal-ilma tax-xita

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25948 dwar akkumulu tal-ilma fi Triq tal-Barrani, jista’ l-Ministru jerġa’ jibgħat it-tekniċi mid-dipartiment relattiv sabiex jaraw il-pożizzjoni billi mhix mitigata?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din iż-żona s-sistema ta’ ġbir tal-ilma tax-xita kienet limitata għal ftit gradilji mat-triq. Dawn inżammu kollha u x-xogħlijiet li saru ricenti fit-Triq tal-Barrani kienu jinkludu il-bini ta’ numru ta’ collection water chambers fil-bankini li jferrgħu fil-ġibjun biswit mat-triq. Issa wkoll qed jiġi ppreparat disinn biex jinbena culvert ieħor u jiżdiedu l-gradilji ma’ ġenb it-triq.

Is-Siġġiewi — Informazzjoni dwar Sqaq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sqaq li d-dettalji u l-pjanta dwaru qed jingħataw separatament u li jwassal għal għelieqi, hux pubbliku jew privat? Jista’ jgħid ukoll jekk hux possibbli li jgħaddu servizzi bħal dawl u ilma minnu?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Is-Siġġiewi — Proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26764 fejn ġejt riferut għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25846, jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa l-proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta’ San Nikola fis-Siġġiewi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett għadu għaddej u għaldaqstant l-ispiża finali ma tistax tingħata.

Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26762 u jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f'Malta li matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2024 ingħataw ċitazzjonijiet fihom? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta’ ċitazzjonijiet għal kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2024 ingħataw total ta’ 703 ċitazzjoni. Isem tat-Triq Lokalità Nru. Ta’ Kontravenzjonijiet (tribunal lokali) TRIQ GIROLAMO CASSAR VALLETTA 102 TELGĦA TA` RAS ĦANŻIR PAOLA 100 MALTA INTERNATIONAL AIRPORT LUQA/ GUDJA 91 TRIQ GIUSEPPE GARIBALDI MARSA 79 TRIQ IL-MITJAR LUQA 73 TRIQ SAN PAWL VALLETTA 62 TUL IL-KOSTA NAXXAR 56 ĦEMSIJA RABAT 51 TRIQ ELIJA ZAMMIT SAN ĠILJAN 46 TRIQ IL-BUQANA RABAT 43

Burmarrad — Triq Ta’ Ċampra - Xogħlijiet tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet tad-drenaġġ li kienu ppjanati fi Triq Ta’ Ċampra, Burmarrad, ġewx ikkanċellati u jekk le, meta mistennija jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk ġewx allokati fondi għal dan il-proġett, u jekk iva, x’tip ta’ fondi kienu u jekk għadhomx disponibbli?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Malta Eurovision Song Festival — Reklami ta' Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reklami tal-entità Transport Malta waqt il-Malta Eurovision Song Festival u kemm ġiet tiswa din l-ispiża?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 25486.

Malta Eurovision Song Festival Song Festival — Reklami ta' Infrastructure Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reklami ta’ entità Infrastructure Malta waqt il-Malta Eurovision Song Festival u kemm ġiet tiswa din l-ispiża?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 25486.

Transport Malta – Għeluq ta’ toroq mingħajr permess — Multi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntrattur weħel multa u kemm kienet din il-multa f'kull każ lil kull kuntrattur, minn Transport Malta talli dan ikun għalaq triq mingħajr permess mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-2023 sal-lum, kien hemm total ta’ 199 każ ta’ xogħlijiet mhux awtorizzati li ma kinux jinvolvu l-għeluq sħiħ ta’ toroq, li għalihom ġew imposti multi li jammontaw għal €99,500. Barra minn hekk, kien hemm każ wieħed ta’ xogħol mhux awtorizzat li kien jinvolvi għeluq sħiħ ta’ triq, li għalih ġiet imposta multa ta’ €1,500.

Imrieħel bypass – Lift tal-bridge

Question

Fid-dawl li numru ta' residenti Qriema li jgħixu fiż-żoni ta' fuq tal-Blat 1 u 2 jagħmlu użu frekwenti mill-bridge li jinsab fil-bypass tal-Imriehel, jista' l-Ministru jispjega għalfejn dan il-lift ilu numru ta' xhur twal ma jiffunzjonax u jintervjeni mill-aktar fis sabiex dan l-inkonvenjent għar-residenti Qriema jonqos?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.